Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tnaqqis tal-Livell ta' CO2

Question

Peress li Malta bħala membru fl-Unjoni Ewropea hija obbligata tirrapporta kull sena lill-Unjoni Ewropea fuq dak li Malta tkun qed tagħmel biex tilħaq miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta' CO2, u peress li wieħed minn dawn it-targets li Malta għandha hu dak li sal-2020, 10% tal-enerġija tagħna trid tiġi minn sorsi nodfa billi nużaw teknoloġiji ta' enerġija alternattiva mix-xemx jew riħ, jista' l-Ministru jgħid xi strateġija se timplimenta Malta biex tilħaq din il-mira?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta' CO2

Question

Peress li Malta bħala membru tal-Unjoni Ewropea hija obbligata tirrapporta kull sena lill-Unjoni Ewropea fuq dak li Malta tkun qed tagħmel biex tilħaq miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta' CO2, u peress li dawn it-targets jirrigwardaw is-setturi bħat-trasport, agrikoltura u skart, jista' l-Ministru jgħid xi strateġija se timplimenta Malta dwar kif tista' tnaqqas b'mod konkret l-emissjonijiet tal-gassijiet serra f'dan is-settur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Offerta għat-tneħħija — maħżen tal-Monument tas-Sette Giugno

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-iskop wara s-sejħa għall-offerta għat-tneħħija u ġarr għal maħżen tal-Monument tas-Sette Giugno il-Belt? (Adut. No 16/09)

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija Nru 6012.

Agricultural waste management plan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5540 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar l-Agricultural Waste Management Plan? Meta tlesta? Meta inkiteb l-ewwel abbozz tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità Maltija għar-Riżorsi — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5603 u jgħid kemm hemm impjegati b’kollox fl-Awtorità Maltija għar-Riżorsi u jekk humiex kollha full-time? Kif inhuma mqassmin? X’inhi l-kirja li qed tħallas l-istess awtorità għall-uffiċini tagħha? X’inhu t-total salary bill tal-impjegati tal-awtorità?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li fl-Awtorità Dwar ir-Riżorsi hemm 30 impjegat full time, 1 part time u 1 b’siegħat imnaqqsa. It-total tal-pagi hu ta’ € 816,257.00 fis-sena. Minnbarra hekk l-Awtorità ta’ Malta tuża studenti u ħaddiema part-time fuq contract basis bi spiża ta’ €124,000 fis-sena. Jien infurmat ukoll li l-kirja għall-uffiċini tagħha hija ta’ € 112,229 fis-sena li parti minnha qed titħallas bħala loan financing għat-tagħmir tal-binja nnifisha.

Majjistral Nature and History Park

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li dehru f’ġurnal lokali (Malta Today Midweek) nhar l-Erbgha 11 ta' Frar, 2009 li membri tal-management board tal-Majjistral Nature and History Park huma tal-fehma u anke ilmentaw bil-pass kajman li bih miexi l-izvilupp tal-park, aktar u aktar billi ħafna karozzi privati għadhom jitħallew jidhlu fil-heritage area li hija ekoloġikament rikka? Skond l-istess ġurnal din hija wkoll il-fehma tas-Sur Martin Galea, President ta’ Din l-Art Ħelwa, waħda mill-managing Non-Government Organisations tal-park?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Unjoni Ewropea — tip ta' għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li huma intitolati għall-għajnuna ta' ross/għaġin/gallettini/ħalib u affarijiet oħrajn tal-ikel li tagħti l-Unjoni Ewropea u li qed jitqassmu mill-kappillani f'kull parroċċa? Kif trid tagħmel biex tapplika għal din l-għajnuna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-iskema ta’ tqassim ta’ prodotti ta’ l-ikel mill-Ħażniet ta’ Intervent Ewropej hija mmirata sabiex tgħin li dawk il-persuni l-aktar fil-bżonn skond kriterji stabbiliti. Il-kriterji huma kif ġej: § Persuni li m’għandhomx il-possibilta li jmantnu lilhom infushom u/jew jaqgħu taħt il-livell ta’ għixien bażiku; § Persuni li joqgħodu f’istituzzjonijiet mhux governattivi bla ħlas bħal orfanotrofji, shelters , etc § Persuni li jirċievu assistenza mhux kontributorja tas-sigurtà soċjali li jinkludu, assistenza għall-qagħad, diżabilità u benefiċċji mediċi. Dawn il-persuni għandhom jippreżentaw ċertifikat maħruġ mid-Dipartiment responsabbli mis-Servizzi Soċjali lill-Kappillan jew lill-Organizzazzjoni responsabbli mit-tqassim ta’ dan l-ikel sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw.

