Legislature:
Category:
Reset
Active:

IVF – Proċeduri matul dawn l-aħħar tliet snin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proċedura tal-IVF saret matul dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma sena b'sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar tlett snin saru 1371 proċedura tal-IVF/ICSI u Embryo transfer, minn dawn 1115 saru ġewwa ART Clinic Mater Dei u 256 proċedura saru fil-kliniċi privati. Fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra jinsabu d-dettalji sena b’sena ta’ dawn l-aħħar tlett snin.

IVF – Proċeduri fis-sena 2023

Question

Jista’l-Ministru jgħid kemm-il proċedura tal-IVF saret fis-sena 2023 u kemm minnhom kienu ta' suċċess fejn il-koppja welldu tarbija?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li bejn Jannar u Ottubru 2023 (data ta’ Novembru u Diċembru għad trid tiġi sottomessa mill-kliniċi) saru 537 proċedura ta’ IVF/ICSI u Embryo transfer. 393 saru ġewwa Mater Dei filwaqt li 144 saru ġewwa klinika privata. Minn dawk il-proċeduri li rriżultaw fi transferiment ta’ embrijun kellna total ta 96 tqala (54 minn MDH u 42 mill-privat), minn dawn 16 (13 MDH and 3 privat) soffrew korriment u għaldaqstant 80 tqala setgħa jkollha twelid. Minn dawn it-tmenin tqala, 32 omm diġà welldu 35 tarbija (19 subien u 16 bniet) filwaqt li 48 omm oħra qegħdin jistennew li jwelldu 51 tarbija oħra. B’hekk mill-proċedura li saru sa Ottubru 2023 jkunu twieldu total ta’ 86 tarbija.

Faċilità San Vinċenz de Paul – Ħinijiet tal-viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra jestendi l-ħinijiet tal-viżitaturi fil-Faċilità San Vinċenz de Paul sabiex il-viżitaturi, partikolarment persuni anzjani jkunu jistgħu joqogħdu mal-pazjenti mingħajr ma jkollhom l-iskariġġ li jmorru u jerġgħu jiġu, u fl-istess ħin ikunu jistgħu jqattgħu aktar ħin mal-pazjenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-prijorità tagħna hija li niżguraw dak li huwa l-aħjar għar-residenti. Għaldaqstant, filgħodu naraw li jkun hemm biżżejjed ħin biex ir-residenti jingħataw il-kolazzjon u jiġu megħjuna biex jinħaslu qabel jibdew ġejjin il-viżitaturi. Il-ħin tal-viżitaturi huwa bejn l-10.30 a.m. u l-11.30 a.m. biex imbagħad, ir-residenti jkunu jistgħu jingħataw l-ikla ta’ nofsinhar. Wara nofsinhar, ikun hemm ħin ta’ mistrieħ u l-ħin tal-viżitaturi jibda mis-2.30 p.m. sas-7.30 p.m. Il-viżitaturi jistgħu joqogħdu ħdejn l-anzjani matul dan il-ħin kollu.

Carers barranin – Skills card

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ser tkun qed taħdem l-iskema tal-iskills card għal carers barranin u jekk il-carers kollha barranin ser ikun jeħtieġ li jkollhom skills card? Jista’ jgħid ukoll minn meta ser tkun meħtieġa din l-iskills card?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Intepellanta li d-dettalji jitħabbru fi żmien adattat.

Carers barranin – Lingwa Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ser jassigura li l-carers barranin jitgħallmu l-lingwa Maltija kif ġie mħabbar minnu ftit tal-jiem ilu u x’korsijiet ser ikunu qed jingħataw, kemm ser ikunu twal u min ser ikun obbligat li jsegwi dawn il-korsijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk l-obbligu li l-carers ikunu jafu l-Malti huwiex wieħed mill-kundizzjonijiet sabiex carer ikollu skills card?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-awtoritajiet tar-Residenza ta’ San Vinċenz diġà ltaqgħu ma’ l-Università ta’ Malta u l-fornitur tal-carers. Id-dettalji jitħabbru fi ftit tal-ġimgħat oħra. Nieħu din l-opportunità biex nassigura li l-carers ser ikunu ggwidati b’mod preofessjonali u dan qed isir għall-ġid kemm tal-persuni li qed jieħdu ħsieb kif ukoll biex huma l-carers, jħossuhom aktar integrati fil-komunità.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenzi tax-xogħol u/jew timesheets relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Dipartiment tas-Saħħa — Mediċina Pirfenidone

