Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xiri ta' uniformijiet għall-Allied Health Professionals

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11770 u 12113, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ir-rapport ta' Evalwazzjoni għall-approvazzjoni tal-għotja mill-GCC għax-xiri ta' uniformijiet tal-allied health professionals minħabba li wara xahrejn ma ngħataw l-ebda uniformijiet u li dawn l-istess professjonisti ilhom jistennew din l-uniformi għal snin twal?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Intrpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Qawra – Ċentru tas-Saħħa — Pjanti

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti oriġinali li kienu sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini ta’ ċentru tas-saħħa fil-Qawra? Jista' jqiegħed ukoll kopja tal-pjanti mibdula li ġew sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar għall-istess ċentru tas-saħħa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

Servizzi ta’ tindif — Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha relatati mas-servizzi ta’ tindif irreferuti fir-rapport maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika bl-isem Report by the Auditor General on the Public Accounts 2022 li saru permezz ta’ proċeduri nnegozjati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti mitluba ma jistgħux jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba li fihom informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Servizzi mogħtija preżenzjalment

Question

Jista’ l-Ministru jelenka s-servizzi kollha li qed jingħataw preżenzjalment permezz ta’ proċeduri nnegozjati anke dawk li sal-lum għad ma hemm ebda kuntratt iffirmat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn huma s-servizzi li qed jingħataw preżenzjalment permezz ta’ proċeduri nnegozjati: AACC Servizz ta’ Infermiera u Carers Domiċiljari (Servizz ta’ CommCare) - Proċedura ta’ Negozjar tagħlaq fit-2 ta’ Frar 2024. Tender ġie ppubblikat u sejħa għall-offerti għalqet fit-12 ta’ Diċembru. Evalwazzjoni tal-offerti qiegħda fis-seħħ. AACC Servizz ta’ Għajnuna fid-Dar (Home Help Service) - Proċedura ta’ Negozjar tagħlaq fit-2 ta’ April 2024. - Sejħa tal-offerti ġiet aġġudikata. Peress li tender ħareġ bil-call-offs, tliet operaturi għaddew għat-tieni stadju. Jonqos wieħed mill-offerenti li jaċċetta l-għotja ħalli nkunu nistgħu nipproċedu bil-call-offs. L-operatur jonqos jipprovdi ċ-ċertifikat ta’ Konformità lid-dipartiment tal-kuntratti biex ikun jista’ jaċċetta l-offerta u jipproċedi għall-call-offs. AACC Servizz Meals on Wheels - Proċedura ta’ Negozjar tagħlaq fl-24 ta’ Frar 2024. - L-evalwazzjoni tat-tender tlestiet u l-perjodu ta’ oġġezzjoni għalaq fl-4 ta’ Diċembru 2023. L-AAKK għadu jistenna lid-Dipartiment tal-Kuntratti biex jibgħat il-kuntratt lill-kuntrattur magħżul. AACC Xiri ta’ Sodod għall-kura fit-tul f’Djar Residenzjali Privati - Din il-proċedura qiegħda tintuża bħalissa għall-xiri ta’ sodod f’Djar Residenzjali Privati minħabba n-natura tas-servizz. SVP Proċeduri negozjata għas-servizz tal-Care u Support Workers ġewwa San Vinċenz (SVP 26/2023) SVP Proċeduri negozjata għas-servizz tal-Provizzjoni ta’ servizzi għas-Sigurtà ġewwa San Vinċenz (SVP 48/2023)

Servizzi mogħtija b’kuntratti skaduti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka liema huma s-servizzi li bħalissa qed joperaw abbażi ta’ kuntratti skaduti u għaliex dawn is-servizzi qiegħdin jingħataw b’kuntratti skaduti? Jista’ jgħid ukoll meta ser ikunu qed jinħargu t-tenders għal dawn is-servizzi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qed jiżgura li s-servizz ta’ Prodotti ta’ Inkontinenza qed jkun provdut għal Ċittadini Anzjani u Persuni b’Diżabilità f’Malta fi ħdan l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità – Skema A u Skema B. Ninsab infurmat ukoll li t-tender kif ukoll il-proċedura ta’ negozjati qiegħda fi stadju ta’ appell għand il-Bord ta’ Reviżjoni tal-Kuntratti Pubbliċi.

