Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni tul is-sena 2019, kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni tul is-sena 2019 kien jammonta għal 32,582.
Id-dħul finanzjarju ammonta għal €779,254.65. Id-dħul finanzjarju huwa maqsum bejn entrance fees u gift shop sales.
L-ispejje¿ ġenerali fuq l-istess sit ammontaw għal €352,673.69. Dawn huma relatati ma manutenzjoni, telefonija, tindif, dawl u ilma, stationery, saħħa u sigurta u organizazzjoni ta’ attivitajiet varji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru t-Tempji Neolitiċi tul is-sena 2019, kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li żaru t-Tempji Neolitiċi tul is-sena 2019 kien jammonta għal 545,199.
Id-dħul finanzjarju ammonta għal €3,153,313.37. Id-dħul finanzjarju huwa relatat ma gift shop sales u entrance fees .
L-ispejje¿ ġenerali fuq l-istess sit ammontaw għal €1,313,894.90. Dawn huma relatati ma’ manutenzjoni, telefonija, tindif, dawl u ilma, kirja tal-bini, stationery, saħħa u sigurta’ u organizazzjoni ta’ attivatijiet oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12335 u 12251 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u li issa ġew riferuti lilu u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9342, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-eżerċizzju ta’ debt collection? Kemm kienu dawk il-ġenituri li ħallsu l-multi f’dawn l-aħħar tliet snin wara li rċevew l-ittra legali? X’isir jekk il-ġenituri jibqgħu ma jħallsux il-multa?
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għadu ma nbediex ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid u storm water culvert fuq Triq Santa Eliżabetta fix-Xewkija Għawdex? Jista' jgħid f’liema xahar u sena hu ppjanat li jinbeda u jitlesta x-xogħol ta' bini mill-ġdid fl-imsemmija triq peress li din it-tender maħruġa mill-kunsill lokali tax-Xewkija ilha li ġiet awarded mit-28 ta' Awwissu 2019?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħol ta’ bini fi Triq Santa Eliżabetta fix-Xewkija hu ppjanat li jinbeda f’ Marzu ta’ din is-sena. Ix-xogħol huwa mistenni li jdum madwar tnax-il ġimgħa.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8597 u jgħid jekk hemmx u jekk hemm, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Inventarju tal-Opri tal-Arti li hemm fil-Berġa ta’ Kastilja? Jista’ jgħid liema minnhom huma proprjetà tal-privat (fejn hu l-każ) u liema le?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda Opra tal-Arti li tagħmel parti mill-Kollezjoni Nazzjonali ġewwa l-Berġa ta’ Kastilja m’hi proprjetà tal-privat.
Għaldaqstant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Inventarju tal-Opri tal-Arti kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Raħal Ġdid — Librerija pubblika – xiri, donazzjonijiet u self ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12429 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inxtraw u kemm kien hemm donazzjonijiet ta’ kotba għal-librerija pubblika ta’ Raħal Ġdid matul is-sena 2019? Jista’ jindika wkoll kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika tal-Gudja matul is-sena 2019 hu kif imsemmi:
Lokalita’
Xiri ta’ kotba
Donazzjonijiet
Kotba mislufa
Raħal Ġdid
246
456
44,430
Santa Luċija — Librerija pubblika – xiri, donazzjonijiet u self ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12435 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inxtraw u kemm kien hemm donazzjonijiet ta’ kotba għal-librerija pubblika ta’ Santa Luċija matul is-sena 2019? Jista’ jindika wkoll kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika ta’ Santa Luċija matul is-sena 2019 hu kif imsemmi:
Lokalita’
Xiri ta’ kotba
Donazzjonijiet
Kotba mislufa
Santa Luċija
152
192
17,627
Iż-Żejtun — Librerija pubblika – xiri, donazzjonijiet u self ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw u kemm kien hemm donazzjonijiet ta’ kotba għal-librerija pubblika taż-Żejtun matul is-sena 2019? Jista’ jindika wkoll kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika taż-Żejtun matul is-sena 2019 hu kif imsemmi:
Lokalita’
Xiri ta’ kotba
Donazzjonijiet
Kotba mislufa
¯ejtun
195
1,286
25,925
