Jista’ l-Ministru jindika liema fil-preżent huma dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom ‘Karta ta’ Servizz ta’ Kwalità/Quality Service Charter’ għall-benefiċċju tar-residenti tagħhom?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni miġbura mingħand il-Kunsilli Lokali jirri¿iluta li hemm 3 Kunsilli Lokali li għandhom ‘Karta ta’ Servizz ta’ Kwalità/Quality Service Charter’ għall-benefiċċju tar-residenti tagħhom li huma il-Belt Valletta, il-Għargħur u l-Mosta.
Għawdex – Triq Għajn Mhelhel – xogħol ta’ asfaltar
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10833 li ngħatat fil-5 ta' Lulju 2019 jista’ l-Ministru jgħid b'mod dettaljat x'tip ta' xogħol tkompla u tlesta s’issa u x' fadal isir fuq Triq Għajn Mhelhel, it-triq li miż-Żebbuġ Għawdex twaslek għall-Bajja tax-Xwejni, li fija kellu jsir ix-xogħol ta' asfaltar u xogħol ieħor? Jista’ jgħid jekk ix-xogħol tkomplix b'mod regolari mid-data ta' meta ġiet imwieġba l-mistoqsija parlamentari 10833 u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li ma tkomplix b'mod regolari x-xogħol fuq din it-triq? F’liema xahar tas-sena 2019/2020 hu ppjanat li titlesta kompletament din it-triq u tibda titgawda mis-sewwieqa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-żebbuġ li x-xogħol tkompla, fejn ingħata l-konkos mal-ġnub tat-triq kif ukoll ngħata t-tarmac fuq parti kbira minnha. Baqa biss l-aħħar parti tagħha. Il-kuntrattur mhux ikompli x-xogħol b’mod regolari minħabba xogħlijiet oħrajn, anke wara li nġibditlu l-attenzjoni kemm-il darba min-naħa tal-Kunsill Lokali. Ninsab infurmat li hu ppjanat li x-xogħol jitlesta fi żmien 8 ġimgħat.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjieg lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12303 u jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali — l-Arti u l-Gvern Lokali - sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess ta’ restawr tal-Kappella tal-Għolja fil-limiti tas-Siġġiewi, wara l-istudju li kien sar mill-Kunsill Lokali preċedenti tas-Siġġiewi u l-Kurja ta' Malta?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li wara l-istudji preliminari li saru, id-Direttorat tar-Restawr, f’isem il-Ministeru, ftit tal-ġimgħat ilu iffirma ftehim ta’ kollaborazzjoni mal-Kurja li permezz tiegħu se jsiru studji ġeoloġiċi matul l-2020 biex tiġi stabbilita il-kawża tal-ħsara strutturali eżistenti. B’hekk ikun jista’ jiġi iddisinjat u imwettaq, wara ħruġ ta’ sejħa għall-offerti, intervent ta’ konsolidament meħtieġ.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — safar, fuel u hospitality - nefqa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12100, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjieg lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta’ Wikipedia page
Question
Fid-dawl tal-fatt li l-IP Address li ntuża biex fit-3 u s-6 ta' Ottubru 2019 ġiet immanipulata l-Wikipedia page tar-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tal-Ewropa Peter Omtzigt kien minn uffiċċju tal-Gvern, u li skont ir-regoli tad-Data Retention, tali informazzjoni tinżamm għal sitt xhur, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni? Jekk iva, minn liema uffiċċju saret din il-manipulazzjoni u x'passi ttieħdu? Jekk le, meta se ssir tali investigazzjoni?
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sentejn kemm-il darba ltaqa' l-kumitat tad-Dwejra Management Board? Jista' jagħti d-data meta saru l-laqgħat u l-post fejn inżammu? Jista' jgħid min kienu l-membri preżenti f'kull laqgħa? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħa ta' dan il-Bord għall-perjodu indikat?
Jista’ l-Ministru ġentilment jikkonferma jekk uffiċjal tal-LESA jridx jiffirma kif ukoll jirreġistra n-numru tiegħu, meta jħalli ċitazzjoni mal-iscreen tal-karozza?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-Kontravenzjonijiet li jitwaħħlu mal-iscreen tal-karozza u li jkunu maħruġin mill-Uffiċjali tal-Komunità, ikun fihom stampat in-numru tal-Uffiċjal tal-Komunità, kif ukoll spazju apposta fejn il-kontravenzjoni tiġi ffirmata mill-uffiċjal li jkun ħareġ iċ-ċitazzjoni.