Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #2931 Sitting 65 2017-12-18 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

WTO – envoy – laqgħat ta’ Ambaxxaturi Permanenti f’Ġinevra

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa tal-Ambaxxaturi Permanenti f’Ġinevra għal World Trade Organisation (WTO), magħrufa fil-qosor bħala HOMs, attenda u rrapporta lill-awtoritajiet kompetenti l-envoy tiegħu għall-World Trade Organisation (WTO) l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mill-bidu tal-ħatra tiegħu sal-lum? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti/rapporti ta’ dawn il-laqgħat li għalihom attenda l-istess individwu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nistieden lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #2960 Sitting 65 2017-12-18 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistru Pubbliku – divorzji rreġistrati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati divorzji ġewwa r-Reġistru Pubbliku li ġew pronunzjati minn Qorti jew xi awtorità oħra kompetenti barranija, mis-sena 2010 sal-lum? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għal kull sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nformat li n-numru ta’ divorzji li ġew pronunzjati minn Qorti jew xi awtorità oħra kompetenti barranija, mis-sena 2010 sal-lum li ġew reġistrati ġewwa r-Reġistru Pubbliku huma: 2010 47 2011 69 2012 66 2013 57 2014 67 2015 89 2016 124 2017 sal-11ta’ Diċembru 76
Leg 13 PQ #2961 Sitting 65 2017-12-18 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ismijiet tat-tfal

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-aktar tliet ismijiet komuni li ngħataw lil trabi li twieldu f'Malta kemm għas-subien kif ukoll għall-bniet sa mis-sena 2000 sal-lum, maqsuma sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Leg 13 PQ #2979 Sitting 65 2017-12-18 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Barranin li jgħixu f’Malta

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2527, jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista kollha ta' kemm hawn barranin li jgħixu f’Malta bħala residenti reġistrati peress li wieħed jinnotta li dawk Ewropej huma nieqsa mil-lista tar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2527?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2527 tirrifletti l-istatistka uffiċjali skont il-metodologija tal-Eurostat li tirrigwardja ċittadini ta’ pajji¿i terzi li jgħixu f’Malta, kif miġbura minn Identity Malta. Din il-lista teskludi ċittadini li ġejjin mill-Unjoni Ewropea, għaliex Identity Malta tintalab biss mill-NSO sabiex tipprovdi informazzjoni fuq ċittadini ta’ pajjizi terzi li għandhom permess ta’ residenza. L-informazzjoni dwar il-popolazzjoni f’Malta, maqsuma bejn Maltin u barranin, inklu¿ dawk iċ-ċittadini li ġejjin mill-UE, tinkiseb mill-NSO. Dan għaliex skont id-definizzjoni wzata mill-Eurostat, mhux kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea li jikseb dokument ta’ residenza, b’validità ta’ ħames snin, jista’ jitqies li huwa resident ta’ Malta. Dan huwa dovut għall-fatt li ċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea m’humiex obbligati li jagħmlu direġistrazzjoni meta ma jibqgħux jgħixu f’Malta, għal kontra ta’ ċittadini ta’ pajjizi terzi li kif jiskadilhom il-permess ta’ residenza jkunu awtomatikament ikkunsidrati li m’għadhomx jgħixu f’Malta.
Leg 13 PQ #2812 Sitting 64 2017-12-12 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni mexxija mill-Ewroparlamentari Soċjalista

Question

Peress li l-Ewroparlamentari Soċjalista Ana Gomes, li mexxiet delegazzjoni tal-Parlament Ewropew f’Malta bejn it-30 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru kkonkludiet li f’Malta hawn nuqqas ċar ta’ rieda politika li jittieħdu passi kriminali fil-konfront ta’ nies fil-poter, tant, li f’messaġġ fuq Twitter nhar l-4 ta’ Diċembru 2017 qalet bla tlaqliq li “Muscat shelters in his Gov the corrupt exposed in PanamaPapers and Malta’s FIAU”, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk din l-Ewroparlamentari Soċjalista, mill-istess partit politiku tal-Partit Laburista, hiex fost dak il-grupp partikolari ta’ MEPs li skont hu, “Malta għandha issue magħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li la jien u lanqas il-pajjiż m’għandu issue ma ħadd. Huwa ħaddiehor, ewlieni fosthom grupp politiku fil-Parlament Ewropew, li għaliex mitmugħ informazzjoni parzjali u ħafna drabi skorretta, jidher li għandu issue ma’ Malta.
Leg 13 PQ #2914 Sitting 64 2017-12-12 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kastilja – uffiċċju ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadx għandu uffiċċju f’Kastilja jew aċċess regolari għall-Kastilja?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba hija fin-negattiv
Leg 13 PQ #2915 Sitting 64 2017-12-12 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IIP – azzjonista f’kumpaniji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk humiex minnhom ir-rapporti fis-sens li l-mara taċ-Chief of Staff tiegħu hija azzjonista f’kumpaniji li toffri servizzi marbuta mal-Individual Investment Programme (IIP) jew kif inhu magħruf aħjar il-programm ta’ bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi r-rapporti li qed jagħmel riferenza għalihom huwa ma humiex minnhom.
Leg 13 PQ #2102 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kumpaniji reġistrati f'Malta mal-MFSA li għandhom azzjonisti ta' nazzjonalità li mhijiex Maltija

