Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #3631 Sitting 74 2018-01-25 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Trasferimenti ta’ proprjetà immobbli f’Għawdex – atti pubbliċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru atti pubbliċi dwar trasferiment ta' proprjetà immobbli f'Għawdex kull xahar minn Jannar 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat li sa mill-bidu nett tal-eżistenza tar-Registru Pubbliku, jiġifieri fl-1859, qatt ma kienet tinżamm l-informazzjoni mitluba f’din il-Mistoqsija Parlamentari.
Leg 13 PQ #3477 Sitting 73 2018-01-24 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Individual Investor Programme – Fondi fil-Fond imwaqqaf

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3063 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm tpoġġew fondi s'issa fil-Fond li twaqqaf, sabiex jintużaw fondi ġejjin mill-Individual Investor Programme (IIP)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li d-dħul tal-Fond sal-aħħar ta’ Deċembru, 2017, kien jammonta għal €363,245,398. Il-bilanċ kollu wara l-investiment li jkun sar huwa miżmum f’kont segregat li għandu l-NDSF mal-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Leg 13 PQ #3478 Sitting 73 2018-01-24 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Individual Investor Programme – Użu ta’ flus mill-Fond imwaqqaf

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3064 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm flus intużaw s'issa mill-Fond li twaqqaf, sabiex jintużaw fondi mill-Individual Investor Programme (IIP)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li mil-fondi rċevuti sal-31 ta’ Diċembru 2017, ġew investiti b’kollox €27,818,284 u baqa bilanċ ta’ €335,427,094.
Leg 13 PQ #3479 Sitting 73 2018-01-24 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fond ta' Żvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali – Xiri ta’ ishma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3065 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux minnu li fondi assenjati fil-Fond li twaqqaf, sabiex jintużaw fondi mill-Individual Investor Programme (IIP) intużaw biex jinxtraw ishma fil-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? F'dak il-każ, jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw ishma, kemm kienet in-nefqa, meta nxtraw l-ishma, x'kienet ir-raġuni li nxtraw dawn l-ishma u jekk dan ix-xiri ta' ishma huwiex konformi mal-għanijiet tal-Fond u mal-funzjonijiet tal-Bord tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif tħabbar pubblikament fl-aħħar ġimghat, il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (National Development and Social Fund - NDSF) akkwista l-“nil-paid rights” maħruġin lil UniCredit S.p.A bħala parti mir-“rights issue” ta’ €150,000,000 maħruġa mil-Bank of Valletta p.l.c. (BOV). L-għan ta’ dan l-investiment fit-tul jifforma parti mill-“Long Term Directed Investment Portfolio” tal-Fond. Permezz ta’ dan l-investiment il-Fond se jkollu 15,279,218 ishma ġodda li jammontaw għal madwar 2.91% mil-ishma totali maħruġin mill-BOV. L-investiment totali jlaħħaq is-somma ta’ €27,818,284. Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Fond huwa li jagħmel investimenti għaqlin sabiex jibda jiġġenera sors ta’ dħul ieħor minbarra dak li jirċievi minn Identity Malta. L-offerta li l-Fond irċieva mil-bank UniCredit ġiet evalwata u approvata mill-Bord tal-Gvernaturi fuq il-fatt li dan l-investiment jilħaq l-obligazzjoni tal-Aġenzija. L-għan ewlieni stabbilit fl-Investment Policy tal-Fond kif ġie artikulat mill-Bord tal-Gvernaturi, huwa l-preservazzjoni tal-kapital permezz ta’ ritorn fuq l-investiment reali u fuq medda twila ta’ żmien. Kien għalhekk li l-Bord tal-NDSF dehrlu li investment f’ishma ta’ l-akbar istituzzjoni finanzjarja f’Malta, li tibbenifika minn investment grade rating tajjeb, kif ukoll li joffri ritorn ta’ investiment relattivament għoli fl-isfond tal-andament preżenti tas-suq, jikkontribwixxi għal dhul sostenibbli fit-tul. Dan l-ezercizzju jifforma wkoll parti ntegrali mill-istess amministrazzjoni tal-fond fl-interess pubbliku. L-NDSF itenni li hija prassi aċċettata li sovereign wealth funds oħra jżommu fil-portafoll tal-investiment, ishma fl-istituzzjonijiet ewlenin ta’ pajjiżhom.