Wied il-Għajn — Librerija pubblika – xiri, donazzjonijiet u self ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw u kemm kien hemm donazzjonijiet ta’ kotba għal-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn matul is-sena 2019? Jista’ jindika wkoll kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn matul is-sena 2019 hu kif imsemmi:
Lokalita’
Xiri ta’ kotba
Donazzjonijiet
Kotba mislufa
Wied il-Għajn
230
1,384
29,326
Il-Gudja — Librerija pubblika – xiri, donazzjonijiet u self ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12431 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inxtraw u kemm kien hemm donazzjonijiet ta’ kotba għal-librerija pubblika tal-Gudja matul is-sena 2019? Jista’ jindika wkoll kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika tal-Gudja matul is-sena 2019 hu kif imsemmi:
Lokalita’
Xiri ta’ kotba
Donazzjonijiet
Kotba mislufa
Gudja
111
349
27,132
Il-Fgura — Librerija pubblika – xiri, donazzjonijiet u self ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12433 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inxtraw u kemm kien hemm donazzjonijiet ta’ kotba għal-librerija pubblika tal-Fgura matul is-sena 2019? Jista’ jindika wkoll kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika tal-Fgura matul is-sena 2019 hu kif imsemmi:
Lokalita’
Xiri ta’ kotba
Donazzjonijiet
Kotba mislufa
Fgura
116
529
13,367
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Meja tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab informat li fil-Ministeru kien hemm żewġ persuni (2), b’servizz ta’ konsulenza li issa m’għadhomx. Ħadd minnhom ma rritorna fis-Servizz Pubbliku.
Ħal Tarxien — Librerija pubblika – xiri, donazzjonijiet u self ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12427 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inxtraw u kemm kien hemm donazzjonijiet ta’ kotba għal-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2019? Jista’ jindika wkoll kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2019 hu kif imsemmi:
Lokalità
Xiri ta’ kotba
Donazzjonijiet
Kotba mislufa
Ħal Tarxien
89
169
3936
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-iskatepark ta' Birżebbuġa jinsab magħluq?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li waqt laqgħa li saret il-Ħamis, 23 ta' Jannar 2020, bejn il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa u The Malta Trust Foundation, ittieħdet deċiżjoni sabiex għas-saħħa u sigurtà ta' kull individwu l-iskatepark jinżamm magħluq temporjament sakemm jittieħdu l-miżuri kolla meħtieġa.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12540 u 12381 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Attachments:PQ12774 - Tabella B .pdfPQ12774 - Tabella A.pdf
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12385 dwar il-kappella fi stat ħażin fuq l-Għolja tas-Salib fis-Siġġiewi, jista' l-Ministru jispjega jekk l-istudju li għamel referenza għalih hux dak li kien ġie kkummissjonat mill-Kunsill tas-Siġġiewi preċedenti, jew jekk hemmx il-ħsieb li jsir ieħor?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12835 tagħmel referenza għal żewġ studji, ċjoè għal studji preliminari li diġa saru u studji ġeoloġiċi li jridu isiru matul l-2020. Xtaqt niċċara il-fatt li l-istudji ġeoloġiċi ppjanti li jsiru matul l-2020 huma distinti mill-istudju li kien ikkummissjonat mill-Kunsill tas-Siġġiewi preċedenti, li kienu ta’ natura preliminari. Fil-fatt l-istudji ġeoloġiċi u ġeotekniċi li jridu jsiru jinkludu, fost affarijiet oħra, teħid ta’ diversi kampjuni tas-saffi ġeoloġiċi mis-sit (borehole drilling), analizi fil-laboratorju tal-istess kampjuni, u installazjoni ta’ sistema ta’ monitoraġġ.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – laqgħat ma’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, fil-kariga uffiċjali tiegħu, iltaqa’ mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma ltqajtx mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12381 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta' wikipedia page
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12405, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni biex tivverifika li fil-fatt il-manipulazzjoni ta' wikipedia ma saritx minn uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ukoll liema hu l-Ministeru kkonċernat?