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 705 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji reġistrati f’Malta (mal-MFSA) li għandhom azzjonisti ta’ nazzjonalità li mhijiex Maltija u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra kif mgħoddija lili mill-MFSA.
Leg 13 PQ #2107 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Valletta Services Directorate — fondi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm nefaq fondi l-Valletta Services Directorate fis-snin 2016 u 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #2110 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Valletta Services Directorate — fondi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġie allokat fondi l-Valletta Services Directorate għas-sena 2018?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #2799 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IIP — kummissjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid li ladarba fl-2016 ġew proċessati b’suċċess 265 applikazzjoni tal-IIP, li rriżultaw f’dħul għall-Gvern ta’ €27, 461,000: a) min huma dawk l-entitajiet privati involuti fil-bejgħ ta’ din l-inizjattiva li huma ntitolati għall-kummissjoni ( commission ); u b) kemm kienet il-kummissjoni jew ħlasijiet oħra li fl-2016 il-Gvern kellu jħallas bħala parti mill-obbligazzjonijiet tiegħu skont il-kuntratt iffirmat li jirregola l-marketing ta’ din l-inizjattiva?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif ilu żmien twil magħruf pubblikament, Henley & Partners huma l-konċessjonarji għall-programm ta’ ċittadinanza b’investiment. Huma intagħzlu wara sejħa pubblika. Kif jirriżulta mill-kuntratt, li wkoll ilu żmien twil li sar pubbliku, il-konċessjonarji huma ntitolati għal kummissjoni ta’ 4% fuq il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-applikanti. Il-konċessjonarji huma obbligati fost ohrajn li jippromwovu l-programm madwar id-dinja. L-ebda aġent ieħor approvat minn Identity Malta ma jirċievi xi forma oħra ta’ kummissjoni mill-istess Agenzija. Dwar l-ammont ta’ kummissjoni mħallsa lill-konċessjonarji, nirreferi lill-Onor Interpellant għar-rapporti annwali tar-Regolatur.
Leg 13 PQ #2805 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lista ta’ Persuni li ħadu Ċittadinanza Maltija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se tiġi ppubblikata l-lista ta’ persuni li ħadu ċ-ċittadinanza Maltija liema lista normalment tiġi ppubblikata sa Awwissu ta’ kull sena? Jista’ jgħid għaliex, din is-sena, il-lista damet daqstant biex tiġi ppubblikata u fil-fatt għadha mhix pubblika? Jista’ jgħid meta se tiġi ppubblikata?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nformat mill-Identity Malta li din il-lista se tiġi ppublikata fil-jiem li ġejjin.
Leg 13 PQ #2808 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rapport tal-FIAU — investigazzjoni

Question

Ladarba huwa magħruf li jeżisti rapport tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) li jikkonkludi li għandha tinbeda investigazzjoni kriminali fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi dwar ħasil ta’ flus u/jew flus miġjuba minn attivitajiet kriminali, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi se jieħu fil-konfront tal-istess Ministru Konrad Mizzi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fil-waqt li ninforma lill-Onor Interpellant li l-premessa tal-mistoqsija tiegħu hija żbaljata, nirreferih għal stqarrija 172777, maħruġa mill-FIAU fit-2 ta' Dicembru 2017.
Leg 13 PQ #2562 Sitting 62 2017-12-06 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gazzetta tal-Gvern – lista’ ta’ persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern il-lista ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni, inkluż dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta, matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016 u dan skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 14(2) tar-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nformat li l-lista ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b' naturalizzazzjoni, kif ukoll dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta, matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta' Jannar 2016 u l-31 ta' Diċembru 2016 se tiġi ppublikata fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 13 PQ #2694 Sitting 61 2017-12-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korsijiet tal-Institute for Public Service – għajnuna monetarja

