Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6698 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn l-Università ta’ Malta u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premises tal-Università u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6697 u jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premises tal-MCAST fil-Mosta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-“Financial Bid Part i” li tinsab fil-kuntratt li se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8135.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6696 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn l-MCAST u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premises tal-MCAST fil-Mosta u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-kuntratt eżistenti qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6695 u jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premises tal-MCAST f’Raħal Ġdid?
MCAST — Korsijiet fuq Livelli 3 u 4 - assistenza personali lil studenti bl-awtiżmu
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk l-istudenti li jaqgħu taħt l-ispettru tal-awtiżmu u jattendu jew jixtiequ jattendu għall-korsijiet fuq il-livelli 3 u 4 fl-istituzzjonijiet edukattivi tal-MCAST, għandhomx jew ikollhomx assistenza personali waqt it-tagħlim?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-MCAST tindirizza l-bżonnijiet ta’ kull student b’mod personali biex kull student jiġi ppreparat għad-dinja tax-xogħol filwaqt li jippromwovi kultura ta’ edukazzjoni inklussiva.
MCAST — post b'ambjent meħtieġ għal studenti bl-awti¿mu
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-istituzzjoni post-sekondarja tal-MCAST jeżistix post bl-ambjent meħtieġ u li jaqdi l-ħtiġijiet ta' studenti li jaqgħu taħt l-ispettru tal-awtiżmu b'mod partikolari ħtiġijiet fejn jidħlu ħsejjes eċċessivi u disturbanti oħra fuq campus li dejjem qed jikber u li għal dawn l-istudenti jaf ikun ta' sfida akbar biex jorjentaw ruħhom fih?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6707, jista' l-Ministru jgħid kemm hu proġettat li tiggwadanja l-MCAST minn Fondi Ewropej għall-perjodu mill-2023 sal-2030, sena b'sena?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6706 u jagħti rendikont ta’ kemm ħadet Fondi Ewropej l-Università ta’ Malta, sena b’sena mill-2013 sal-2022, u jgħid ukoll kemm hu proġettat li tieħu (għal kull sena) mill-2023 sal-2030?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 l-Universita ta’ Malta bbenefikaw total ta’ €116,916,055.73 minn fondi Ewropej.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6705 u jelenka:
a. lista ta’ safar li sar mir-Rettur tal-Università matul dawn l-aħħar tliet snin;
b. meta kien dan is-safar;
ċ. kemm sewa flus;
d. għal liema raġunijiet sar dan is-safar; u
e. min kienu l-persuni li attendew miegħu u xi rwoli għandhom fl-Università?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Destinazzjoni
Dati tas-safar
Valur Totali
Informazzjoni addizzjonali
Kroazja
7 – 8 ta’ Ottubru 2021
€1,426.96 *
Informal SEA-EU Recotrs and Presidents’ meeting.
Ungerija
27 – 29 ta’ April 2022
€1,197.36
EUA Annual Conference fejn ġie akkumpanjat minn Academic Registrar.
Ġermanja
1 – 3 ta’ Ġunju 2022
€1,115.72 *
Governing Board meeting of SEA-EU
Franza
19 – 23 ta’ Settembru 2022
€940.01 *
Governing Board meeting of SEA-EU
* Tali spejjeż kienu koperti minn fondi tal-istess SEA-EU
Skola Higher Secondary – prezzijiet tal-ikel u x-xorb
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6703 u jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premises tal-Higher Secondary School?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Higher Secondary School – ftehim mal-operatur tal-vending machines
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6702 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn il-Higher Secondary School u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premises tal-Higher Secondary School u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt eżistenti qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6701 u jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premises tal-Junior College?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament, l-operatur li jbiegħ l-ikel u x-xorb m’għandux vending machines fil-Junior College.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment f'BARTS? Kemm hemm studenti jitgħallmu hemm? Xi ftehim sar mal-Isptar Mater Dei biex jintuża s-servizz biex ikunu jistgħu jitgħallmu dawn l-istudenti?
Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u skejjel tal-Istat – miżuri Green
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri Green qed jieħu fil-Ministeru tiegħu u fl-iskejjel tal-Istat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm l-għan tal-Ministeru u kif ukoll l-iskejjel tal-Istat hu li jedukaw, iħaddnu u kif ukoll jinkoraġġixxu miżuri li bihom ngħinu l-ambjent ta’ madwarna. Miżuri jinkludu r-riċiklaġġ u s-separazzjoni tal-iskart, l-użu ta’ sistemi ta’ panelli, użu aħjar tal-ilma, tħawwil ta’ pjanti u siġar, fost proġetti, sistemi u inizjattivi sostenibbli oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2312 dwar ix-xogħlijiet li huma previsti li jsiru fl-Iskola Primarja ta' Ħal Għaxaq, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett sabiex tiġi rranġata u rinnovata din l-iskola?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'kull skola primarja f'Malta u Għawdex? Minn dawn l-istudenti, għal kull skola, kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom mhumiex Maltin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nuqqas ta' LSEs fl-iskejjel tal-Gvern bħalissa, fil-Kulleġġi ta' Malta u f'dak ta' Għawdex, kulleġġ kulleġġ? Jista' jgħid x'wassal għal din il-problema?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta’ reklutaġġ ta’ LSEs jinsab fil-fażijiet finali u mistennija jiġu ingaġġati 15-il LSE. Barra minn hekk, hemm numru ta’ LSEs li bħalissa jinsabu bil-leave tal-maternità.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7385 u jgħid jekk is-6th Form Sir M.A. Refalo għandhiex it-titlu ta' Institute for Further Education? Jekk iva, dan meta ngħata u għaliex?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-terminu “Institute for Further Education” huwa riferut bħala sotto titlu, bħal kull sotto titlu ieħor li kellha l-iskola msemmija matul is-snin. Dan is-sotto tilu ġie miżjud fis-sena skolastika 2014/15 fuq inizjattiva tat-tmexxija tal-iskola ta’ dak iż-żmien.