Legislature:
Category:
Reset
Active:

Degree f'oqsma agrikoli

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk bħalissa hemmx xi żgħażagħ li huma sponsorjati mill-ministeru li qed jistudjaw għal xi degreef'oqsma agrikoli differenti? Jekk iva, kemm hemm u f'liema oqsma qed jiġu mħarrġa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali qed jisponsorja lil sitt impjegati tiegħu li qed jattendu korsijiet fl-Università ta’ Malta. Minn dawn, hemm erba’ li bdew jattendu kors f’Ottubru 2008, li jwassal għall-‘Preparatory Course for Diploma in Agriculture’. Ieħor beda jattendi kors f’Ottubru 2007, li jwassal għall-‘BSc in Mediterranean Agro-Ecosystems Management’ u mpjegata oħra li qed tattendi t-tieni sena ta’ kors li jwassal għall-Diploma fl-Agrikoltura.

Oil Division — website

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Oil Division li sa ftit ilu kien jidher fuq il-website tal-ministeru tiegħu m'għadux jidher fuq dan is-site?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Hazardous waste esportat lejn iċ-Ċina

Question

Wara li l-Ministru ħabbar f’ġurnal lokali li l-hazardous waste ta’ pajjiżna kien qed jiġi esportat lejn iċ-Ċina, jista' jgħid kif qed jiġi rapportat lill-Unjoni Ewropea u jekk huwiex qed jiġi klassifikat u rapportat bħala waste for recycling?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li jien ma tkellimtx dwar Hazardous Waste imma dwar rejects li jirriżultaw mill-proċess tar-riċiklaġġ.

Mosta — Pont tal-Isperanza - ħajt tal-ilqugħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5291 u jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-Pont tal-Isperanza fil-Mosta jkollu fil-ġnub tiegħu il-ħajt tal-ilqugħ li tiżdiedlu filata oħra, għaliex maż-żmien bit-tarmak li ngħata naqqas l-għoli ta' dan l-ilqugħ li llum huwa biss ta' tliet filati u għalhekk qed joħloq periklu għal min ikun għaddej bil-mixi minn fuq il-pont?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru kkonċernat.

Miżura 121 — applikazzjoni għal sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni daħlet fid-dipartiment konċernat minn bdiewa u raħħala sabiex jibbenefikaw minn sussidju taħt Miżura 121, liema miżura għalqet fil-31 ta’ Jannar 2009? Jista' jghid kemm hu l-ammont kumulattiv ta' investiment propost f’dawn l-applikazzjonijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi — prezz tal-gass

Question

Peress li minn informazzjoni li ngħatat waqt seduta tal-Kumitat tal-Kamra għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġi, in-naħa tal-gvern qalet li l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi ngħatat l-informazzjoni mill-kumpannija li issa hija responsabbli mis-servizz tal-gass fil-pajjiż dwar il-prezz ġdid, jista' l-Ministru jgħid kemm qed ikun propost li jkun il-prezz għal kull tip ta' ċilindru tal-gass?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

The International Renewable Energy Agency — founding treaty

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti hux se jiffirma l-founding treaty ta’ IRENA – The International Renewable Energy Agency?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ġibjuni madwar Malta — Tiswija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5405 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ġibjuni madwar Malta jiġu msewwija ħalli jibda jsir użu mill-ilma tax-xita li fil-preżent qed jintilef parti sostanzjali minnu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

PQ 5729 – Abbożż ta` risposta Seduta 80 -04/02/09 (18.00 hrs) MISTOQSIJA MILL-ONOR CARMELO ABELA Mistoqsija : Jista` l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5405 u jgħid jekk hemmx il- ħsieb li ġibjuni madwar Malta jiġu msewwija ħalli jibda jsir użu mill-ilma tax-xita li fil – preżent qed jintilef parti sostanżjali minnu? Tweġiba : Jien infurmat li matul 2008 sar xogħol ta` tiswija u tindif fuq numru ta`ġibjuni madwar Malta .L-istess hu ppjanat li jsir matul l-2009. Kienet twaqqfet Unit apposta biex tieħu ħsieb dan ix-xogħol. Nirreferi wkoll l-Onor Membru għar risposta tal-mistosija Nru 5406 Informażżjoni addiżżjonali : Matul 2008 sar xogħol ta` manutenżżjoni u tindif fuq sitt ġibjuni. Dawn kienu tnejn fi triq Garibaldi,wieħed Santa Luċia, wieħed Msida,u tnejn il-Gudja.

Ġibjuni

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm għandu ġibjuni l-gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm hija l-kapaċità li jaħżnu ilma dawn il-ġibjuni? Kemm issirilhom manutenzjoni f'sena u kemm-il darba sarulhom manutenzjonijiet matul is-sena 2008? Għandu l-ħsieb li jibni iktar ġibjuni matul is-sena 2009? Jekk iva, fejn u kemm-il metru kubu ilma jkunu jistgħu jesgħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li għaddej eżerċizzju biex jiġi aġġornat in-numru ta’ ġibjuni li jilqgħu l-ilma tax-xita u li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern. S’issa hu magħruf li hemm 115-il ġibjun li b’kollox hu stmat li jesgħu madwar 173,360 metri kubi (madwar 38.5 miljun gallun) ta’ ilma. Matul 2008 sar xogħol ta’ manutenzjoni u tindif fuq numru ta’ ġibjuni. Hu ppjanat li matul 2009 jinbeda xogħol ta’ kostruzzjoni fuq żewġ ġibjuni, wieħed ta’ 40,000 metru kubu (8.8 miljun gallun) f’Mosta Road, Lija u ieħor ta’ 60,000 metru kubu (13.2 miljun gallun) f’Wied il-Għasel, Burmarrad.

