Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Internal audits f'awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta’ dawk l-awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li:
a) għandhom
internal auditor
?
b) li għad m'għandhomx
internal auditor
?
ċ) f'każ ta' dawk li għandhom
internal auditor
jgħid kemm ilu li nħatar u min huwa?
d) filwaqt li jagħti raġuni għaliex m'hemmx
internal auditor
f’dawk l-entitajiet li s’issa għad m'għandhomx wieħed, jindika ukoll meta dan il-vojt mistenni jimtela'?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza hemm ġewwa l-impound centres tat-Transport Malta? Huwa minnu li dawn l-impound centres huma mimlijin u li ma hemmx aktar spazju jitqegħdu aktar karozzi? Jista' jgħid kemm qed tħallas kera ta' dawn l-impound centres l-awtorità? X'se jsir minn dawn il-karozzi li hemm miġbura u meta? Jista' jgħid ukoll jekk hux minnu li s-sezzjoni ta' nfurzar tal-awtorità għandha ordni speċifika li jiġu ttowjati karozzi relattivament ġodda biss?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-mument Transport Malta għandha impound centre wieħed u li ġo dan l-impound centre hemm 253 karozza kif ukoll li għad hemm aktar spazju. Il-vetturi li hemm miżmuma qegħdin f’art pubblika u Transport Malta m’hi qed tħallas l-ebda kera. Aktar kmieni din is-sena Transport Malta organizzat irkant bl-għan illi jinbiegħu il-vetturi li kienu qegħdin fil-impound centre. Għal dan l-istess għan, Transport Malta qiegħda tippjana li jsir irkant ieħor fil-futur. Mhux minnu li s-sezzjoni ta' nfurzar tal-awtorità għandha ordni speċifika li jiġu ttowjati karozzi relattivament ġodda biss.
Miżuri biex jonqos l-ispeed fi Triq San Pawl il-Baħar fix-Xemxija
Question
Billi matul l-aħħar snin kien hemm diversi inċidenti tat-traffiku fil-parti ta' Triq San Pawl li tagħti mill-Veccia sar-roundabout tax-Xemxija, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din il-parti tat-triq jittieħdu fiha xi miżuri li bihom jonqos l-ispeed li bih jgħaddu l-karozzi minn din in-naħa tan-network pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi fl-aħħar tliet snin , f'din it-triq ma rriżulta ebda inċident fatali u tnejn biss li rriżultaw fi ġrieħi gravi. B'danakollu għaddejt lill-TM is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant.
Minister għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — salarji u kundizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14685 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta sar l-aħħar survey tal-breakwaters li għandna madwar Malta u Għawdex? Liema kienu l-breakwaters li fil-fatt ġew spezzjonati? Liema minn dawn il-breakwaters instab li għandhom bżonn ta' tiswija? X'inhu l-programm ta' tiswija li hu mistenni li jiġi implimentat matul din is-sena u matul is-sena d-dieħla? Xi programm ta' tiswija hemm għal wara l-2011 f'dawn il-breakwaters?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-aħħar survey tal-breakwaters li għandna madwar Malta u Għawdex sar bejn is-snin 2006 u 2007. Il-breakwaters li ġew spezzjonati kienu dawn:
Marsaxlokk - Main
Marsaxlokk - moll ħdejn il-
powerstation
Grand Harbour - St Elmo
Grand Harbour - Ricasoli
Msida Marina
Cirkewwa (North)
Mgarr, Gozo (South and East)
St Paul’s Bay (Bugibba)
St Paul’s Bay (Veccja)
Kull
breakwater
għandu bżonn ta’ xi tiswija, u l-programm ta' tiswija ġie mqassam f’perjodi ta’ ħames u għaxar snin. Il-programm ta’ riabilitazzjoni ta’
breakwaters
għal din is-sena u matul is-sena d-dieħla jkopri il-
breakwater
prinċipali ta’Marsaxlokk u ż-żewġ
breakwaters
tal-Port il-Kbir. Il-programm għal wara l-2011 għadu qed jiġi mfassal.
