Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14545 u jgħid, ġurnata b’ġurnata, kemm daħlu persuni fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga mill-1 sal-31 ta’ Diċembru 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura mis-sistema amministrattiva CPAS, in-numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei li daħlu taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga mill-1 sal-31 ta’ Diċembru 2023 jinsabu fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14549 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Mater Dei għas-sena 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Hospital Activity Report
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14550 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għas-snin bejn l-2013 sas-sena 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14551 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Karin Grech għas-snin bejn l-2013 sas-sena 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14542, jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-familja tal-mejjet (next of kin) ma ġewx infurmati b'din l-investigazzjoni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li f’dan l-istadju l-investigazzjoni hija waħda interna intenzjonata sabiex tistabbilixxi l-fatti u tidentifika jekk hux il-lok li jiġu riveduti l-proċeduri eżistenti. Ovvjament il-familjari kienu infurmati bl-incident u l-kawza tal-mewt. Ninforma lill-Onor Interpellant li l-operat tal-Bord hu wieħed indipendenti u għalhekk f’dan l-istadju l-Ministeru m’għandux tagħrif aktar x’jirrapporta.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-Hyperbaric Unit hux qed tintuża ġewwa l-Isptar Ġenerali t'Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat mit-tmexxija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li l-Hyperbaric Unit ġewwa dan l-isptar qed tintuża regolarment għal każijiet urgenti ta’ aċċidenti relatati mal-għadds fil-baħar kif ukoll għal trattamenti medici oħra li jibbenefikaw minn tali terapija.
Mater Dei — Emerġenza - Saħħa mentali u psikjatriċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-pazjenti li marru fl-Emerġenza ta’ Mater Dei għal għajnuna fuq każijiet ta’ saħħa mentali u psikjatriċi fl-2022 u 2023 maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu ‘new cases’?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi xift b'xift (jew partijiet minnhom) minn 00:00AM tal-15 ta' Jannar, 2024 sa 00:00AM tas-16 ta' Jannar, 2024, kemm persuni ngħataw servizz fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, u kemm kien l-istaff f'kull grade u trade li kien assenjat fl-istess dipartiment fil-ħin imsemmi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Persuni ingaġġati bħala person of trust jew political appointment
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14412 u jagħti lista tal-ismijiet tal-persuni li huma ingaġġati mal-Ministeru tiegħu bħala person of trust jew li ngħataw political appointment?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li qed nagħti għall-mistoqsija parlamentari 15311.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Persuni ingaġġati bħala person of trust jew political appointment
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14413 u jgħid x'titlu jokkupaw il-persuni li huma ingaġġati mal-Ministeru tiegħu bħala person of trust jew li ngħataw political appointment?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-manwal li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Persuni ingaġġati bħala person of trust jew political appointment - Salarji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14414 u jgħid x'salarji jingħataw il-persuni li huma ingaġġati mal-Ministeru tiegħu bħala person of trust jew li ngħataw political appointment, għal kull pożizzjoni li ngħataw?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-appendiċi tal-Manwel li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti bħalissa ġewwa l-Isptar Mount Carmel u kemm minn dawn il-pazjenti qegħdin hemm għall-kura mentali relatata mal-abbuż tad-droga?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 264 pazjenti ġewwa l-Isptar Mount Carmel. 55 huma għall-kura mentali relatata mal-abbuż tad-droga
Sptar Mater Dei — Ammissjonijiet fis-sena 2023 relatati ma’ overdose u abbuż tad-droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ammissjonijiet ġewwa l-Isptar Mater Dei fis-sena 2023 b'overdose jew kundizzjonijiet mediċi relatati mal-abbuż tad-droga?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni daħlu l-emerġenza minħabba inċidenti tat-traffiku kkawżati minn alcohol u mill-użu tal-kannabis minn Ottubru 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, b’mod separat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li din it-tip ta’ informazzjoni ma tinżammx.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-vacation leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjani — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
Jista’l-Ministru jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li t-tagħrif qed jinġabar u jingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża ta' kull single use nail clipper li ser tkun qed tinxtara minflok nail clippers li jiġu sterilizzati u użati għal diversi drabi skont kif imsemmi fil-mistoqsija parlamentari 11540?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Biex tikkalkula l-ispiża tal-qtugħ tad-dwiefer wieħed irid jikkunsidra ukoll is-separazzjoni tal-istrumenti maħmuġin, il-ġbir u t-trasport tal-istrumenti maħmuġin mill-għaxar Ċentri tas-Saħħa u minn sitta u għoxrin Klinka fil-Kommunita’ mferxin ma’ Malta u Għawdex lejn CSSD-MDH, il-ġbir u t-trasport tal-istrumenti nodfa mis-CSSD-MDH għall-punt ċentrali u t-tqassim mill-ġdid ta' dawn l-istrumenti liċ-Ċentri tas-Saħħa u lill-Kliniki tal-Komunità tista’ tgħid kuljum. Għalhekk. Dan il-ħin jista’ jiġi applikat aħjar għal benefiċċju tal-pazjent, t-traġitt jonqos drastikament u b’hekk jitnaqqas ukoll l-impatt fuq l-ambjent, kif ukoll jitjiebu l-kontrolli interni.
F’moħħna dejjem hemm fuq kollox il-benefiċċju għall-pazjent sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni.
Jekk ser ikunu qegħdin jintużaw single use nail clipper fis-settur tas-saħħa, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapport ta’ kif dawn ser jiġu mormija u jekk l-użu ta’ single use nail clippers hux ser joħloq aktar skart u ħsara lill-ambjent meta mqabbel ma’ dawk użati preżentement li qed jiġu sterilizzati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar u jingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport daħal minn staff rigward moffa jew ħsara fis-suffetti f'dawn l-aħħar sentejn, minn liema swali jew lok fl-isptar u kemm minnhom ġew riżolti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal-liema sptar qed jirreferi.