Legislature:
Category:
Reset
Active:

MFHEA – Yearly Business Plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul dawn l-aħħar erba’ snin fi ħdan il-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) kienx hemm Yearly Business Plan sottomess kull sena lill-Bord għad-diskussjoni u għall-approvazzjoni u jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dawn fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – ftehim dwar vannijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-vannijiet (8+1 seater) li għandhom ftehim mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni sa tmiem is-sena skolastika 2024/2025 (permezz ta' kuntratt iffirmat fl-2019 u mbagħad imġedded b'addendum) qed jintalbu jwaqqfu l-operat tagħhom fi tmiem din is-sena skolastika 2022/2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Allokazzjoni ta’ fondi lil sportivi Maltin

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8171, jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-atleti li fil-fatt ħadu l-għajnuna?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nserraħ ras l-Onor. Interpellanta li l-atleti, li se jirrappreżentaw lil pajjiżna fil-logħob tal-GSSE, se jkunu qed jibbenefikaw mill-fondi msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8171, ninfurmaha li l-istess atleti għadhom mhux magħżula.

Logħob tal-pajjiżi ż-Żgħar – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-direct orders li ħarġu s’issa marbuta mal-logħob tal-pajjiżi ż-Żgħar? Għal kull direct order jista' jindika lil min ingħatat (entità jew individwu) u kemm hu l-valur ta' kull direct order?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Dettalji Ammont Urban Valley € 118.60 Antvin Monsigneur € 900 Mario Bonnici € 127 Kinetic € 550

Vannijiet li qed joffru trasport għall-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vannijiet 8+1 seater li qed jagħtu servizz u li huma reġistrati mal-Gvern biex joffru trasport bla ħlas għall-iskejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: the Ombudsman and the Commissioner for Education send report to the House of Representatives” datat 5 ta’ April 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ombudsman għall-Edukazzjoni – każ kontra l-MFHEA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li matul is-sena li għaddiet l-Ombudsman għall-Edukazzjoni rrakkomanda każ kontra l-Malta Further & Higher Education Authority, (MFHEA), u jekk dan huwa minnu, kemm kienet l-ispiża inkorsa, x’kienet in-natura tal-każ u min approva l-pagamenti relattivi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MFHEA — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati mal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) u kemm minnhom ġew hekk ingaġġati fl-aħħar sentejn? Jista’ wkoll jgħid jekk dawn sarux bl-approvazzjoni tal-Bord relattiv?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MFHEA – estensjoni tal-liċenzja lill-AUM

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-estensjoni tal-liċenzja mill-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) lill-American University of Malta (AUM) għal perjodu ulterjuri ta’ ħames snin ma ġietx approvata formalment mill-Bord billi meta din ġiet imħabbra, dan il-Bord ma kienx legalment kompost u ma kienx qiegħed jiltaqa’?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liċenzja ġiet mġedda abbażi tal-Institutional audit li sar f’Lulju tas-sena 2021 u infurmat ukoll li dan l-audit ġie approvat mill-bord tal-MFHEA.

MFHEA — infiq

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-aħħar erba’ snin l-infiq fil-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) qabeż in-€0.5 miljun ta’ dak li kien approvat mill-estimi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

MFHEA – sejħa pubblika għal ħatra mill-ġdid ta’ CEO

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fi ħdan il-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) kull tliet snin għandu jkun hemm sejħa pubblika għall-ħatra mill-ġdid ta’ CEO? Jekk dan huwa minnu, jista’ jgħid jekk din il-prattika ġietx segwita jew le?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-CEO preżenti ġġeddilha l-kuntratt fis-sena 2021 meta l-Bord tal-Awtorità ddeċieda li jagħmel dan hekk kif stipulat fil-kuntratt ta’ ingaġġ tal-kuntratt preċedenti tal-istess CEO.

MFHEA – reviżjoni tal-operat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul dawn l-aħħar snin saritx reviżjoni indipendenti tal-operat tal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) u jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn ir-rakkomandazzjonijiet, minn min saru u jqiegħed kopja ta’ dan fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skejjel Sekondarji — Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'kull skola sekondarja f'Malta u Għawdex? Jista’ għal kull skola jgħid kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom mhumiex Maltin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel Post-Sekondarji — Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'kull skola post-sekondarja f'Malta u Għawdex? Jista’ għal kull skola jgħid kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom mhumiex Maltin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Skola Studenti Maltin Studenti mhux Maltin Junior College 1713 98 GEM 16 + 42 45 Giovanni Curmi Higher Secondary 827 135 Sir MA Refalo Sixth Form 358 38 MCAST 7865 2776

Skejjel Post-Sekondarji – Junior College – skema ta’ internet b’xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 tapplikax ukoll għall-istudenti tal-Junior College kollha li jinsabu fl-ewwel sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema msemmija tapplika għall-istudenti kollha li mis-Sekondarja komplew b’mod immeddjat l-istudji tagħhom post-sekondarja.

Skejjel Post-Sekondarji – Higher Secondary – skema ta’ internet b’xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 tapplikax ukoll għall-istudenti tal-Higher Secondary kollha li jinsabu fl-ewwel sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8385.

Skejjel Post-Sekondarji – ĠEM16+ – skema ta’ internet b’xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 tapplikax ukoll għall-istudenti tal-ĠEM16+ kollha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8385.

Skejjel Post-Sekondarji – ITS – skema ta’ internet b’xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 tapplikax ukoll għall-istudenti tal-ITS kollha li jinsabu fl-ewwel sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-iskola msemmija ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi, nitlob lill-Onor. Interepellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8385.

Skejjel Post-Sekondarji – MCAST – skema ta’ internet b’xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 tapplikax ukoll għall-istudenti tal-MCAST kollha li jinsabu fl-ewwel sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interepellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8385.

Skejjel Post-Sekondarji – Università ta’ Malta – skema ta’ internet b’xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 tapplikax ukoll għall-istudenti tal-Università kollha li jinsabu fl-ewwel sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interepellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8385.