Leg 13 PQ #3480 Sitting 73 2018-01-24 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fond ta' Żvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali – Xiri ta’ ishma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3066 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid b'liema mod ix-xiri ta’ ishma fil-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jikkonformi mal-għanijiet tal-Fond li twaqqaf għal skop ta’ żvilupp soċjali u ekonomiku sabiex jintużaw fondi mill-Individual Investor Programme (IIP)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 3479.
Leg 13 PQ #3502 Sitting 73 2018-01-24 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Internal Audit and Investigations Department – eżitu dwar każ ta’ canvasser

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 2811 u 3067, jista’ l-Prim Ministru jgħid kienx hemm eżitu tal-każ dwar l-eks canvasser tal-Ministru Evarist Bartolo li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Internal Audit and Investigations Department u x’kien l-eżitu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-IAID għadda l-materjal li kellu l-Puliżija.
Leg 13 PQ #3570 Sitting 73 2018-01-24 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Brexit – impatt u rimedji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’preparazzjonijiet tħejjew dwar l-impatt u x’rimedji se jittieħdu jekk Brexit fil-fatt iseħħ? Kif se jaffettwa lill-Malta fl-egaming?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Gvern qed iħejji ruħu għal Brexit billi inħolqot struttura fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej li qed : · issegwi l-preparamenti li qed iseħħu fi Brussell dwar it-tħejjijiet għar-relazzjonijiet futuri u li qed tanalizza x’qafas ta’ relazzjoni jista’ jiġi nnegozjat u offrut mill-Unjoni Ewropea; · tikkordina konsultazzjonijiet mal-Ministeri kollha tal-Gvern biex tistudja x’jista’ jkun l-impatt ta’ kull xenarju u fl-oqsma kollha; · tikkonsolida l-pożizzjoni tal-Gvern fid-dawl tan-negozjati li għaddejjin fi Brussell; u · tassisti lill-Ministeri biex jiġi assigurat li Malta tkun ippreparata b’mod adekwat għall-konsegwenzi kollha ta’ Brexit. Fl-istess hin inħolqot task force fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, magħmula minn Trade Malta, il-Malta Gaming Authority, FinanceMalta, il-Malta Enterprise u s-settur privat li se tfassal pjan t’azzjoni sal-2019 biex tippromwovi l-kummerċ, inkluz attivitajiet industrijali, ekonomiċi u finanżjarji lejn Malta. Malta trid tippozizzjoni lilha innifisha bhala destinazzjoni ghal kumpaniji bbazati fir-Renju Unit li jridu jwaqqfu bazi f’pajjiz membru tal-UE wara Brexit. Fir-rigward tal-egaming permezz ta’ Brexit jistgħu jiġu ppreżentati opportunitajiet għal Malta minħabba l-fatt li kumpaniji reġistrati u stabbiliti fl-Ingilterra u territorji tagħha jistgħu jirrilokaw Malta bħala l-‘gateway’ għal Ewropa. Minn naħa tal-Gvern, flimkien ma’ l-Awtorità tal-Loghob, wara konsultazzjoni pubblika, qed isiru l-aħħar thejjijiet sabiex dalwaqt jiġi ppreżentat abbozz ta’ liġi fil-Parlament b’riformi ġodda fis-settur tal-logħob. Permezz ta’ dan l-abbozz se tiġi ffaċilitata d-deċizjoni ta’ dawn l-istess kumpanji, sabiex Malta tkun minn ta’ quddiem fid-deċiżjoni tagħhom bħala ġurisdizzjoni ta’ stabbiliment prinċiparju, f’każ ta’ Brexit.
Leg 13 PQ #2770 Sitting 72 2018-01-23 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tawx sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex kienu dawn l-isponsorships u x’kienet l-ispiża involuta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew entitajiet li jaqgħu tahtu ma tawx sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament. Ġejt infurmat li kienet biss Gaming Malta, Fondazzjoni indipendenti u mhux entità, li tat sponsorship ta' €15,000 relatat mal-Follow the Entrepreneur Investor Summit, li sar f'Lulju tas-sena li għaddiet.
