Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 19442 u jgħid kemm huwa kkalkulat li jdum xhur il-proċess tat-tiġdid tal-karti tal-identita biex jiġi komplut?
Response (GATT, AUSTIN)
It-tiġdid tal-Karti tal-Identità m' huwiex responabilità ta' dan il-Ministeru.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Infiq f' reklamar fuq il-media
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar (produzzjoni u reklamar attwali) għal kull sena bejn 2004 u 2010 f'dawn l-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali u pubblikazzjonijiet oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
(Ara dokument numru 6446 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta numru 311 tat-8 ta’ Frar 2011)
Jista' l-Ministru jgħid x'għamlet Transport Malta matul dawn l-aħħar ħames snin biex ir-residenti u l-ħaddiema li jaħdmu fl-area magħrufa bħala tal-Blat II f'Ħal Qormi, ikunu jistgħu jaqsmu b'mod sigur Triq is-Sebħ f'Ħal Qormi? Jista' jgħid x'sar mill-pjanijiet li kienu jissemmew bħal per eżempju: pedestrian bridge u faċilitajiet oħra li setgħu jsiru f'din il-parti ta' din it-triq traffikuża? X'se tagħmel Transport Malta biex tassigura li jiġi indirizzat il-periklu li hemm f'din it-triq u li mhux l-ewwel darba li intilfu ħajjiet minħabba inċidenti traġiċi?
Transport Malta — investigazzjoni fuq allegazzjonijiet imqajma dwar il-Gozo Channel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta, bħala regolatur, għamlitx investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet imqajma mill-Kaptan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, dwar il-Gozo Channel? F’każ li saret, jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tar-rapport tal-investigazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra? F’każ li ma saritx, x’kienet ir-raġuni għala Transport Malta ħasset li każ tant serju ma kienx jimmerita investigazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma ħassitx il-bżonn ta' investigazzjoni oħra separata minn dik maħtura mill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment. Madankollu, l-Awtorita` dejjem kompliet bil-moniteraġġ li tagħmel regolarment fuq il-bastimenti Maltin inklużi dawk operati mill-Gozo Channel.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-bypass tal-Mellieħa minn ħdejn Selmun sa l-Għadira tinxtegħel kompletament mad-dawra kollha tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din il-parti tat-triq hija nkluża f’proġett iffinanzjat parzjalment mill-Unjoni Ewropea (TENT) u li għandu jinbeda fix-xhur li ġejjin. Ix-xogħlijiet ta’ dwal għandhom jiġu ndirizzati f’dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5205 u jgħid kemm għamlet xogħlijiet ta' konsulenza l-kumpannija ADI mis-sena 2005 'il quddiem għad-dipartimenti, entitatjiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu? Liema kienu? Kemm tħallsu? Kemm u liema minnhom kienu b'direct order?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma sarx it-taraġ li kellu jsir bosta snin ilu fi Triq Baħar l-Iswed, minn fuq il-mina ta’ Triq Reġjonali sa taħt il-bridge ta’ San Giljan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan it-taraġ huwa inkluż fl-iskema tal-MEPA mal-konfini tas-slip road fid-direzzjoni għal San Ġiljan. Dan it-taraġ imiss ma’ bini residenzjali u għalhekk skont Kapitlu 10 tal-Liġijiet ta’ Malta għandu jiġi mibni mill-iżviluppatur.
Ministeru għalll-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Rilokazzjoni tad-dipartiment
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar in-nefqa fil-Ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2008 u 2009 sal-lum dwar :
i) rilokazzjoni tad-dipartiment mill-post eżistenti għall-ieħor jekk tkun avverrat
ii) nefqa dwar xiri ta' għamara ġdida biex tirrimpjazza dik eżistenti u jew iżżid ma' dik eżistenti
iii) nefqa dwar redecoration fl-uffiċini u fiex kienet tikkonsisti?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' toroq li hemm fuq il-waiting list biex issirilhom manutenzjoni estensiva jew kisi mill-ġdid bit-tarmak?
Kemm ilhom jistennew it-toroq li hemm miktubin biex issir manutenzjoni fuqhom u meta huwa ppjanat li kull triq tiġi rranġata kif jixraq għaż-żmenijiet tal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid għal liema toroq qed jirreferi.