Marsaxlokk — promenade - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq il-promenade ta' Marsaxlokk? Meta hu maħsub li se jitlesta dan ix-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lix-xogħlijiet mistennija jibdew din il-ġimgħa. Dan ix-xogħol jinkludi tibdil tal-main tal-waste water u l-main tal-ilma. Hu ppjanat li sa l-aħħar ta’ Mejju titlesta l-bankina fuq in-naħa tal-bini. Hu mistenni li f’Ottubru jinbeda l-pavimentar tal-promenade.

Inċineratur tal-Marsa — Fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi fuel qed jintuża biex jitħaddem l-inċineratur tal-Marsa? Kemm gie kkunsmat minnu u kemm sewa minn kemm ilu li beda jopera?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li biex jitħaddem l-inċineratur jintuża diesel. Sa issa ġew ikkunsmati 1,215,900 litri, u swew € 1,332,404.53 Ta’ min ifakkar li l-inċineratur għadu fil-fażi ta’ commissioning.

Inċineratur tal-Marsa — Waste

Question

Rigward l-inċineratur tal-Marsa, jista' l-Ministru jgħid kemm inħaraq waste f’termini ta’ tunnellati u jagħti breakdown ta’ kemm inħarqu tipi differenti ta' waste?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li matul is-sena 2008 inħarqu madwar 5600 tunnellata skart. It-tipi differenti ta’ skart li nħaraq kien: · Fdal ta’ laħam mill-biċċerija · Skart kliniku · Animali mejta · Injam · Siġar tal-palm · Farmaċewtiċi · Affarijiet ta’ l-ikel skaduti · Żebgħa · Ħut mejjet mill-fish farms · Karti u kartun Irid jingħad illi l-inċineratur għadu fil-fażi ta’ commissioning.

Fliexken tal-plastik minflok tal-ħġieġ

Question

Billi fi programm fuq stazzjon privat il-bieraħ is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tar-Riżorsi qal li jagħmel aktar sens li wieħed imur għall-fliexken tal-plastik, minflok dawk tal-ħġieġ, anke fejn jidħol il-konsum tal-enerġija u l-impatt fuq l-ambjent, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji tekniċi li wasslu lill-ogħla uffiċjal fil-Ministeru tiegħu biex jasal għal din il-konklużjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-pożizzjoni tal-Gvern waqt it-trattat tas-sħubija minn dejjem kienet li jżomm is-sistema tad-‘deposit return’ li kellu fuq il-fliexken tal-ħġieġ. Minkejja kollox, ħadd ma jista’ jinnega li hemm diskussjoni sħiħa, u din ilha għaddejja, fil-kamp ambjentali (b’mod partikulari fil-kamp tal-Life Cycle Impact Assessment ta’ prodotti) dwar l-impatt ta’ flixkun tal-ħġieġ ‘returnable’ versu flixkun tal-plastik ‘one way’. Is-segretarju permanenti, waqt il-programm imsemmi, kien qed jagħmel riferenza għal studji varji ppublikati li qara hu u li dawn jinstabu ppubblikati f’journals relatati.