Leg 13 PQ #2771 Sitting 72 2018-01-23 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – talbiet pendenti għall-sponsorships minn persuna u/jew kumpaniji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, għandhomx talbiet pendenti għal sponsorships mill-persuna u/jew mill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex inhuma dawn it-talbiet għal sponsorships u x’inhi l-ispiża involuta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm ebda talba pendenti.
Leg 13 PQ #3476 Sitting 72 2018-01-23 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Individual Investor Programme – Għanijiet tal-Fond ta’ Żvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3062 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’inhuma l-għanijiet tal-Fond ta' Żvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali li twaqqaf sabiex jintużaw parti sostanzjali tal-fondi ġejjin mill-Individual Investor Programme (IIP)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali huwa aġenzija tal-gvern stabbilit għall-iskop li jamministra sebgħin fil-mija tal-kontribuzzjonijiet riċevuti mingħand Identity Malta mill-Programm ta’ Ċitadinanza Maltija b’Investiment mniedi permezz tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, Kap. 188. Skont l-Avviż Legali numru 47 tal-2014 maħruġ fl-4 ta’ Frar 2014, l-Aġenżija għanda tuża l-fondi msemmija għal-għanijiet ta’ interess pubbliku fosthom għal-avvanz tal-edukazzjoni, reċerka, innovazzjoni, għanijiet soċjali’, ġustizzja u l-osservanza tal-liġi, inizjativi favur l-impjiegi, l-ambjent u s-saħħa pubblika. Dawn l-għanijiet huma spjegati f’aktar dettal fl-Avviż Legali numru 2 tal-2015 maħruġ fl-6 ta’ Jannar 2015 , taħt l-Att Dwar is-Servizz Publiku Kap.497. Il-Fond se jkun qiegħed jinvesti l-fondi li għandu b’mod għaqli sabiex jiġġenera sors ieħor ta’ dħul minbarra dak li jirċievi minn għand Identity Malta, u dan biex iwettaq l-għanijiet imsemmija.
Leg 13 PQ #3581 Sitting 72 2018-01-23 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtoritajiet – linji gwida għall-cryptocurriencies u Initial Coin Offering

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi data partikolari meta l-awtoritajiet konċernati se jkunu qed joħorġu guidelines jew inkella regolamenti sabiex jiggwidaw u/jew jibdew jirregolaw il-cryptocurrencies u l-Initial Coin Offering?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninfurma lill-Onor. interpellant li fit-18 ta’ Jannar 2018 għalqet l-konsultazzjoni pubblika maħruġa mill-MFSA dwar ICO’s, Virtual Currencies u Service Providers. Fil-ġimgħat li ġejjin l-Gvern permezz tal-MFSA ser ikun qiegħed iħabbar aktar dettalji fuq kif ser ikun qiegħed jirregola dawn is-servizzi u prodotti.
Leg 13 PQ #3582 Sitting 72 2018-01-23 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Unjoni Ċivili ċċelebrati f’Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew iċċelebrati Unjoni Ċivili f’Malta mis-sena 2014 sal-lum, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu bejn persuni tal-istess sess u kemm minnhom kienu bejn persuni ta’ sess differenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Hawn taħt anness jinsab it-tagħrif mitlub: Sena 2014 2015 2016 2017 2018 Totali Persuni tal-istess sess 23 43 50 57 173 Sess differenti 2 4 4 10 183
Leg 13 PQ #3583 Sitting 72 2018-01-23 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Unjoni Ċivili reġistrati f’Malta li ġew iċċelebrati f’pajjiżi esteri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati Unjoni Ċivili ġewwa pajjiżna li ġew iċċelebrati ġewwa pajjiżi esteri?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Hawn taħt anness jinsab it-tagħrif mitlub: Sena 2014 2015 2016 2017 2018 Totali Unjoni Ċivili ċċelebrati f’ pajjiżi esteri u ġew reġistrati f’Malta 5 5 6 6 0 22
Leg 13 PQ #3585 Sitting 72 2018-01-23 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MFSA – kumpaniji ġodda reġistrati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati kumpanija ġodda mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) matul is-sena 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat li fl-2017 ġew irreġistrati 5,270 kumpanija u 101 Soċjeta (Partnerships) ġodda mar-Reġistratur tal-Kumpaniji.