Issa li f’dan is-sajf bdiet topera l-marina temporanja fl-area ta’ Baċir Nru.1 f'Bormla, jista’ l-Ministru jgħid x’ser jiġri mil-lum il-quddiem fix-xhur tax-xitwa? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti dwar kif inhuma mqassma l-irmiġġi ta’ din il-marina?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-marina temporanja fil-Baċir Nru 1 mhux se tibqa’ tintuża meta x-xogħlijiet ta’ żvilupp fl-istess Baċir mistennija jibdew aktar tard din is-sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10666 u jgħid x'inhu n-numru ta' overhead traffic signs li huma bil-ħsara jew qatt ma twaħħlu? Jista' jinbeda eżerċizzju ta' manutenzjoni sabiex il-ħsarat u n-nuqqasijiet li hemm jitranġaw mill-aktar fis?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qed tagħmel eżerċizzju biex tidentifika n-numru ta' overhead signs responsabiltà tagħha, li għandhom ħsarat peress li ħa jsir upgrading tat-tabelli fit-toroq arterjali u distributorji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħu karozzi għall-emission test minn mindu bdiet is-sistema sal-ġurnata tal-lum? Kemm minn dawn il-karozzi kienu ta’ dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern? Kemm karozzi telgħu għal aktar minn test wieħed? Kemm karozzi fallew milli jattendu għal dan it-test? Jista' jgħid ukoll kull meta isiru l-emission tests? Jista' jgħid kemm ġew ittestjati karozzi fir-road side checks u kemm weħlu karozzi minn dawn l- ispezzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bejn Awwissu 2005, jiġifieri minn meta bdiet titħaddem l-iskema Emissions Alert, u l-aħħar ta’ Ġunju 2010, l-ammont totali ta’ vetturi li telgħu għal test tal-emmissjonijiet taħt din l-iskema jammonta għal 6,127. Minn dawn kien hemm 44 vettura li kienu ta’ dipartimenti jew entitajiet tal-gvern, iżda ta’ min jgħid li dan in-numru ma jinkludix dawk il-vetturi li l-gvern jikri minn diversi kumpaniji ta’ karozzi tal-kiri u li setgħu wkoll ġew mgħajta għat-test, f’liema każ dawn ma jistgħux jiġu identifikati għall-fini ta’ din ir-risposta.
Fir-rigward ta’ kemm karozzi telgħu għal aktar minn test wieħed, ninsab infurmat li l-informazzjoni tinġabar fuq bażi kumulattiva (
accumulative data recording system
) u għalhekk l-informazzjoni kif mitluba ma tinġabarx.
Fl-stess perjodu kien hemm 6,741 vettura li ntbgħatitilhom notifika u li ma telgħux għat-test. Dawn il-vetturi kollha ġew imposti b’restrizzjoni fuq it-tiġdid tal-liċenzji rispettivi tagħhom, liema restrizzjoni titneħħa biss jekk dawn il-vetturi jittellgħu u jgħaddu mit-test tal-emmissjonijiet.
It-testijiet tal-emmissjonijiet isiru bejn wieħed u ieħor darbtejn fix-xahar, iżda dan jiddependi wkoll min-numru ta’
smses
mibgħuta.
Ninsab infurmat ukoll li mis-sena 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2010, ġew ittestjati 12,060 vettura waqt
roadside checks
. Minn dawn kien hemm 6,479 li weħlu mit-test.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Ħaddiema abbażi ta' kuntratt
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11676 u jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema u/jew uffiċjali li fil-preżent jaħdmu abbażi ta’ kuntratt fl-Uffiċċju tal-Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ħaddiema barranin b'kuntratt mal-Gvern Malti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barranin li fil-preżent jaħdmu b'kuntratt mal-Gvern Malti llum taħt il-Ministeru u/jew dekasteri, entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? X'salarju għandhom? X'nazzjonalità huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm persuna waħda ta' nazzjonalita' russa li taħdem b' kuntratt u għandha salarju ta' €21,244.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10722 u jgħid kemm hemm parking slots il-Belt Valletta li jistgħu jintużaw mir-residenti biss u kemm hemm parking slots li jistgħu jintużaw mill-pubbliku b'mod ġenerali?
Response (GATT, AUSTIN)
In-numru ta’ parking slots ġewwa l-Belt Valletta huwa kif gej:
· 133
parking slots
li jistgħu jintużaw mir-residenti biss il-ġurnata kollha.