Ġibjuni madwar Malta — Tiswija

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5729, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li jaħżnu ilma dawn il-ġibjuni li ġew imsewwija u kif qed jiġi wżat dan l-istess ilma? Liema huma l-ġibjuni li se jsir xogħol ta’ manutenzjoni fuqhom matul din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li hu stmat li dawn il-ġibjuni jaħżnu madwar 32,000 metru kubu ta’ ilma. Uħud minn dawn il-ġibjuni huma ta’ natura soak away jiġifieri li l-ilma tagħhom jinżel fl-aquifer, waqt li oħrajn jintużaw mill-bdiewa tal-viċin għat-tisqija. Jien infurmat matul is-sena 2009 hemm ppjanat xogħol ta’ tindif u tiswija fuq sitt ġibjuni li huma: Luqa - Ħal Farruġ, Mġarr, Zejtun - taċ-Ċawsli, u tal-Ħotba, Siġġiewi - tal-Provvidenza, Mqabba.

Bowsers li jġorru l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra: a) kemm hemm bowsers li jġorru ilma tax-xorb irreġistrati ma' xi awtorità li taqa' taħt ir-responsabiltà tiegħu? b) kemm hemm bowsers li jġorru ilma għat-tisqija irreġistrati ma' xi awtorità jew dipartiment li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu? ċ) x'inhuma l-kondizzjonijiet marbuta mal-permess biex dawn iġorru dawn it-tipi ta' ilma? d) x'monitoraġġ isir mill-Ministeru tiegħu biex jara li dawn il-kondizzjonjiet ikunu miżmuma? e) kemm inġarr ilma tax-xorb matul l-2007 u l-2008? f) kemm inġarr ilma għat-tisqija matul l-2007 u 2008? g) jekk it-teħid ta' dan l-ilma huwiex b'xejn jew inkella hemmx xi ħlas għal dan it-teħid? ġ) min jiddeċiedi l-limitu ta' dawn iż-żewġ tipi ta' ilma li jista' jittieħed?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Pjazza san Ġorġ — Żarmar, Irfiegħ u ġarr fl-imħażen

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5901 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjonu u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' : Wara li fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tat-3 ta' Frar, 2009 deher avviż bin-numru 16/09 li fih intqal li ser jintlaqgħu offerti għaż-żarmar, irfiegħ u ġarr għall-maħżen tal-monument tas-7 Gugno li hemm fil-Pjazza San Ġorġ, u jgħid għalfejn ser isir dan u jekk dan ser isir minħabba xi proġett għal din il-Pjazza, x'inhu dan il-proġett u meta ser jibda u jkun lest?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-iskop wara s-sejħa għall-offerta għat-tneħħija u ġarr għall-maħżen tal-Monument tas-Sette Giugno huwa li hemm ppjanat li jinbena carpark taħt l-art u għalhekk il-Monument irid jersaq. Il-proġett jinkludi wkoll tisbiħ tal-Pjazza. Kif joħorġu l-permessi meħtieġa mill-MEPA u jingħata t-tender jkun jista’ jibda ix-xogħol.

talbiet għal estensjonijiet ta' faċilitajiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet għal estensjonijiet ta' faċilitajiet agrikoli li bħalissa jinsabu pendenti quddiem xi sezzjoni tal-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura? Kemm ilhom hemm?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Trobbija tal-annimali jew tkabbir tal-ħaxix u frott — Persuni b'taħriġ speċjalizzat

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni b'taħriġ speċjalizzat fit-trobbija tal-annimali jew tkabbir ta' ħaxix u frott li bħalissa huma impjegati mad-dipartiment konċernat? F'liema oqsma huma speċjalizzati dawk li huma impjegati bħalissa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li bħalissa fid-Dipartiment tal-Agrikoltura hemm tmintax il-persuna li għandhom taħriġ speċjalizzat fit-trobbija tal-annimali jew tkabbir tal-ħaxix u frott. Dawn huma speċjalizzati f’dawn l-oqsma: MSc in Agricultural Studies MSc Chemistry MSc International Horticultural Studies B Educ Biology BSc Agro Eco System Management Post Grad Diploma in Animal Production Post Grad Certificate Bee Tech Corso per esperti apistici Diploma in Horticulture Diploma in Agriculture Diploma Management Studies Diploma Animal Husbandry Diploma in Commercial Horticulture Diploma in Water Management Higher Certificate Wines & Spirits Educ Trust Intermediate Theory in Beekeeping Certificate

