Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6959 u jgħid jekk il-kamra multisensorja fil-Guardian Angel hijiex tintuża u jekk hemmx għalliema speċifikament biex taħdem mat-tfal f'din il-kamra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħall kull kamra u riżorsi oħrajn, il-kamra msemmija hi disponibbli għal dawk l-edukaturi mħarrġa biex jgħamlu użu minnha.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6715 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-evidenza li permezz tagħha ttieħdet id-deċiżjoni li tingħalaq l-Iskola tal-Imtarfa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskola msemmija ġarrbet ħsarat estensivi u b’hekk għas-sigurtà ta’ kull impjegat u student, l-iskola ngħalqet biex jitkomplew l-istudji neċessarji b’mod sigur.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6712, jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta l-ispazju miftuħ ġdid fil-Higher Secondary School fin-Naxxar li jinkludu faċilitajiet sportivi ġodda kif ukoll parkeġġ skont kif imħabbar fil-klawsola 238 tal-Manifest Elettorali 2022 tal-Partit Laburista?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett imsemmi se jsir, kif imwiegħed, u mistenni jitlesta sa tmiem is-sena 2026.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8023 u jagħti rendikont ta’ kif intefqu l-fondi tal-NTSF li suppost kienu allokati għall-isportivi Maltin, b’mod speċifiku għall-federazzjonijiet sportivi b’rabta mal-GSSE Malta 2023? Jista’ jikkonferma li dawn il-fondi allokati jammontaw għal madwar €5 miljun? Jista’ jindika min huma l-atleti li bbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Sport
Ammont
Atletika
€ 576,250
Basketball
€ 553,000
Judo
€ 330,250
Rugby
€ 305,000
Sailing / Ibburdjar
€ 380,000
Shooting / Sparar
€ 582,500
Squash
€ 275,000
Swimming/ Għawm
€ 319,000
Table Tennis
€ 392,000
Tennis
€ 450,000
Servizzi ta Nutritionist, (training) Strength & Conditioning, Psychologist Services, Administrative Costs and Bonuses (jitqassam bejn l-għaxar assoċjazzjonijiet)
€ 747,500
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux infurmat dwar id-deċiżjoni li ħa d-Dipartiment tal-Edukazzjoni li jċaqlaq LSE mill-programm edukattiv GEM16+ u dan peress li fis-26 ta' Settembru 2022, fl-ewwel jum ta' din is-sena skolastika, il-Ministru ltaqa' mal-istaff tal-programm bl-iskop li jaċċerta lil kulħadd li se ikompli jaqdi d-doveri tiegħu fl-istess programm mingħajr ma kien se jiċċaqlaq għal post ieħor?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6714 u jgħid kemm kien hemm studenti jattendu f’kull Learning Centre (jippreżenta lista għal kull ċentru) fis-sentejn skolastiċi li għaddew (2020-2021 u 2021-2022) u kemm minnhom ġew integrati lura fl-iskejjel rispettivi minn fejn intbagħtu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order saret mid-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kif intefqu l-fondi tal-NTSF li suppost kienu allokati għall-isportivi Maltin, b’mod speċifiku għall-federazzjonijiet sportivi b’rabta mal-GSSE Malta 2023? Jista’ jikkonferma li dawn il-fondi allokati jammontaw għal madwar €5 miljun? Jista’ jindika min huma l-atleti li bbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Skejjel tal-Istat – kiri ta’ swali lil għaqdiet volontarji
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7593, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid x'inhi r-rata tal-VAT użata u x'tip ta' rċevuta qed tingħata f'każijiet ta’ ħlas għall-kiri tas-swali tal-iskejjel lil għaqdiet volontarji u li ma joperawx għall-qliegħ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6857 dwar il-Librerija tal-MCAST, jista’ l-Ministru jassigura lill-Kamra li tul din is-sena jinxtraw aktar kotba minn dawk li nxtraw is-sena li għaddiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li għandi, bħalma sar kull sena, l-MCAST ser tkompli tagħmel l-investiment li hemm bżonn għall-ġid tal-istudenti tagħha, fosthom fil-librerija, numru ta’ kotba, software modern li jintuża kemm għal-librerija pubblika kif ukoll akkademika, library cards u printer biex dawn jiġu stampati għall-pubbliku, security gates u sistema ta’ self check-out.
Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb – pubblikazzjoni tal-ktieb Mein Führer Adolf Hitler
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħariġx fondi għall-pubblikazzjoni jew promozzjoni tal-ktieb Mein Führer Adolf Hitler - L-Istorja u l-Bijografija tal-awtur li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament? Jekk iva, kemm kien l-ammont u taħt liema kriterji nħarġu?
Ħal Qormi — Outdoor Sports and Fitness Park – xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' manutenzjoni u tiswijiet fl-Outdoor Sports and Fitness Park, f’Ħal Qormi, u x’tip ta’ xogħol se jsir?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull sena l-Kunsill Lokali toħroġ sejħa biex il-Park msemmi ssirlu l-manutenzzjoni neċessarja. Filfatt matul l-2021 ġie mibdul il-fence tan-naħa tal-play area u saret ukoll il-manutenzjoni neċessarja fuq l-outdoor equipment. Ġejt infurmat li l-Kunsill Lokali kkonċernat mistenni jerġa joħroġ sejħa għall-offerti biex isiru t-tiswijiet neċessarji.
Ħal Qormi — Outdoor Sports and Fitness Park – xogħol ta’ manutenzjoni u tiswijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2022 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, meta sar xogħol ta' manutenzjoni u tiswijiet fl-Outdoor Sports and Fitness Park f’Ħal Qormi, u x’tip ta’ xogħol sar, maqsum xahar b’xahar?
Ħal Qormi — Outdoor Sports and Fitness Park – xogħol ta’ manutenzjoni u tiswijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2021 meta sar xogħol ta' manutenzjoni u tiswijiet fl-Outdoor Sports and Fitness Park f’Ħal Qormi, u x’tip ta’ xogħol sar, maqsum xahar b’xahar?
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jgħid min huma l-membri tal-Malta Space Taskforce, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ din it-taskforce?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt.
Chairman – Mr. Omar Cutajar
Membri tal-bord – Captain Charles Pace
Ing. Kenneth Chircop
Profs. Kristian Zarb Adam
Dr. James Foden
Dr. Roberto Cassar
Dr. Jean Marie Mifsud
Mr. Matt Prusak
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li t-Task Force m’għandhiex remunerazzjoni. L-aħħar tiġdid tal-ħatra tal-membri msemmijja sar f’Ġunju tal-2022.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid f’din il-Leġiżlatura jekk u meta sar xi safar barra mill-pajjiż u jipprovdi l-informazzjoni dwar kemm sar użu minn roaming u kemm kien il-ħlas rispettiv għal tali użu, kemm għall-Ministru kif ukoll għall-istaff tiegħu b'mod rispettiv għal kull persuna u kull safra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ ħlas fuq roaming kien ta’ €21.17
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – persuni reġistrati bħala self-employed
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni rreġistrati bħala self-employed mal-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ma jkunux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).
Tender għal xiri ta’ tablets u/jew devices għall-istudenti tar-raba’ u s-seba’ sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istatus tat-tender jew tenders għal xiri ta' tablets u/jew devices għall-istudenti li fis-sena skolastika li jmiss ser ikunu fir-raba' u fis-seba' sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-wegħdi li jsiru minn dan il-Gvern jitwettqu dejjem u bħalma kien il-każ tal-one-tablet per child, li se tibqa’ tiġi attwata, l-istess se jiġri issa f’dik tal-laptops għal studenti tas-seba’ sena. Sadanittant jien infurmat li t-tenders rispettivi se jkunu qed joħorġu fil-ġimgħat li ġejjin.
Università tat-Tielet Età — Ċentri ta’ Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri li qed jattendu l-Università tat-Tielet Età fiċ-ċentri kollha madwar Malta u Għawdex, maqsumin skont l-età, kif ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 647 membru li jattendu l-Università tat-Tielet Età, 148 huma rġiel filwaqt li 499 huma nisa. L-età tal-membri tvarja bejn is-60 u t-98 sena.