Jista' l-Ministru jgħid xi jsir mit-tablets li qegħdin jitqassmu fl-iskejjel lit-tfal, wara li dawn jiġu ritornati lura? Jista' jgħid kemm-il tablet li kien jintuża mit-tfal fl-iskejjel u ġie ritornat, illum m'għadux jintuża u għalfejn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk it-tablets bil-ħsara jinżammu fl-imħażen tal-Ministeru sakemm jiġu disposti għand “scrappers” liċenzjati skont id-direttiva tal-WEEE.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ċentri S.T.E.A.M. madwar Malta u Għawdex? Fejn jinsabu dawn iċ-ċentri? Kif titħaddem din is-sistema f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'dawn iċ-ċentri u kemm sar investiment f'kull ċentru?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Skejjel tal-Istat – Ħruġ ta’ inviti f’okkażjonijiet uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew xi entità oħra li taqa’ taħtu ħarġux xi direttiva/direttivi, jew ordnijiet biex fl-okkażjonijiet uffiċjali li jinżammu fl-iskejjel tal-Gvern ma jinħarġux inviti lill-kunsilliera lokali kif ukoll lill-Membri Parlamentari? Jekk iva, x'inhi r-raġuni għal tali direttiva? Meta ħarġet id-direttiva jew il-policy li tali inviti ma jinħarġux u minn meta kellha tibda tapplika?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Kulleġġ ta’ Santa Margerita – exclusions f’dawn l-aħħar sitt snin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6652 u 6841 u jgħid kemm ingħataw exclusions lill-istudenti fil-Kulleġġ ta’ Santa Margerita tul dawn l-aħħar sitt snin, possibbilment maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Kulleġġ imsemmi, matul dawn l-aħħar sitt snin, kien hemm total ta’ 315-il student li ngħataw exclusion.
MFHEA – konferenza f’isem il-Euro-Asian Association
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li f’Novembru 2022 il-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) żammitx konferenza f’isem il-Euro-Asian Association u jekk dan huwa minnu, kemm kienu l-ispejjeż relattivi, jekk dawn tħallsux mill-istess Awtorità u jekk iva, taħt l-awtorizzazzjoni ta’ min?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali kienet ta’ €13,350.26 u dan il-pagament ġie approvat mis-CEO tal-MFHEA.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) matul is-sena li għaddiet iċċelebrat bil-kbir l-għaxar anniversarju tagħha b’attivitajiet varji, inkluż b’kunċert? Jekk dan huwa minnu, kemm kienet l-ispiża u min awtorizza dan l-infiq?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MFHEA ċċelebrat kif inhu xieraq, fejn l-ispiża totali kienet ta €7,227.12. Din l-ispiża ġiet awtorizzata mis-CEO tal-MFHEA.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5791 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7269, jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport kriminali sar mal-Pulizija mill-Permanent Secretary tiegħu fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu, f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Għawdex – Skejjel tal-Istat — nazzjonalità tal-istudenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' studenti f'kull skola tal-Gvern li hemm f'Għawdex u f'kull każ jgħid kemm minnhom huma ta' nazzjonalità Maltija u kemm minnhom huma ta' nazzjonalità barranija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Skola
Studenti ta' nazzjonalità Maltija
Studenti ta' nazzjonalità barranija
Total ta' studenti fl-Iskola
Skola Primarja Karmni Grima Gharb
109
12
121
Skola Primarja Anton Cassar Ghajnsielem
157
15
172
Skola Primarja Peter Paul Grech Kercem
105
6
111
Skola Primarja Sir Arturo Mercieca Rabat
280
52
332
Skola Primarja Dun Salv Vella Nadur
187
15
202
Skola Primarja President Anton Buttigieg Qala
101
20
121
Skola Primarja D. Salv Portelli San Lawrenz
30
7
37
Skola Primarja u
Special Unit
Ġu¿è Aquilina Sannat
195
19
214
Skola Primarja Patri Mattew Sultana Xagħra
241
56 (including 26 at the Hub)
297
Skola Primarja Roza Magro Xewkija
125
27
152
Skola Primarja Mons Giov Andrea Vella Zebbug
64
55 (including 18 at the Hub)
119
Skola Medja Agius De Soldanis
301
49
350
Skola Sekondarja Ninu Cremona
400
76
476
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6694 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn l-MCAST u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premises tal-MCAST f’Raħal Ġdid u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?
