Jista' l-Ministru jara li jiġi ċċekjat il-kont tad-dawl u ilma ta' penzjonat li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li jgħix waħdu u li ġieh kont ta' €1,157.81 meta dan qabel kien jiġih xi €71?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lill-Arms Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, huwiex milqut bil-liġi
possession and use
?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-fond li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament huwa mibni fuq art li kienet ġiet akkwistata taħt titlu ta’ Pussess u Użu permezz ta’ Avviż numru 300, tal-20 ta’ Mejju, 1949.
Jista' l-Ministru jara li l-Arms Ltd tiċċekkja kont ta' koppja anzjana, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li rċievew kont għoli wara sena u qed iħossu li komparat ma' xhur ilu ġie ferm għoli u jixtiequ jaraw jekk hemmx xi żball?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lill-Arms Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — servizz ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25080 u 24583 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu fondi mil-Good Causes Fund, sena b'sena mis-sena 2000 sas-sena 2010? Jista' jgħid ukoll kif tqassmu u allura liema kienu dawk l-għaqdiet li gawdew minn dan il-fund?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Fond għal-Kawżi Ġusti twaqqaf fl-2005 u l-għotjiet bdew jitqassmu mill-2006. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-rapporti li jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra kull sena, rispettivament.
Jista l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet quddiem il-Good Causes Fund li ġew rifjutati bejn is-sena 2000 u s-sena 2010, sena b'sena u lil min kienu jirrigwadaw?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-National Lotteries Good Causes Fund beda jopera mill-2006, wara li dan inħoloq fl-2005. Biex organizzazzjoni jew individwu jingħata kontribuzzjoni minn dan il-fond, il-proġett propost irid jissodisfa numru ta’ kriterji li huma stabbiliti fil-kundizzjonijiet biex wieħed ikun jista’ japplika, u li jinsabu fuq is-sit tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika għal kull sena l-applikazzjonijiet approvati u dawk rifjutati mill-bord li jamministra dan il-fond. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-2006 sal-2010, il-Fond għall-Kawżi Ġusti kkontribwixxa €5.7 miljuni lil 737 organizzazzjoni u individwi fl-oqsma sportivi, edukattivi, soċjali u kulturali.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-gvern huwiex se jagħti lill-Girl Guides ta' Wied il-Għajn post suret in-nies fejn ikunu jistgħu jiltaqgħu u jmexxu l-ħidma tagħhom f'Wied il-Għajn stess?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern ikun lest li jikkonsidra li jagħti post lill-Girl Guides ta’ Wied il-Għajn, kemm il-darba jiġi identifikat sit adekwat li jista’ jaqdi l-bżonnijijet tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid meta ġie ċertifikat l-aħħar il-heavy machinery li hemm fit-Tarzna, illum immexxija minn Palumbo?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Shipyards tikkonferma li l-heavy machinery fit-Tarzna kellhom ċertifikati validi sakemm ġew mgħoddija lill-kumpanija Palumbo Malta Shipyard Ltd.
Il-Malta Shipyards m’hijiex f’pożizzjoni llum li tkun taf is-sitwazzjoni preżenti ta’ dan il-makkinarju u din l-informazzjoni tista’ tagħtiha biss il-kumpanija Palumbo Malta Shipyard Ltd.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Palumbo ġiex eżentat milli japplika l-Health and Safety Regulations li qabel kienu applikabbli u inforzati fit-Tarzna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma ngħatat l-ebda eżenzjoni ta’ din il-kwalità. Bħal kull kuntratt ieħor tal-privatizzazzjoni l-konċessjonarji dejjem ikunu obbligati li jħarsu r-regolamenti u l-liġijiet tal pajjiż.
Enemalta, WSC u Arms Ltd — arloġġi tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni Enemalta, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew l-Arms Ltd introduċewx xi policy li biha persuna li jkollha iktar minn arloġġ tad-dawl/ilma wieħed fuq isimha, jekk kemm-il darba tiġi biex tistalla arloġġi ġodda hux qed tiġi mġiegħla tapplika għal dawn is-servizzi b'rata kummerċjali, anke jekk kemm-il darba l-post li fih ikunu se jiġu stallati dawn is-servizzi jkun residenzjali (appartamenti)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, skont il-Leġislazzjoni Sussidjarja 423.01 (Regolamenti fuq il-Provvista ta’ l-Elettriku), persuna huwa intitolat li jirreġistra bħala servizz għall-Post Domestiku biss, Servizz għar-residenza Prinċipali u Servizz għar-residenza Sekondarja, kif ukoll servizz għal Garage wieħed li ma jeċċedix id-dimensjoni ta’ 30 metru kwadru u jintuża esklussivament għal-finijiet privati u non-kummerċjali. Kull fond ieħor jiġi kkunsidrat bħala wieħed non-residenzjali.