· 1414
parking slots
li jistgħu jintużaw mill-pubbliku in ġenerali il-ġurnata kollha.
· 413
parking slot
s
li jistgħu jintużaw mill-pubbliku in ġenerali bejn is-sebgħa ta’ fil-għodu u s-sebgħa ta’ fil-għaxija, u mir-residenti biss bejn is-sebgħa ta’ fil-għaxija u s-sebgħa ta’ fil-għodu.
Jista' l-Ministru jgħid xi spezzjonijiet saru, jekk saru, biex ikun assigurat li t-tankers li jsorġu ftit 'l barra minn Hurd's Bank ma jkunx fihom skart tossiku ġenerat mill-proċess magħruf bħala gasoline blending? Kemm saru spezzjonijiet fuq tankers minħabba suspett ta' traffikar ta' skart tossiku mill-2006 sal-lum? Kemm kien hemm każijiet fejn fil-fatt instab skart tossiku fuq it-tankers?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Tankers ankrati ’l barra minn Hurd’s Bank jkunu barra l-ibħra teritorjali ta’ Malta u għalhekk Transport Malta m’għandha l-ebda ġurisdizzjoni fuq dawn il-bastimenti sakemm dawn ma jkunux reġistrati f’Malta. L-awtoritajiet Maltin jistgħu jintervjenu biss f’każijiet ta’ ġarr ta’ merkanzija llegali jew xi attività oħra illegali.
Fil-perjodu msemmi, ma' kien hemm l-ebda suspett ta' ġarr illegali ta' skart tossiku fuq bastimenti Maltin u ma' saret l-ebda spezzjoni speċifika għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda l-proġett ta' Footbridge f'Imrieħel Bypass wara li issa nħarġu l-permessi mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u dan ilu mwiegħed għal madwar erba' snin u suppost kellu jitlesta fl-2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta bħalissa qegħda fil-proċess li tevalwa l-għażla li jinbena pedestrian bridge skont il-permessi maħruġa mill-MEPA ftit tax-xhur ilu fuq applikazzjoni tal-istess Awtorità vis-a-vis soluzzjonijiet oħra li qed jiġu kkunsidrati għal dan is-sit (underpass, pedestrian crossing). Dan qed isir fl-isfond tar-riżultati li ħarġu mill-istudju tal-pedestrian flow li sar f’dan is-sit fil-ġimgħat li għaddew u li minnu rriżulta li f’perjodu ta’ ġimgħa sħiħa 42 persuna qasmu l-imsemmija triq f’dan il-post. Deċiżjoni finali tittieħed hekk kif l-awtorità ikollha d-dettalji relevanti ta’ kull waħda mill-għażliet imsemmija iktar qabel.
Billi skond stqarrijiet li dehru fl-istampa l-Kunsill Lokali tal-Gżira m'għandu x’jaqsam xejn ma' dan u d-deċiżjoni taqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-Gvern Ċentrali, jista' l-Ministru jgħid x’wassal lill-Awtorità dwar it-Trasport biex fil-ħinijiet ta’ tard bil-lejl toħloq perikli kbar għas-sewwieqa billi qed titfi regolarment it-traffic lights li hemm bejn Sliema Road u Rue D’Argens, il-Gżira?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-imsemmija traffic lights mhux qed jintfew iżda qed jinqelbu fuq l-oranġjo bejn il-11.30pm u l-5.00am. Din hija miżura temporanja li ġiet implimentata għal raġunijiet ta’ sigurtà fit-triq fl-isfond ta’ numru ta’ lmenti dwar ċertu sewwieqa li kienu jibqgħu ħergin fuq l-aħmar tard bil-lejl meta jkun hemm ftit karrozzi fit-triq. L-użu tad-dwal orangjo jteptep huwa regolat bil-Legislazzjoni Sussidjarja 65.11 fejn tistipola li tali dwal jindikaw li is-sewwieqa għandhom isuqu bil-galbu u b’attenzjoni minħabba salib it-toroq jew pedestrian crossing. Bħalissa l-Awtorità Dwar it-Trasport qed tistudja soluzzjoni aktar permamenti għal dan is-salib it-toroq sabiex tiġi ndirizzata l-problema li sewwieqa jibqgħu ħierġin fuq l-aħmar.