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-mediċina Pirfenidone (Tablets) IP 400mg imwiegħda li tkun introdotta fil-formolarju tal-Gvern permezz tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5206 (17/01/2023), ġietx effettivament introdotta u kemm hemm persuni intitolati għaliha?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi l-mediċina Pirfenidone ġiet approvata għat-trattament tal-kundizzjoni ‘iodopathic pulmonary fibrosis’. Din il-medicina għaddiet mill-process tal-procurement u mistennija tasal u tkun disponibbli għall-pazjenti li jinhtiġuha minn madwar April - Mejju 2024. Huwa maħsub li din il-mediċina se jibbenefikaw minnha inizjalment madwar 20 pazjent fis-sena. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL2907 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 197 tal-22 ta’ Jannar 2024)

Sptar Mater Dei – użu tal-operating theatres

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-Key Performance Indicators għall-użu tal-operating theatres fl-Isptar Mater Dei u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport fejn il-performance tal-użu tal-operating theatres ġie mkejjel?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li t-tagħrif qed jinġabar u jingħata f’seduta oħra.

Birżebbuġa – klinika tal-Gvern

Question

Fid-dawl li l-Klinika fil-Komunità ta' Birżebbuġa kellha tkun lesta lejn l-aħħar tal-2023 u li din għadha ma tlestietx, jista' l-Ministru jgħid meta ser tinfetaħ din il-klinika, kemm-il post ta' parkeġġ hemm biswita, il-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuħ tal-klinika, x'servizzi ser ikunu offruti u meta ser ikunu offruti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-data ta’ meta ser tinfetaħ titħabbar fil-ġimgħat li ġejjin. Infurmat li l-Kliniċi fil-Komunità jeħtieġu spazju ta' parkeġġ wieħed għal persuni b'diżabilità Is-servizzi li sejrin jiġu offruti huma kif ġej: Tabib (nhar ta’ Tlieta u l-Ħamis); Infermiera (il-Ħamis); Patoloġija tal-lingwa mitkellma (it-Tnejn u l-Ġimgħa); Podjatrija (it-Tnejn u l-Ħamis); Social Worker (it-Tlieta u l-Erbgħa); Fiżjoterapija (il-Ġimgħa) u Psikoloġija (it-Tlieta u l-Ġimgħa).

Sptar Mater Dei – Hip Replacement

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi kemm ser isiru operazzjonijiet tal-hip replacement, f'liema ġurnata, mill-ġurnata li fiha tkun qed titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari sal-aħħar ta' Ġunju 2024, ġurnata b'ġurnata?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar u jingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva – Nefqa fuq rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi fond mill-baġit ministerjali jew minn xi entità li taqa’ taħtu li minnhom jixtri rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li m’hemmx fond speċifiku li jismu rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Kuntratti ta’ fiduċja

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

CDAU – Tfal li jirċievu servizz

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4204 u 7485, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li bħalissa qed jużaw is-servizzi taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 4,085 tfal li bħalissa qed jużaw is-servizzi taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU).

CDAU – Stennija għal appuntament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’lista ta’ stennija hemm għas-servizzi taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) u kemm qed ikun ’il bogħod l-ewwel appuntament? Peress li kien hemm ilmenti li tfal qed ikollhom jistennew il-ġimgħat bejn appuntament u ieħor, jista’ jgħid x’inhu jagħmel il-Ministeru biex jindirizza din il-problema?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li mill-aspett tal-pedjatrija m'hemm l-ebda stennija biex tfal riferuti jieħdu dan is-sservizz. Il-pedjatra jara kull tifel jew tifla fi ftit ġranet li jkun każ ġdid riferut.