Fil-każ ta’ provvista ta’ l-ilma, skont regolament 12(5) tar-regolamenti fuq il-Provvista ta’ l-Ilma, persuna huwa ntitolat sabiex jirreġistra servizz għal post residenzjali s-segwenti mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma:
- servizz għal residenza prinċipali
- servizz għal residenza sekondarja
- servizz għal garage wieħed li ma jeċċediex 30 metru kwadru u li jintuża esklużivament għall-finijiet privati u non-kummerċjali
Ħaż-Żebbuġ — Monti fuq ir-roundabout ta' Sciortino Street
Question
Jista' l-Ministru jassigura li l-Monti ta' Ħaż-Żebbuġ iżomm il-konfini li tradizzjonalment hu magħruf għalihom u ċioe fuq dak li hu magħruf bħala r-roundabout ta' Sciortino Street? Jista' jagħti struzzjonijiet sabiex l-ebda bejjiegħ ma jitħalla jarma 'l barra mir-roundabout?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skont Leġislazzjoni Sussidjara 441.04 l-allokazzjoni tal-posti u l-operat tas-swieq jaqa’ taħt ir-responsabbilità tal-kunsilli lokali rispettivi. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Kunsilli lokali.
Jista' l-Ministru jagħti raġuni għaliex il-Monti ta' Ħaż-Żebbuġ jarma ħames darbiet fil-ġimgħa u dan kuntrarjament għal dak li jiġri f'kull lokalità oħra, jiġifieri darba f'ġimgħa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-Suq ta’ Ħaż-Żebbuġ jarma ħames darbiet fil-ġimgħa għax hekk provdut fil-liġi sussidjarja 441.07.
Tajjeb li wieħed jinnota li filwaqt li veru hemm postijiet fejn is-suq jarma darba hemm postijiet li jarma ikar minn darba.
Fil-fatt Sliema u Birkirkara jarma darbtejn. Raħal Ġdid jarma erba’ darbiet, il-Belt Valletta u Masaxlokk jarma sitt darbiet u Għawdex jarma seba’ darbiet.
Peress li mill-Annual Financial Statements ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern jidher li kien hemm tnaqqis fin-nefqa meta mqabbla mal-previżjoni u jidher li kienet varjazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi nniffsu b'madwar €13miljun (13.6%) anqas minn dik prevista xahrejn biss qabel tintemm is-sena, jista' l-Ministru jispjega minn xiex ġiet din il-varjazzjoni u x'kienet ir-raġuni wara din il-varjazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dettalji dwar in-nefqa anqas, ta’ €15-il miljun (13.6%) li rriżultat taħt il-Ministeru tal-Finanzi fl-2010, meta mqabbla mar-revised estimates, qegħdin jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20019, 20395 u 21356, billi l-applikazzjoni msemmija tikkonċerna proposta ta' bini industrijali mill-gvern innifsu, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li terġa' tiġi sottomessa applikazzjoni oħra għal dan l-iżvilupp, jew jekk hemmx il-ħsieb li dan l-iżvilupp propost jitwaqqaf?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Industrial Parks se toħroġ sejħa għall-Expression of Interest għall-iżvilupp ta’ dan il-proġett. Applikazzjoni oħra mal-MEPA tiġi sottomessa abbażi tal-proposta li eventwalement tiġi magħżula.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-Joint Office mhux qiegħed iwieġeb għall-korrispondenza tal-persuni, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-korrispondenza tal-persuni li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament waslet fl-Uffiċċju Konġunt nhar il-5 ta’ Marzu 2011 u kienet tittratta dwar rikonoxximent tal-imsemmija persuni bħal ċenswalisti fuq proprjeta’ mogħtija b’titolu ta’ ċens temporanju. Għalkemm hija x-xewqa ta’ dan l-Uffiċċju li l-ittri jitwieġbu kemm jista’ jkun malajr, però dan l-Uffiċċju jirċievi mijiet ta’ ittri simili u għalhekk mhux dejjem ikun possibbli li jingħataw it-tweġiba fiż-żmien mixtieq.
Nixtieq però ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mat-talba li saret ma kienx hemm id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa u għalhekk dan l-Uffiċċju bagħat ittra lill-Avukat tal-persuni konċernati fejn talbu sabiex jibgħat id-dokumenti meħtieġa ħalli t-talba tal-klijenti tiegħu tkun tista’ tiġi proċessata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li meta jsir trasferiment ta' proprjetà l-partijiet iħallsu t-taxxi dovuti huma dirett minflok ma jħalluhom man-nutar kif inhi l-prassi kurrenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhijiex il-prassi imma l-Att dwar l-Ammistrazzjoni tat-Taxxa flimkien mar-Regoli dwar Qligħ Kapitali u l-Att dwar Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti li jesiġu li t-taxxa tinżamm min-nutar li qed jippublika l-kuntratt u huwa n-nutar li għandu l-obbligu li jibgħat din it-taxxa lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni. Madankollu l-Gvern bħalissa qed jistudja proposti biex jiġi żgurat li l-ħlas li jkun sar jasal għand il-Kummissarju f’kull każ u fil-ħin. Nassigura lill-Onorevoli Interpellant li s-suġġeriment tiegħu se jingħata kunsiderazzjoni xierqa.