Ħalib tar-Raħħala — sussidju mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sussidju tal-Unjoni Ewropea fuq il-kwota tal-ħalib tar-raħħala tal-perijodu Frar 2008- Frar 2009 għadu ma ingħatax? Jista' l-Ministru jgħid meta dan ser jingħata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li s-sussidju ta’ l-Unjoni Ewropea fuq il-kwota tal-ħalib tar-raħħala għas-sena ta’ reġistrazzjoni 2008, jifforma parti mill-iskema ta’ Pagament Uniku li daħlet fis-seħħ mis-sena 2007. Il-Pagament tas-Sena 2008 irid jiġi mħallas sat-30 ta’ Ġunju 2009.

Hazardous waste — ħażna

Question

Jista' l-Ministru jgħid sal-lum il-hazardous waste fejn qed jinżamm? X’persentaġġ minnu jaħseb li qed jiġi stored fl-istess azjendi li jipproduċuh?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5218 u jgħarrafni kemm huwa kkalkulat li niżel ilma tax-xita fl-aquifers tal-gżejjer Maltin kif ukoll kemm huwa kkalkulat li ttella' ilma mill-art matul is-sena 2009? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li minn stima li ssir fuq perjodu ta’ għaxar snin, il-medja ta’ xita li tipperkola fl-acquifers kull sena huwa ta’ madwar 23 miljun metru kubu. L-ammont ta’ ilma, mkejjel f’metri kubi, mtella’ mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma bejn l-2003 u l-2007 kien skond kif ġej: 2003 15,196,000 mtr. kb. 2004 14,886,796 mtr. kb 2005 13,994,560 mtr. kb 2006 13,059,358 mtr. kb 2007 13,957,572 mtr. kb Il- Water Services Corporation għad ma ppublikatx iċ-ċifri tagħha għall-2008. It-tlugħ ta’ ilma mill-privat li ma jitkejjilx (mhux metered) hu stmat li jlaħħaq madwar 19,500,000 metru kubu fis-sena. B’hekk huwa kkalkulat li jittellgħu bejn 33 u 35 miljun metru kubu ta’ ilma kull sena.

Għammieri — farm sperimentali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-farm sperimentali tal-Għammieri hux se jintuża biex fih jitrabbew għasafar tal-għana? Jekk le, fejn hu mistenni li jitrabbew dawn l-għasafar għal skop ta' sperimentazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat fl-Għammieri għaddej proġett ta’ sperimentazzjoni fuq tnissil ta’ għasafar tal-għana fil-kaptività. Dan il-proġett beda fi Frar ta’ l-2006.

Policy biex prodotti agrikoli jkunu nxurjati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-gvern fassalx xi policy li permezz tagħha l-bdiewa u l-prodotti agrikoli tagħhom jiġu nxurjati kontra disgrazzji naturali? Meta hu mistenni li din l-iskema tinfirex fost il-bdiewa kolla?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bozoz b'xejn lill-famliji Maltin u Għawdxin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5207 u 4929 li oriġinarjament saru lil Prim Ministru u issa ġew riferuti lilu u ċioè: Billi fis-sena 2007 il-Prim Ministru kien ħabbar li se jqassam ħames bozoz b’xejn lill-familji Maltin u Għawdxin, jista' jgħid meta ser titwettaq din il-wegħda?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija Nru 5382.

Ċittadella — xogħlijiet ta' restawr u riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa l-programm ta’ xogħlijiet ta’ restawr u riabilitazzjoni taċ-Ċittadella għall-2009?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Birgu — Monument ta' Jum il-Ħelsien - tindifa u żabra

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Monument li jfakkar Jum il-Ħelsien fil-Birgu jingħata tindifa u jinżabru s-siġar u dan peress li l-festi għal din l-okkazzjoni dalwaqt jaslu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li dan il-Monument issirlu manutenzjoni sitt darbiet fis-sena. Fil fatt, il-manutenzjoni li jmiss hi fit-12 ta’ Frar u oħra qabel il-kommemorazzjoni ta’ Jum il-Ħelsien.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Awtoritajiet u aġenziji

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma l-membri tal-bord ta' kull waħda minnhom? X'inhi r-remunerazzjoni għal kull membru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra

Agricultural waste management plan

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar l-Agricultural Waste Management Plan? Meta tlesta? Meta inkiteb l-ewwel abbozz tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra

Delimara — Power Station - inċeneratur

Question

Jista' l-Ministru jgħid ma' min ikkonsulta biex wasal għall-konkluzjoni li, minflok jibda l-proġett tal-promenade kif kellu jagħmel f’Ottubru li għadda, jibni inċeneratur biswit il-Power Station f’Delimara? Jista' jipprezenta d-dokumenti kollha li juri l-Environment Impact Assessment li għamel biex wasal għal din il-konkluzjoni u kwalunkwe studju ieħor, kemm ambjentali u soċjali, li wassluh jieħu din id-deċizjoni b’rasu mistrieħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-proposta għall-bini ta’ inċineratur mhu se tinfluwenza bl-ebda mod il-proġett tal-promenadeliema xogħol xorta se jsir. Il-proposta tal-inċineratur qegħdha f’abbozz ta’ dokument imfassal minn kumitat espert eżattament għal raġunijiet ta’ kosultazzjoni pubblika. Nistieden hawnhekk lill-Onor Membru biex anki hu jagħti l-kontribuzzjoni f’din il-konsultazzjoni, inkluż jindika x’siti alternattivi jaħseb li jkunu aktar addattati mis-sit li rrakomanda l-Kumitat Tekniku. Jekk il-proġett ikun ser jitwettaq, l-istudji kollha relatati jkun għad iridu jsiru.