Child Development Assessment Unit (CDAU) — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) u x’inhi l-professjoni tagħhom? Kemm-il appuntament jingħata kuljum mis-CDAU u kemm minn dawn l-appuntamenti huma ġodda jew follow-ups? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ tas-CDAU?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) hemm jaħdmu dawn il-persuni: Mill-aspett mediku/pedjatriku: Lead Consultant Paediatrician Consultant Paediatrician Consultant Paediatrician li jagħti servizz darba jew darbtejn fil-ġimgħa Resident Specialist li tati servizz tlett darbiet fil-ġimgħa Resident Specialist u Higher Specialist Trainee on rotation Minn Jannar 2023 sal-aħħar tas-sena, ġew riferuti 671 każ ġdid lit-tobba tas-CDAU. CDAU jiftaħ kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Is-Sibt filgħodu jiġi offrut servizz ta’ follow-up mil-Lead Consultant Paediatrician. Din il-klinika hi speċjalment immirata għat-tfal tal-iskola biex ma jitilfux skola u l-ġenituri ma jitilfux mix-xogħol tagħhom.

CYPS – Tfal li jirċievu servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li bħalissa qed jużaw is-servizzi taċ-Child and Young People's Services (CYPS)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ tfal li bħalissa qed jużaw is-servizzi taċ-Child and Young People's Services (CYPS) hu ta’ 2820.

CYPS – Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’lista ta’ stennija hemm għas-servizzi taċ-Child and Young People's Services (CYPS) u kemm hemm tfal li diġà għandhom appuntament? Jista’ jgħid ukoll kemm qed ikun ’il bogħod dan l-ewwel appuntament u x’inhu ż-żmien medju bejn appuntament u ieħor?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infirmat li kwalunkwe tifel jew tifla li jiġi riferut għas-CYPS jew hu diġà każ attiv ta’ CYPS ikun ingħata appuntament ta’ initial intake/follow-up u/jew servizz ieħor ġewwa CYPS. Bħala stennija għal appuntament jiddependi skont il-każ. Eżempju: Hemm każijiet li jkollhom bżonn appuntament xahar wara; oħrajn li jkollhom bżonn follow up wara 4 jew 6 xhur. Bħalissa għall-każijiet riferuti ġodda lis-CYPS, hemm stennija ta’ bejn wieħed u ieħor xahar biex jingħata l-ewwel appuntament għal ‘initial intake’. Sabiex każ ġdid jingħata l-ewwel appuntament ma psikjatra, hemm stennija ta’ madwar 3 xhur (ġieli inqas) sa tnax-il xahar, jiddependi, dejjem skont il-konsulent allokat u l-urġenza tal-każ u kemm idum sabiex jiġi diskuss bejn il-‘multidisciplinary team’. Bħala żmien medju għall-każijiet miftuħin diġà s-CYPS, jiddependi skont in-natura tal-każ u l-konsulent allokat, però ż-żmien ivarja minn xahar sa ħames xhur (‘next available’).

Child and Young People's Services (CYPS) — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fiċ-Child and Young People's Services (CYPS) u x’inhi l-professjoni tagħhom? Kemm-il appuntament jingħata kuljum u kemm minn dawn l-appuntamenti huma ġodda jew follow-ups? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ tas-CYPS?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ impjegati fiċ-CYPS u l-professjoni tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward ta’ appuntamenti li jingħataw kuljum, ninsab infurmat li bħala ammont ivarja skont il-‘clinics’ u l-gruppi li jkunu għaddejjin matul il-ġimgħa. Matul l-2022 ingħataw 3,758 appuntament mat-tobba ta’ CYPS (964 kienu każijiet ġodda) u matul l-2023 ingħataw 4500 appuntament mat-tobba ta’ CYPS (565 kienu każijiet ġodda). Il-ħijiet tal-ftuħ huma kif ġej: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mis-7.30 a.m. sas-2 p.m. filwaqt li nhar ta’ Sibt mis-7.30 a.m. sa 12.00 p.m..

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista bid-dettalji tad-direct orders li ħarġu l-entitajiet jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu fil-perjodu bejn Novembru 2022 u Novembru 2023, maqsuma skont l-awtorità jew l-entità u għal kull direct order separatament jgħid meta ngħatat, kemm kien l-ammont, lil min tħallas, lil min ingħatat id-direct order u x'servizz kien ġie ingaġġat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.