Torri ta' San Luċjan — sezzjoni ta' l-Agrikultura - tkabbir ta' ħut - esperimaneti

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar liema esperimenti qed isiru bħalissa għal dak li jikkonċerna tkabbir ta' ħut fil-fish farms mis-sezzjoni ta' l-Agrikultura fit-Torri ta' San Luċjan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li bħalissa qed issir riċerka fuq id-diversifikazzjoni tal-ħut għall-akwakultura. Iċ-Ċentru tal-Akwakultura ġewwa t-torri ta’ San Luċjan qed jipparteċipa f’żewġ proġetti kbar. Wieħed biex jitfaqqas l-aċċjol u l-ieħor biex jitfaqqas it-tonn.

Postijiet storiċi

Question

Jista' l-Ministru jara li minn mal-postijiet storiċi li qed jiġu restawrati, bħalma huma s-swar, jitneħħew lampi, wires, tabelli u siġar? Jista' jara li dawn ma jkomplux jitwaħħlu ma' postijiet bħal dawn minħabba l-ħsara li jikkawżaw fil-ġebla?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li f’dawk il-postijiet storiċi kollha, inklużi s-swar, fejn ikun qed isir xogħol ta’ restawr taħt ir-responsabiltà tat-Taqsima tar-Restawr, dejjem jitneħħew dawk l-elementi kollha kkunsidrati li jkunu qed jikkawżaw il-ħsara. Peress li l-infurzar ma jaqax taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru tiegħi nitlob l-Onor Membru biex jagħmel it-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu lill-ministru kkonċernat.

Ċentru ta' l-Annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu mill-Lm60,000 allokati fil-budget tal-2006 sabiex isir ċentru għall-annimali? Fiex intnefqu dawn il-flus u f'liema stadju wasal dan iċ-ċentru? Meta hu stmat li dan iċ-ċentru se jkun fully operational? Kif se jkun qed jitħaddem u minn min? Jista' jgħid kemm intnefqu mill-flus allokati fl-2007 għall-animal welfare u fiex intnefqu? Kemm ġew imsewwija klieb u qtates? Min kienu l-veterenarji li sewwew dawn l-annimali u x'kienet ir-rata li ġew imħallsin biha? Jista' jgħid fejn ġew imsewwija dawn l-annimali u jagħti dettalji ta' kemm kien hemm klieb u qtates u minn liema post?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Imsida, Birkirkara, Ħal-Qormi, Ħal Lija — Pjanijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5406 u 5236 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jelenka xi pjanijiet għandu l-gvern għal postijiet bħall-Imsida, B’Kara, Ħal-Qormi, Ħal Lija u postijiet oħra li jsofru kull darba li tagħmel xita qawwija fejn ħafna toroq u djar jgħerqu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Gvern għandu proġett kontra l-għargħar, li ser jiswa madwar 57 miljun Ewro, ko-finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea li hu maħsub li jinbeda fl-2010. Dan il-proġett jinkludi diversi xogħlijiet maħsuba prinċipalment biex itaffu l-problema tal-għargħar f’bosta lokalitajiet madwar Malta kif ukoll joħolqu infrastruttura ġdida li kapaċi taħżen madwar 200,000 metri kubi (44 miljun gallun) ta’ ilma tax-xita. Għadu kemm inħareġ u għadda tender għall-Environmental impact assessment, cost benefit analysis u xogħol ta’ dettal tekniku għal dan il-proġett.