Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bini ta' ħitan tas-sejjieħ mal-kunsilli lokali

Question

B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 1543, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-bini ta' ħitan tas-sejjieħ mal-kunsilli lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Pitkalija — bejgħ tal-prodotti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien il-piż u l-ammont ta' flus ta' prodott li nbiegħu mill-pitkalija matul l-2008? Kif jitqabblu dawn l-ammonti ma' l-ammonti ta' bejgħ fis-snin 2006 u 2007?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Żebbuġ — Produzzjoni taż-żejt

Question

Filwaqt li ninforma lill-Ministru li l-perijodu li qed nitlob it-tagħrif dwaru huwa bejn Diċembru 2007 u Diċembru 2008, jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4197, 3430 u 2637 u jgħid kemm-il kilo ta' żebbuġ huwa stmat li jiġi prodott f'Malta? Kemm-il litru ta' żejt jiġi maħdum minn dan? Hemm xi pjanijiet sabiex din l-industrija tiżviluppa iktar? X'targets irid jilħaq il-gvern f'dan s-settur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħat f'xi seduta oħra.

Esperimenti — siġar tal-frott

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema esperimenti dwar is-siġar tal-frott saru mid-dipartiment ikkonċernat f'Malta matul l-aħħar ħames snin? X'kienu r-riżultati ta' dawn l-esperimenti? Saru xi suġġerimenti partikulari lill-bdiewa li jkabbru s-siġar tal-frott, bħala riżultat ta' dawn l-esperimenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li fil-Mixtla ta’ San Vinċenż de Paule dawn l-aħħar ħames snin saru diversi esperimenti fosthom: 1. L-introduzzjoni ta’ rootstook (tas-selvaġġ) differenti miġjub minn pajjiżi oħra biex fuqu jkun jista’ jitlaqqam siġar tal-frott bħall-lanġas, bambinella, tut, għajnbaqar, tuffieħ, ċirasa u frott irqieq. Dawn l-esperimenti qed isiru biex jinstabu l-aħjar metodi ta’ tilqim u tnissil. 2. Qed isiru esperimenti wkoll fuq is-selvaġġ taż-żebbuġ miż-żerriegħa. 3. Qed jiġu ntrodotti tipi ta’ frott eżotiku bħaż-żinżel Ċiniż, l-avokado, il-guava u l-kaki. Ħafna minn dawn l-esperimenti u provi jridu jsiru fuq numru ta’ snin qabel jinkiseb ir-riżultat mixtieq. Dawn l-esperimenti jissarfu f’siġar tal-frott li huma mnissla b’metodi aktar effiċjenti kemm fin-numru u kwalita’, fi produzzjoni ta’ siġar tal-frott li huma aktar b’saħħithom u li kapaċi jikbru fl-ambjent tagħna, u f’siġar li kapaċi jirreżistu aktar għal diversi tipi ta’ mard. Is-sezzjoni tal-Pomoloġija kontinwament tagħti lill-bdiewa pariri skond ir-riżultati miksuba. Minn naħa tad-Dipartiment għas-Saħħa tal-pjanti jien infurmat li kontinwament isiru testijiet għal mard li jattakka s-siġar tal-frott. Qed issir ukoll il-karaterizzazzjoni tas-siġar tal-frott Maltin biex tiġi fformulata d-deskrizzjoni tal-varjetà.

Proġetti mwettqa mill-kumitati għar-riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5142 u 4472 u jgħid xi proġetti twettqu mill-kumitati għar-riabilitazzjoni matul din is-sena, kull kumitat separatament? X'inhu l-programm ta' xogħol għas-sena 2009 ta' kull kumitat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra. Tajjeb wieħed jgħid li hemm xogħol ieħor li qed isir f’dawn il-lokalitajiet minn Taqsimiet oħra.

energy saving lamps

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5210 u jgħid meta ser jitqassmu l-energy saving lamps lill-familji Maltin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-iskema tal-energy saving lamps ippjanata li titnieda aktar tard din is-sena.

Siġar taċ-Ċitru — Tristeza Virus

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bdiewa Għawdxin li s-siġar taċ-ċitru tagħhom ġew ittestjati u instab li huma morda bil-virus taċ-ċitru tristeza għandhomx dritt għal xi kumpemns minħabba l-fatt li dawn is-siġar jiġu disrutti mill-Plant Health Officials?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Ministeru mhux obbligat jikkumpensa lil dawn il-bdiewa.

Awtorità Maltija għar-Riżorsi — Ħatra ta' CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid min inħatar Chief Executive Officer tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi u meta, wara s-sejħa għall-applikazzjonijiet li kien hemm xhur ilu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-proċess qed jiġi konluż.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Safar fuq xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru safriet fuq xogħol minn persuni mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kien l-iskop f'kull każ u liema kienet id-destinazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għar-Risorżi u affarijiet Rurali — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Photovoltaic cells

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3526 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li fuq il-bini ta’ dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi hemm ftit iktat minn 251 metru kwadru ta’ photovoltaic cells. Il-figuri ta’ kemm -il metru kwadru fi bjut għandu b’kollox il-ministeru ma jinżammux u għalhekk mhux possibbli li jinħadmu l-persentaġġi. Wieħed irid jifhem ukoll li mhux l-area tal-bjut kollha hija effettivament disponibbli biex jiġu nstallati PVs fuqha. Dan minħabba li parti mill-bjut ikunu fid-dell kif ukoll minħabba areas mill-bjut okkupati minn installazzjonijiet oħra.