Toroq li ġew mibnija f'Santa Maria Estate fil-Mellieħa
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq f'Santa Maria Estate fil-Mellieħa fil-fatt ġew mibnija mill-ġdid matul is-sena 2008 u 2009? Liema huma t-toroq li fadal isiru? Meta hu mistenni li fil-fatt it-toroq li fadal f'din il-parti ta' Malta jiġu finalizzati?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ilmenti rċeviet l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni matul l-2008 u l-2009 rispettivament minħabba l-antenna tal-mobile operators li għandna f'Malta? Meta saru dawn l-ilmenti, xahar b'xahar f'dan il-perjodu ta' żmien u liema lokalitajiet kienu nvoluti f'dawn l-ilmenti/rapporti li rċeviet l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni? X'passi ħadet l-MCA f'dawn il-każi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni rċiviet 50 u 63 ilment jew talba għal aktar informazzjoni matul l-2008 u l-2009 rispettivament. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji kif mitluba mill-Onor Interpellant.
F’kull każ, l-awtorità tindirizza l-ilment billi tagħti informazjoni u fejn ikun mitlub mill-individwi, anki sar kejl mir-residenza tagħhom. Dan isir sabiex ikun aċċertat li l-emissjonijiet elettromanjetiċi li jarmi dan l-apparat, huma konformi mal-livelli stabbiliti fil-liġi u fil-liċenzji tal-operaturi.
Sussegwement, l-awtorità tibgħat rapport bir-riżultati lil min ikun għamel l-ilment kif ukoll lid-dipartiment responsabbli mis-saħħa pubblika. Sinteżi tar-riżultati tal-kejl tiġi ppublikata wkoll fil-
website
tal-awtorità.
L-ebda kejl ma rriżulta li qabeż l-livell massimu hekk kif irrakomandat mill- ICNIRP (
International Commission on Non-Ionising Radiation Protection
) relevanti għall-pubbliku.
Environmental Impact Assessments u feasibility study dwar cruise berths f'Għawdex
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15366, jista' l-Ministru jgħid meta ngħata l-kuntratt lill-ECORYS BV għall-feasibility study u l-Environmental Impact Assessment dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths? Jista’ jgħid sa meta kellu/għandu jitlesta l-Environmental Impact Assessment skont il-kundizzjonijiet tal-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntratt in kwestjoni ġie ffirmat nhar l-14 ta' Novembru 2005 u l-perjodu tal-implementazzjoni tal-kuntratt kien ta' 14-il xahar.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15461 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
bays quddiem ħwienet bil-kliem loading u unloading
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15822 u jgħid jekk bays quddiem ħwienet bil-kliem loading/unloading humiex regolari u legali jekk ma jkunx hemm ukoll tabella li tgħid loading/unloading?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tikkonsulta l-liġi u regolamenti applikabbli.
Ħal Għaxaq — ta' Landar u Triq Carmelo Rosario Dimech - xogħol meħtieġ
Question
B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6613 u press li fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 11379 kien intqal verbalment li x-xogħol kellu jitlesta sal-aħħar tal-2009, jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex ix-xogħol in kwestjoni għadu mhux lest?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol tal-Water Services Corporation ġewwa Triq Dun V. Scicluna Hermandez tlesta ftit tal-jiem ilu. Il-bqija tax-xogħol fit-toroq li jgħaqqdu ma’ din it-triq, jiġifieri Triq Settembrina u Triq l-Isparvier, ippjanat li jsir wara li jitlesta x-xogħol fi Triq Dun V. Scicluna Hermandez. Bħalissa għaddej xogħol fi Triq Settembrina u wara jinbeda x-xogħol fi Triq l-Isparvier.
Madankollu, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 11379 jiena ma għedtx li x-xogħol kellu jitlesta sal-aħħar tal-2009.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika l-ismijiet tal-persuni/kumpaniji indikati u anki r-reat speċifiku li jindika bħala “korruzzjoni tal-VAT” peress illi talli reat ma jeżistix skond il-kodiċi kriminali.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li saru speċifikament in vista taż-żjara tal-Papa Benedittu XVI? Kemm nefqet b'dan il-mod straordinarju Transport Malta? F'każ ta' kull triq, meta kien ippjanat li dawn isiru jew jitranġaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-toroq li saru speċifikament minħabba ż-żjara tal-Papa Benedittu XVI huma:
· Triq Sant Antnin, Mosta – Euro 54,780.82
· Triq il-Mitħna ta’ Carafa, Luqa – Euro 21,790.22
· Parti minn Triq il-Mużew, Rabat – Euro 26,334.05.