B'referenza għall-parti ta' Strada Stretta li tibda minn wara l-Uffiċċju Legali tal-Bank of Valletta u li tispiċċa ma' Strada Arcivescovo u li fil-passat kienu jservu ta' ħwienet tad-divertiment u anke boutique hotels, jista' l-Ministru jgħid liema proprjetajiet huma proprjeta' tal-gvern? Liema minnhom jinsabu fil-pussess ta' terzi u taħt liema titlu?
Bl-istess mod li l-gvern għen lill-fondazzjoni Temi Zammit biex l-ex Splendid Hotel jinbidel f'ċentru ta' esebizzjoni għall-artisti, jaħseb il-Ministru li l-gvern għandu jagħmel ferm iktar biex, bl-istess mod kif sar fl- imħazen tal-Valletta Waterfront imma naturalment fuq skala iżgħar, jinvesti f'din iż-żona li bħalissa hija mifnija bil-kruha u l-ħmieġ sabiex jirripristinaha, anke billi jirrestawra l-ħwienet li kien hemm fil-passat (u li għandhom valur ta' memorja kollettiva) u jbiddilha f'ċentru kulturali u artistiku ħaj u letterarju?
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq f'din il-leġislatura l-Gvern fir-riġenerazzjoni ta' Strada Stretta kollha kemm hi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet li huma tal-Gvern fil-parti ta’ Strada Stretta li qed jagħmel referenza għaliha l-Onorevoli Interpellant. F’din il-parti, il-proprjetajiet indikati huma kollha mikrija b’titolu ta’ kirja ħlief għal żewġ fondi li huma vojta u ieħor li qiegħed fil-proċess li jiġi mikri.
Dwar it-tieni u l-aħħar parti tad-domanda, nitlob lil-Onorevoli Interpellant li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta ngħata l-permess tal-immaniġġjar u t-tmexxija tal-Lotterija Nazzjonali lil Maltco Lotteries Ltd, u meta jiskadi dan il-permess? Liema proċedura se tiġi segwita biex jingħata mill-ġdid dan il-permess? Se jkun hemm tender pubblika? Jekk iva, meta huwa previst li toħroġ din it-tender?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 25252.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il permess ta' Casino hawn f'Malta? Jista' jagħti d-dati ta' meta nħareġ kull permess u kemm hu twil kull permess? Jista' jgħid x'inhi l-proċedura biex jiġu mġedda, jew rinovati dawn il-permessi? Dawn se jiġġeddu b'sejħa għal tenders? Jista' jgħid kif tiġi stabbilita s-somma mħallsa għal peremss u biex jiġġedded?
Jista' jgħid jekk in-numru ta' permessi huwiex limitat, jew jekk nistgħux noħorġu permessi kemm irridu? Hemm xi kunsiderazzjoni għal-lokalità fejn jinħareġ permess? Jekk hu hekk, xi kriterji jintużaw u min jiddeċiedi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi preżentament hemm erba’ casinos liċenzjati Malta. Liċenzji għall-Casinos jinħarġu mill-Awtorità Dwar il-Lotteriji u l-Logħob għal terminu ta' għaxar snin skond il-liġi. L-Awtorità Dwar il-Lotteriji u l-Logħob toħroġ liċenzji jekk l-operatur (jew l-applikant) jissodisfa l-kriteri kollha skont l-Att dwar il-Logħob, inkluż li l-operatur huwa fil-possess ta' Konċessjoni maħruġ mill-Gvern.
L-erbà liċenzji attivi bħalissa huma ta' Oracle Casino li ħareġ f’Settembru 1998, ta’ Casino di Venezia li ħareġ f’Awissu, 2001, ta’ Portomaso Casino li ħareġ f’Ġunju 2006 waqt li ta’ Dragonara Casino ħareġ fl-2010. Il-liċenzji ta' Casinos maħruġa mill-Awtorità Dwar il-Lotteriji u l-Logħob jinħarġu skond l-Att Dwar il-Logħob u mhux skont
tender
.
Kull operatur iħallas somma kull sena bħala 'Liċenzja' lil-Awtorità Dwar il-Lotteriji u l-Logħob, skond il-poteri li tati l-liġi.