Meals for Homes — Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha relatati mal-‘Meals for Homes’ irreferuti fir-rapport maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika bl-isem Report by the Auditor General on the Public Accounts 2022 li saru permezz ta’ proċeduri nnegozjati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti mitluba ma jistgħux jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba li fihom informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Domiciliary Services — Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha relatati mad-Domiciliary Services irreferuti fir-rapport maħrug mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika bl-isem Report by the Auditor General on the Public Accounts 2022 li saru permezz ta’ proċeduri nnegozjati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti mitluba ma jistgħux jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba li fihom informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità — standard operating procedures

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) topera mingħajar ebda ‘standard operating procedures’ interni? Jista’ jgħid ukoll meta ser ikunu qed isiru dawn il-proċeduri sabiex jassigura li r-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku jiġu osservati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità topera bl-istandard operating procedures li jintużaw mid-Dipartiment tal-Kuntratti u ma’ kull tibdil f’dawn il-proċeduri li jiġu ppublikati matul is-sena.

Każ ta’ individwu — Inkjesta

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13358, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-familja ma ġietx infurmata li għaddejja inkjesta fuq il-mewt tal-pazjent li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-investigazzjoni interna għadha għaddejja u l-Bord maħtur għadu qiegħed jisma’ diversi xhieda.

Infermiera u qwiebel bi dual jew concurrent appointment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm infermiera u qwiebel bi dual jew concurrent appointment mill-25 ta’ Settembru 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni ntalbu jagħżlu liema appointment iridu jżommu wara l-ftehim settorjali mal-infermiera u l-qwiebel f’Settembru 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fost l-infermiera kien hemm 14-il dual appointment. Fost il-qwiebel, kien hemm 4 dual appointments. Kollha ġew mitluba biex jagħżlu wara li ġie iffirmat il-ftehim settorali.

Infermiera u qwiebel — Ftehim settorjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara l-ftehim settorjali mal-infermiera u l-qwiebel ta’ Settembru 2023, sarx kalkolu ħażin fiż-żieda, it-tnaqqis u d-differenza fl-allowances marbuta mal-overtime tal-istess infermiera u qwiebel, liema kalkolu żbaljat wassal biex numru konsiderevoli ta’ infermiera u qwiebel spiċċaw ħallsu taxxa ferm għola minn dik li normalment iħallsu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ma kien reġistrat ebda każ.

Sptar Mater Dei – Persuni taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga li daħlu fl-emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, ġurnata b’ġurnata, kemm daħlu persuni fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga mill-1 sal-31 ta’ Diċembru 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptar Mater Dei – Persuni bi problemi ta’ saħħa mentali u psikjatriċi li daħlu fl-emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, ġurnata b’ġurnata, kemm daħlu persuni fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei minħabba problemi ta’ saħħa mentali u psikjatriċi mill-1 sal-31 ta’ Diċembru 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-perjodu indikat, it-total ta’ persuni li daħlu fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei minħabba problemi ta’ saħħa mentali u psikjatriċi hu ta’ 170.

Sptar Mater Dei — Psychiatric Unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Psychiatric Unit fl-Isptar Mater Dei għadux magħluq? Jekk iva, meta għalaq u għalfejn, u jekk le, meta għalaq u meta reġa’ nfetaħ?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9789 li għamlet hi stess.

Sptar Mater Dei — Observation 1A

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema kundizzjonijiet qed tintuża l-Observation 1A fl-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-Observation 1A fl-Isptar Mater Dei qed tintuża għall-żewġ għanijiet:- 1. Spazju ta’ ħames sodod qed jiġi użati ghall-pazjenti sabiex jigu ccekjati qabel jiġu ammessi mill-A&E 2. Spazju ta’ ħames sodod qed jiġi użat bħala holding bay għall-pazjenti li għandhom bżonn superviżjoni elevata, sakemm sodda inpatient adegwata tiġi identifikata

Infermiera u qwiebel — Ftehim settorjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm infermiera u qwiebel bi dual jew concurrent appointment mill-25 ta’ Settembru 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni ntalbu jagħżlu liema appointment iridu jżommu wara l-ftehim settorjali mal-infermiera u l-qwiebel?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma hemm ebda infermiera li għandhom kariga doppja, jiġifieri ta’ infermiera u qwiebel.