Skejjel – ġbir ta’ fondi minn attivitajiet biex issir manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx każijiet fejn biex issir il-manutenzjoni f’xi skejjel Statali, qed jinġabru fondi minn attivitajiet imtellgħin mill-iskejjel stess?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jelenka liema huma l-irwoli/karigi li fihom il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) qed timpjega għal SkolaSajf flimkien mal-ħlasijiet għal kull irwol/kariga?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li SkolaSajf taqa’ taħt ir-responsabbilta ta’ l-FES (Foundation for Educational Services) u mhux l-FTS.
L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Irwol/Kariga
Rata (€)/hr
Regional Coordinator
€ 12.07
Regional Coordinator (Inclusion)
€ 12.07
Centre Coordinator
€ 11.82
Centre Coordinator (Resource Centres)
€ 11.82
Playworker with Extra Responsibilities
€ 9.27
Playworker with Extra Responsibilities (Resource Centres)
€ 9.27
Child Support Worker (Resource Centres)
€ 8.51
Child Support Worker
€ 8.51
Playworker
€ 7.27
Sports Playworker
€ 7.27
Performing Arts Playworker
€ 7.27
Jista’ l-Ministru jgħid x’taħriġ se jkunu qed jingħataw dawk ingaġġati ma’ SkolaSajf li m'għandhomx teaching warrant?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal ma jsir kull sena, l-FES ser tofri taħriġ lil dawk il-ħaddiema prospettivi għal SkolaSajf. Għal din is-sena hemm programm ta’ taħriġ imfassal li jinkludu sessjonijiet prattiċi kemm fl-immaniġjar tal-klassi, inklużjoni, bżonnijiet speċjali, multikulturiżmu, diversità, fost taħriġ ieħor.
Jista’ l-Ministru jgħid min se jkun responsabbli jekk jinqala’ x'inċident f’xi klassi ta’ SkolaSajf li tkun taħt is-superviżjoni ta’ playworker/s li m'għandhomx teaching warrant?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull inċident jiġi investigat skont iċ-ċirkustanzi. L-FES għandha kodiċi ta’ dixxiplina li kull ċentru jrid jimplimenta.
Persuni reġistrati bħala self-employed mas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċeka u l-Innovazzjoni, jgħid kemm hemm persuni reġistrati bħala self-employed mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. interpellant li fis-Segretarjat Parlamentari ma jiġux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).
Ministeru għall-Edukazzjoni – talbiet minn ħaddiema għal transfers f’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5395 u jgħid kemm kien hemm talbiet għal trasferiment minn ħaddiema u xi grad huma, li jaħdmu mal-Ministeru għall-Edukazzjoni biex imorru jaħdmu f'xi dipartiment jew entità oħra mal-Ministeru għal Għawdex f'Għawdex mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, u fejn marru jaħdmu dawn il-ħaddiema li t-talba tagħhom ġiet milqugħa? Jista' jgħid fil-preżent kemm hemm talbiet pendenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma jagħmilx distinzjoni bejn trasferimenti li jiġu mitluba minn Uffiċjali Pubbliċi, trasferimenti li jsiru minħabba l-esiġenzi tas-Servizz jew trasferimenti meta l-uffiċjali kkonċernati ħadu ħatra jew promozzjoni.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — emails mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali li rċieva l-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar, Frar u Marzu 2023?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jgħoddu l-istess prinċipji msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija tiegħu numru 7130.
Junior College – ftehim mal-operatur tal-vending machines
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6700 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn il-Junior College u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premises tal-Junior College u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6699 u jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premises tal-Università ta’ Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.