Transport Malta għamlet diversi interventi f’toroq oħra li kienu ppjanati li jsiru matul 2009 u 2010. L-interventi li kienu ppjanati fir-rotta prevista ngħataw il-prijorità biex saru qabel iż-żjara.
Żurrieq — Triq Dun Vincenz Schembri - xogħol fuq it-triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Dun Vincenz Schembri fiż-Żurrieq u dan għaliex madwar sentejn ilu l-Ministru kien informa lir-residenti li kellha ssir għaliex kellhom joħorġu t-tenders?
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16428 u 16054 u jgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru 16064.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fit-triq magħrufa bħala Qasam Barrani, limiti tal-Mellieħa, u li fiha saru l-mains tad-drenaġġ matul is-sena li għaddiet, fil-fatt tiġi rranġata għaliex filwaqt li qabel din it-triq setgħet tintuża mill-bdiewa, issa din m'għadhiex aktar aċċessibbli?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li din hi triq rurali u allura ma taqax taħt ir-responsabilltà ta' Transport Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17078 u 15668 u ċioe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari rigward il-bypass tal-Imtarfa, jista’ l-Ministru jgħid għaliex kulma jmur din it-triq qed jiżdiedu t-tarmac cracks minkejja li skond il-Politika tal-Gvern din it-triq kellha sservi għal 20 sena u tkun il-mudell ta' kif għandhom jinbnew it-toroq fil-gżejjer tagħna? Jista’ jaġġornani x'sar mill-konsiderazzjonijiet li poġġejt jien fuq il-Mejda tal-Kamra dwar kif skont l-esperti lokali u barranini li kkonsultajt magħhom offrew soluzzjoni sabiex ma jirrepetux żbalji fuq xogħlijiet ta' toroq rurali oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija kienet ġarrbet ħsarat minħabba ċaqliq li kien hemm fit-tafal. Minn dak in-nhar saru xogħlijiet fuq bini ta' retaining wall tul it-triq. Jien infurmat ukoll li s-soluzzjonijiet li ppreżentaw il-konsulenti ġew evalwati u apparti l-proposta li jingħata wiċċ ġdid fejn hemm il-qsim, qed ikunu kkunsidrat ukoll li jinbena french drain f'partijiet tal-bypass sabiex l-ilma li jkun għaddej minn ġot-tafal jiġi miġbur u jmur dirett fil-wied.
Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi r-responsabiltà tal-manteniment u l-għoti mill-ġdid tal-wiċċ ta' Triq it-Trinkatur fil-Mosta. Jista' jgħid jekk hemm xi awtorità li tara triq jekk għandhiex wiċċ ta' tarmak li huwa ta' kwalità sodisfaċenti jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq mhix responsabbiltà ta' TM.
Offerta għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17262 u jgħid jekk is-sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex ħarġitx? Jekk fin-negattiv, għaliex? Jekk ħarġet, meta? Jista’ jekk jogħġbu jqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sejħa pubblika għall-offerti għas-servizz ta’ bejn Malta u Għawdex għadha ma ħarġitx għaliex il-Gvern ta’ Malta bagħat abbozz ta’ l-offerta lill-Kummissjoni Ewropeja sabiex jiġi assigurat li s-sejħa tkun konformi mar-regoli tal-Unjoni Ewropeja. Dan sabiex tiġi evitata l-possibilità li fil-futur jittieħdu proċeduri legali kontra Malta għaliex jinstab li xi partijiet mis-sejħa, jew mill-kuntratt eventwali, ma jkunux konformi mal-leġislazzjoni. F’dan ir-rigward delegazzjoni minn Malta kienet ukoll iltaqgħet mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni sabiex l-abbozz jiġi diskuss f’aktar dettal. Wara din il-laqgħa l-Kummissjoni kkonfermat li l-abbozz kien konformi mar-regoli Ewropej. Għalhekk is-sejħa pubblika għall-offerti għas-servizz ta’ bejn Malta u Għawdex mistennija li tiġi ppublikata fil-futur qarib.
Mosta, Attard u Balzan — toroq sekondarji li qatt ma ngħataw wiċċ
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' toroq fil-Mosta, Attard u Balzan ta' dawk it-toroq sekondarji u li qatt ma ngħataw wiċċ asfalt u tarmak u għalhekk huwa taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li jagħmel dan ix-xogħol u jagħti wiċċ ġdid lil dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.19277.