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna monetarja jew x’tip ta' għajnuna oħra qed jingħataw dawk l-uffiċjali pubbliċi li jkunu obbligati jagħmlu korsijiet fl-Institute for Public Service? Jista’ jgħid kemm-il kors organizza dan l-Istitut ġewwa Għawdex, kemm ilu mwaqqaf? Meta saru dawn il-korsijiet u kemm attendew għal kull kors kif ukoll min seta' japplika għal kull kors li sar f'Għawdex?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #2737 Sitting 61 2017-12-05 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarjat tal-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta’ kemm tneħħew jew ġew trasferiti persuni mis-segretarjati privati tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali bejn Marzu 2013 u Mejju 2017? X'kienu l-pożizzjonijiet tagħhom? Meta tneħħew jew ġew trasferiti? X'kienet ir-raġuni għat-tneħħija jew għat-trasferimenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #2546 Sitting 60 2017-12-04 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadinanza Maltija lill-individwi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika għal kull waħda mill-persuni li isimha u kunjomha jidhru fil-lista li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar it-2 ta' Awwissu 2016 (Ħarġa Numru 19,616) u li kopja tagħha qed tingħata separatament, l-età u s-sess ta’ kull persuna fid-data meta ngħatat iċ-Ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni jew inkella taħt il-Programm ta’ Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L- informazzjoni personali mitluba mill-Onor. Membru ma tistax tingħata għal raġunijiet ta' protezzjoni ta' privatezza u ta' data personali.
Leg 13 PQ #2547 Sitting 60 2017-12-04 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadinanza Maltija lill-individwi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika għal kull waħda mill-persuni li isimha u kunjomha jidhru fil-lista li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar it-2 ta' Awwissu 2016 (Ħarġa Numru 19,616) u li kopja tagħha qed tingħata separatament u li hija persuna li ngħatat iċ-Ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta’ Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta, jekk kull persuna ngħatatx iċ-Ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta’ Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta bħala "applikant", "applikant ewlieni" jew "dipendenti"?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija ma jipprovdix li jsiru distinzjonijiet bħal dawk mitluba mill-Onor. Membru, liema distin¿jonijiet jistgħu wkoll jagħtu lok għal diskriminazzjoni, jinċidu fuq il-ħajja privata u fuq il-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini u għalhekk l-Onorevoli Membru huwa ġentilment mitlub li joqgħod mal-informazzjoni li tipprovdi għaliha l-liġi
Leg 13 PQ #2679 Sitting 60 2017-12-04 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk huwiex in vigore, u jekk iva, fejn wasal?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nformat li l-file tal-persuni imsemmija qiegħed jiġi proċessat u l-applikazzjoni tagħhom għadha in vigore. L-ipproċessar wasal fi stadju avvanżat u appena jiġu finalizzati l-kumplament tal-proċessi meħtieġa mil-Unit taċ-ċittadinanza, l-applikanti jiġu nfurmati minnufih bl-eżitu tat-talba tagħhom.
Leg 13 PQ #2697 Sitting 60 2017-12-04 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħarsien tas-sigurtà taċ-ċittadini li huma esposti għall-kriminalità organizzata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’qed jagħmel l-istat biex jassigura l-ħarsien tas-sigurtà taċ-ċittadini li huma esposti mid-deni tal-kriminalità organizzata lokali jew barranija jew organi statali? Il-Prim Ministru għandu bżonn għajnuna mill-partiti fl-Oppożizzjoni biex tinġabar lista ta’ persuni li huma esposti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ħarsien tas-sigurta taċ-ċittadini tibqa dejjem prijorita tal-gvern. Fl-istess hin ikun apprezzat jekk l-Onor Interpellant jifhem li l-mizuri li jittiehdu mill-istat dwar is-sigurta taċ-ċittadini u tal-pajjiz, huma ta' natura mill-iktar sensittiva u kunfidenzjali, u qatt ma kienet il-prassi li dawn id-dettalji jsiru pubbliċi. Fl-istess hin jekk l-Onor Interpellant għandu informazzjoni konkreta u kredibbli dwar dak li qed isemmi fil-mistoqsija parlamentari tiegħu, nistiednu jgħaddijha lill-awtoritajiet kompetenti.