Applikazzjonijiet għar-reġistrar ta' boreholes

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4473, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' fejn f'Malta u f'Għawdex (lokalità, lokalità ) jinsabu l-2643 borehole/nixxiegħa li ġew reġistrati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Tal-Kmand — Ċentru tal-Micropropagation

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'użu qed isir miċ-Ċentru tal-Micropropagation f'tal-Kmand? X'tip ta' investiment sar f'dan iċ-ċentru matul l-aħħar ħames snin? Jista' jagħti tagħrif jekk dan iċ-ċentru għandux xi programm ta' kollaborazzjoni ma' xi ċentri oħra ta' studju dwar l-agrikultura?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li fis-sena 2000 iċ-Ċentru f’tal-Kmand inbidel fi Plant Biotechnology Centre li jinkludi fih id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti. Dan id-Dipartiment jirregola u jikkordina l-attivitajiet immirati biex jikkontrollaw l-introduzzjoni u l-firxa ta’ insetti u mard li jagħmlu ħsara ekonomika fuq il-produzzjoni tal-pjanti. Jieħu ħsieb ukoll jimplimenta miżuri neċessarji li jigarantixxu produzzjoni ta’ pjanti ta’ kwalità. F’dan iċ-Ċentru jsiru dijanjożi fuq pjanti għal mard minn batteri, virosi u mikroplasmi. Isiru wkoll konservazzjoni u tkabbir ta’ varjetajiet lokali u ta’ pjanti endemiċi permezz tat-tkabbir in vitro u tkabbir konvenzjonali. Dan iċ-Ċentru huwa wkoll mgħammar biex fih jinżammu pjanti taħt kwarantina. Fl-egħlieqi jsiru wkoll trials u studji fuq varjetajiet u żrieragħ lokali. L-investimenti kapitali li saru f'dawn l-aħħar ħames snin jinkludu x-xiri ta’ kompjuters u ta’ mikroskopji għad-dijanjosi tal-mard. Dan iċ-Ċentru jikkollabora kontinwament ma' Istituti oħra ta' studju dwar l-agrikoltura fosthom l- Institute of Agriculture fl-Università ta’ Malta, Central Science Laboratories ta’ l-Ingilterra , Laboratori di Diagnostica di Bologna u CIHEAM ta’ Bari fl-Italja.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Xiri ta' Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-Ministeru ma xtara l-ebda karozza matul l-2008. Fid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, 3 karozzi li huma, tnejn Subaru Vivio u waħda Suzuki Alto, ġew miksuba mingħand it-Taqsima tad-Dwana. Dawn kienu maqbuda mid-Dwana u sar trasferiment ta’ €250-il waħda lil din it-Taqsima.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Nefqa Globali fuq Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2008 rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Baħar iċ-Ċagħaq — Caravan site

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4586 u 4150 u jgħid x'kienet in-nefqa tal-gvern matul is-snin għall-bini tal-caravan site f'Baħar iċ-Ċagħaq?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li f’dawn l-aħħar għoxrin sena n-nefqa għall-caravan site f’Baħar iċ-Ċagħaq kienet ta’ Ewro 263,622 (Lm 113,173.00).

Kunsilli Lokali — Servizzi mingħand agrarji privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu l-għajdut illi konsulenti agrarji privati, jekk jipprestaw is-servizzi tagħhom lil kunsilli lokali fuq xi proġett li jista' jkun imħallas in parti jew kollu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, id-dritt tagħhom mhux se jkun aktar ikkunsidrat bħala parti mill-ispiza operattiva? Jekk fl-affermattiv, jidhirlu li l-kunsilli lokali ser ikunu qed jiġu deprivati mid-dritt tal-għażla u mill-awtonomija tagħhom li jgħazlu l-professjonist li jista', fl-opinjoni tagħhom, ikun l-aħjar li jressaq it-talbiet tagħhom b'mod professjonali sabiex ikollhom aċċess għal dawn il-fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-kriterji dwar l-eliġibilità ta’ l-ispejjeż li jistgħu jiġu rkuprati mill-għajnuna tal-miżuri taħt il-Programm ta’ l-Iżvilupp Rurali, jiġu mħabbra mal-pubblikazzjoni tal-linji gwida ta’ kull miżura u għaldaqstant ma nistax nifhem il-bażi tal-oriġini ta’ dawn l-għajdut.

Għammieri — tmexxija tas-sezzjonijiet tal-bhejjem u tal-ortikoltura

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-gvern rigward it-tmexxija tas-sezzjonijiet tal-bhejjem u dawk tal-ortikultura fil-qasam tal-Għammieri?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta li tajt għall-mistoqsija nru 4956.