Leg 13 PQ #2750 Sitting 71 2018-01-22 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadinanza Maltija lill-individwi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2545 u jindika għal kull waħda mill-persuni li isimha u kunjomha jidhru fil-lista li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar it-2 ta' Awwissu 2016 (Ħarġa Numru 19,616) u li kopja tagħha qed tingħata separatament, x'nazzjonalità oħra jew nazzjonalitajiet oħrajn għandha kull persuna wara li ngħatat iċ-Ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni jew inkella taħt il-Programm ta’ Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat minn Identity Malta li l-pubblikazzjoni tal-persuni kollha li jsiru ċittadini Maltin b’reġistrazzjoni, b’naturalizzazjoni jew taħt il-Programm ta’ Cittadinanza b’Investiment issir skont kif previst fid-dispożizzjonijiet tas-sub-regolament 14(2) tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03. It-talba li qed issir mill-Onor. Interpellant ma taqax fil-parametri tas-sub-regolament 14(2) tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03. Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-prassi kienet osservata wkoll fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti Nazzjonalisti.
Leg 13 PQ #3170 Sitting 71 2018-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema Għawdxin li jaħdmu mal-Gvern f’Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li qed jaħdmu Malta minkejja li huma mpjegati mal-Gvern jew xi Awtorità, entità jew korporazzjoni governattiva jew fejn il-Gvern għandu l-maġġoranza tal-ishma? Ma’ liema dipartimenti, awtorità jew korporazzjonijiet jaħdmu dawn il-ħaddiema?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jiċċara aktar fid-dettal il-mistoqsija tiegħu.
Leg 13 PQ #3285 Sitting 71 2018-01-22 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vitals Global Healthcare – taħdidiet dwar it-trasferiment lil kumpanija Amerikana

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Ministru għat-Turiżmu preżenti kienx preżenti għal xi laqgħat li setgħu saru f’Kastilja b’rabta mat-trasferiment tal-Vitals Global Healthcare (VGH) lis-soċjetà privata Amerikana?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3281.
Leg 13 PQ #2666 Sitting 70 2018-01-17 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Identità Malta — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, kemm-il applikazzjoni rċeviet l-Aġenzija Identità Malta skont ir-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03) mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'liema stadju ta' pproċessar waslet għal kull waħda mill-applikazzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni li qiegħed jitlob, tingħata lir-Regolatur u tiġi ppubblikata fir-rapporti annwali tiegħu li tqiegħdu fuq il-Mejda ta’ din il-Kamra.
Leg 13 PQ #2748 Sitting 70 2018-01-17 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadinanza Maltija lill-individwi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2543 u jindika għal kull waħda mill-persuni li isimha u kunjomha jidhru fil-lista li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar it-2 ta' Awwissu 2016 (Ħarġa Numru 19,616) u li kopja tagħha qed tingħata separatament, jekk kull persuna ngħatatx iċ-Ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni jew inkella taħt il-Programm ta’ Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Agenzija Identità Malta ma tistax tiddiskrimina bejn ċittadini Maltin kif qed jiġi mitlub.
Leg 13 PQ #2749 Sitting 70 2018-01-17 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadinanza Maltija lill-individwi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2544 u jindika għal kull waħda mill-persuni li isimha u kunjomha jidhru fil-lista li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar it-2 ta' Awwissu 2016 (Ħarġa Numru 19,616) u li kopja tagħha qed tingħata separatament, x'nazzjonalità jew nazzjonalitajiet kellha kull persuna meta applikat biex tingħata ċ-Ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni jew inkella taħt il-Programm ta’ Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qiegħed nippublika n-nazzjonalità tal-persuni li jidhru fil-lista li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar it-2 ta' Awwissu 2016 (Ħarġa Numru 19,616) u qed inpoġġi dan it-tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra.