Jista' l-Ministru jgħid jekk intefqux flus pubbliċi biex is-sit tal-Eks Malta Shipbuilding jiġi preparat biex jospita konferenzi u fieri? Jekk iva, jista’ jipprovdi elenku tal-ammonti kollha li ntefqu, u f'kull nefqa jispeċifika u jgħid jekk din ingħatatx b'tender, direct order, jew mod ieħor?
Jista' l-Ministru jgħid jekk intefqux flus pubbliċi biex is-sit tal-Eks Malta Shipbuilding jiġi preparat biex jospita konferenzi u fieri? Jekk iva, jista’ jipprovdi elenku tal-ammonti kollha li ntefqu, u f'kull nefqa jispeċifika u jgħid jekk din ingħatatx b'tender, direct order, jew mod ieħor?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13729.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija biex jagħmlu MRI?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura mill-Medical Imaging Department tal-Isptar Mater Dei, hemm 15,768 persuna li qed jistennew biex isirilhom MRI.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta kont għadni Ministru għall-Anzjanità Attiva biss, beda l-proċess sabiex tinxtara MRI għar-Residenza San Vinċenz sabiex taqdi l-ħtiġijiet tar-residenti mingħajr il-bżonn li jmorru Mater Dei u taqdi wkoll nies oħra li jkollhom bżonn.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-lifts fl-Isptar Mount Carmel, ilhom xhur bil-ħsara, x'azzjoni ttieħdet u għaliex għadhom ma jaħdmux?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kuntrattur konċernat ġie fuq il-post fit-13 ta’ Novembru 2023 fejn ġie stabbilit li kien hemm burn out tal-mutur tal-pompa. Il-pompa ġiet konsenjata u se tinbidel fil-ġranet li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-lifts li ma kenux jaħdmu fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2023 maqsuma xahar b'xahar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi lifts li ma kinux jaħdmu fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2023 huma skont it-tabella t'hawn taħt:
Lift Number
Date Stopped for Modernization
Modernized & Put Back in Service
D-04
31/05/2022
05/07/2023
C-06
13/03/2023
18/04/2023
D-02
24/09/2022
09/06/2023
D-17
09/01/2023
17/02/2023
D-18
09/01/2023
17/02/2023
C-05
13/03/2023
18/04/2023
D-01
26/06/2023
03/08/2023
D-02
07/08/2023
15/09/2023
D-03
15/09/2023
23/11/2023
D-09
23/11/2023
Modernization in progress
D-10
23/11/2023
Modernization in progress
D-19
18/04/2023
12/05/2023
D-26
17/02/2023
13/03/2023
D-27
17/02/2023
13/03/2023
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li qed isir biswit iċ-Ċentru tal-Onkoloġija f'Mater Dei u meta ser ikun lest?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol li qed isir ħdejn iċ-Ċentru tal-Onkoloġija fl-Isptar Mater Dei bħalissa huwa taħriġ, handing over u manutenzjoni ta’ MR LINAC u dak relatati miegħu kif ukoll software tal-IT u tagħmir effiċjenti fl-enerġija li għandhom jiġu installati fid-Dipartiment tar-Radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC), inkluż id-disinn u l-bini ta’ Bunker Area ddedikata biex tospita l-MR LINAC, skont standards ta’ prestazzjoni tal-Enerġija u Ambjent.
L-ewwel pazjenti huma mistennija li jiġu kkurati fuq din il-magna sa tmiem it-tieni kwart tal-2024.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi u meta ser ikun qed jitlesta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta' modernizzazzjoni fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi għaddejjin skont il-pjan, u hu mistenni li jitlestew sal-aħħar ta’ Q1-2024.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Persuni ingaġġati bħala person of trust jew political appointment
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-ismijiet tal-persuni li huma ingaġġati mal-Ministeru tiegħu bħala person of trust jew li ngħataw political appointment?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Persuni ingaġġati bħala person of trust jew political appointment - Salarji
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'salarji jingħataw il-persuni li huma ingaġġati mal-Ministeru tiegħu bħala person of trust jew li ngħataw political appointment, għal kull pożizzjoni li ngħataw?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13793, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm raġuni għar-riżenji tal-ħaddiema li kienu jaħdmu bħala tobba, infermiera u allied health professionals imsemmija fl-istess tweġiba?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-impjegati mhumiex obbligati li jipprovdu raġuni għar-riżenja tagħhom.
Settur tas-saħħa — charge nurse jew practice nurse li għandhom ‘il fuq minn 60 sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm ħaddiema fis-settur tas-saħħa li qed jaħdmu bħala infermiera u għandhom ‘il fuq minn 60 sena u jokkupaw titlu ta' charge nurse jew practice nurse u f'liema settur jaħdmu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-settur tas-saħħa hemm 68 Charge Nurses u 14-il Practice Nurse li għandhom ’il fuq minn 60 sena.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13782 u jgħid, fid-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija biex jidħlu f’dar tal-anzjani u kemm minnhom jinsabu fi sptar u kemm minnhom jinsabu fid-dar tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 1627 anzjan/a li qed jistennew li jiddaħħlu f'dar tal-anzjani tal-Istat u/jew tal-privat wara li sarulhom l-assessments u ġie deċiż li jikkwalifikaw għal dan.
Jista’ l-Ministru jgħid instabx post alternattiv għall-berġa tas-saħħa f'Ħaż-Żebbuġ, Malta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li saru hafna tentattivi biex jinstab sit alternattiv, il-pass li jmiss hu li nitolbu lill-Aġenti tal-Proprjetà lokali biex jaraw jekk għandhomx proprjetajiet fil-listi tagħhom li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħiet ippubblikati.