Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kuntratt ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħatra tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hijiex koperta b’kuntratt, u jekk iva, jippreżenta kopja ta’ dak il-kuntratt quddiem il-Parlament?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħatra tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hi koperta b’kuntratt li daħal fis-seħħ fl-aħħar ta’ Settembru 2019. Minħabba n-natura kummerċjali tal-kuntratt u dettalji personali, ma nħossx li kopja tiegħu għandu jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Philharmonic Orchestra – European Foundation for Support of Culture — sponsor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-European Foundation for Support of Culture hijiex sponsor tal-Orkestra Filarmonika ta' Malta (MPO) u jekk kenitx sponsor ta’ xi parti mill-attivitajiet tal-istess MPO? Jista’ jgħid ukoll f’każ li kienet sponsor, x’tip ta’ sponsorship tat lill-MPO u l-ammont ta’ fondi li l-MPO rċeviet mingħand l-imsemmija fondazzjoni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta bbenifikat minn €7,000 f’direct funding matul Ottubru tas-sena 2016 (€2,000) u Ġunju tas-sena 2018 (€5,000). Il-fondi ntużaw għal spejjes relatati ma’ kunċerti li l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta kienet involuta fihom.

Malta Philharmonic Orchestra – relazzjoni mal-European Foundation for Support of Culture

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Orkestra Filarmonika ta' Malta għandhiex relazzjoni mal-European Foundation for Support of Culture, u jgħid fiex tikkonsisti?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Orkestra Filarmonika ta Malta (MPO) u l Fondazzjoni Ewropeja għall-Appoġġ tal-Kultura (EUFSC) jikkolaboraw flimkien f’avvenimenti kulturali bħal per eżempju il-Malta International Music Festival. Barra minn hekk, l MPO tiġi mistiedna biex tieħu sehem f’tours organizzati mill-EUFSC, fejn il-Fondazzjoni hi l-organiżżatur u l-producer ta’ dawn it-tours.

Malta Philharmonic Orchestra – sponsor mingħand Culture and Art Foundation

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Culture & Art Foundation, reġistrata fl-Armenja, qattx tat sponsor lill-Orkestra Filarmonika ta' Malta (MPO) u jekk kenitx sponsor ta’ xi parti mill-attivitajiet tal-istess MPO? Jista’ jgħid ukoll f’każ li kienet sponsor, x’tip ta’ sponsorship tat lil MPO u l-ammont ta’ fondi li l-MPO rċeviet mingħand l-imsemmija fondazzjoni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Culture & Art Foundation, ma tatx sponsor lill-Orkestra Filarmonika ta' Malta (MPO) u ma kinitx sponsor ta’ xi parti mill-attivitajiet tal-istess MPO.

Malta Philharmonic Orchestra – relazzjoni mal-Culture and Art Foundation

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Orkestra Filarmonika ta' Malta għandhiex relazzjoni mal-Culture & Art Foundation, reġistrata fl-Armenja, u jgħid fiex tikkonsisti?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Orkestra Filarmonika ta' Malta m’għandhiex relazzjoni mal-Culture & Art Foundation.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti l-Gvern Lokali — direct orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12597, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħatat kull direct order?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Dipartiment tal-Gvern Lokali –– servizzi mogħtija mill-kunsilli lokali

Question

Billi s-sena l-oħra d-Dipartiment tal-Gvern Lokali identifika d-dekasteri lill-Kunsilli Lokali, jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi ngħataw mill-Kunsilli Lokali fil-qasam soċjali, tal-anzjani, taż-żgħażagħ u t-tfal matul is-sena l-oħra u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f' seduta oħra.

Marsaskala — Żoni għall-parkeġġ pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12274 u b’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11945, jista’ l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala jgħid jekk identifikax siti f’din il-lokalità sabiex jiġu utilizzati għall-parkeġġ pubbliku?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala illi ma ġiex identifikat sit pubbliku sabiex jiġi utilizzat bħala parkeġġ minkejja li pprova diversi drabi.

Kunsill Lokali Marsascala: Programm tad-Douselage

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kienet l-ispiża kull sena tal-Kunsill Lokali ta’ Marsascala biex iwettaq il-Programm ta’ Douselage minn mindu beda dan il-ġemelaġġ f’Mejju 2009?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda spejjeż relatati mal-Programm ta’ Douselage minn mindu beda dan il-ġemelaġġ f’Mejju 2009.

Wied il-Għajn – CCTV Cameras

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12013 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11444, jista’ l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala jindika minn mindu ġew installati s-CCTV cameras, kemm kienu l-każijiet fejn persuni kissru l-liġi u ġew identifikati mill-cameras? Kemm kienet il-multa li kellhom iħallsu dawn il-persuni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li minn mindu ġew installati s-CCTV cameras, ma kienx hemm ka¿ijiet fejn persuni ġew identifikati mill-cameras u nħarġu multi f’dan ir-rigward.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Rapporti ta' serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi n-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija ammontaw għal sitta.

Kunsilli Lokali – permessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess ħarġu il-Kunsilli Lokali matul l-2019, maqsuma kunsill b’kunsill, u kklassifikati skont il-lista t'hawn taħt: a. scaffolding; b. mobile skips ; c. closure of roads ; d. cranes fixed and mobile ; e. high-ups ; f. lifters ; g. public events ; h. cherry pickers and other lifting equipment ; u i. oħrajn?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – tower cranes

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11800 u jgħid kemm-il talba kellhom il-Gvernijiet Lokali (Kunsilli Lokali) tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar (b'mod individwali) sabiex jintramaw/jitwaqqfu tower cranes fuq siti ta' kostruzzjoni fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom bejn Ġunju 2013 u Settembru 2019?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija mill-Kunsilli Lokali rispettivi, t-talbiet biex jintramaw/jitwaqqfu tower cranes fuq siti ta’ kostruzzjoni fil-perjodu konċernat kien kif ġej: Mellieħa19 Naxxar8 San Pawl il-Baħar53

Kunsilli Lokali — Skemi ta' Fondi Speċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11806 u 11968 u jindika liema kienu l-Iskemi ta' Fondi Speċjali għall-kunsilli lokali li ġew imnedija fis-snin 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019? Kemm kien l-ammont fi flus ta' kull skema f'kull sena indikata u kemm mill-iskemi indikati tħallsu lill-kunsilli lokali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar – ħlas lill-Foundation for Tourism Zones Development

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12158 u 12225 u jgħid kemm kien il-ħlas li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għaddha lill-FTZD (Foundation for Tourism Zones Development) bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-30 ta’ Mejju 2019?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar ma jgħaddix ħlasijiet relatati mas-servizz li tagħti l-FTZD (Foundation for Tourism Zones Development) f’din il-lokalità.

Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar – ħlas lill-Cleaning and Maintenance Division

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12159 u 12226 u jgħid kemm kien il-ħlas li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għadda lill-Cleaning and Maintenance Division bejn l-1 ta’ Jannar 2018 u t-30 ta’ Mejju 2019?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għadda lill-Cleaning and Maintenance Division l-ammont ta’ €154,046.45 bejn l-1 ta’ Jannar 2018 u t-30 ta’ Mejju 2019.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjieg lill-individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12303 u 12489 u jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda impjieg lill-individwu msemmi fil-perjodu konċernat.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — nefqa fuq fuel/petrol/diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Ministeru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

L-Għarb Għawdex – Triq il-Madonna tal-Virtut — asfalt

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11963, jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Madonna tal-Virtut fl-Għarb Għawdex ingħatatx it-tieni kisja tarmac? U jekk le x'inhuma r-raġunijiet li għadha ma ngħatatx it-tieni kisja tarmac u f’liema xahar u sena hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja tarmac?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ l-Għarb Għawdex qiegħed f’diskussjonijiet mal-kuntrattur sabiex jinbeda ix-xogħol. B’riżultat ta’ dan huwa previst li x-xogħol jibda u jispiċċa tul ix-xahar ta’ Frar.

Heritage Malta — Self ta' Opri ta' Arti f'Kastilja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9708, 9823, 10005 u 10202 u jgħid x’inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta’ Kastilja u li huma mislufa mingħand Heritage Malta?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12717.