Jista' l-Ministru jinforma sena b'sena mill-2008 sal-lum kemm għoliet it-taxxa tal-VAT u liema huma dawk l-oqsma li daħlet il-VAT fuqhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mis-sena 2008 sal-lum kien hemm żieda waħda fir-rata tal-VAT u din saret b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011 fejn ir-rata ta’ VAT applikabbli fuq l-akkommodazzjoni żdiedet minn 5% għal 7%.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010, xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll xi grad kien kull impjieg? Kif sar l-ingaġġ, jekk hux b'sejħa pubblika jew mod ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23524.
B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsijiet parlamentari 24333 u 25140 dwar struzzjonijiet lid-Direttur tal-Kuntratti biex jieħu l-parir tal-Avukat Ġenerali dwar it-tqegħid ta’ kopja ta’ kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Avukat Ġenerali tax il-parir tiegħu lid-Direttur tal-Kuntratti? Jekk fl-affermattiv, x’inhu l-parir li ta? Jekk fin-negattiv, għaliex dan id-dewmien?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25140.
Jista' l-Ministru jara li jintbagħat l-kont tad-dawl u ilma tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li ilu ma jirċievi kont mill-Arms Ltd aktar minn sitt xhur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lil Arms Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-familja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fejn dawn jixtiequ li ssir ġustizzja magħhom u xi ħadd min-naħa tal-Arms Ltd ikellimhom ħalli jfehemhom x'kienet il-problema fejn sar bdil ta' meter u l-kont intbagħat wara erba' snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lil Arms Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux qegħdin jiġu finalizzati negozjati għall-privatizzazzjoni tal-Petrolium Division tal-Korporazzjoni Enemalta jew xi parti minnha, bħalma hi s-sezzjoni li tagħti l-fuel lill-ajruplani? Jekk fl-affermattiv, f'liema stadju waslu n-negozjati? In-negozjati jinkludu garanzija ta' xogħol għall-impjegati eżistenti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25084.
Jista' l-Ministru jispjega u jagħti d-dettalji dwar liema soċjetajiet jew soċjetà jew individwi jew individwu rċivew interessi mid-Dipartiment tal-VAT ta' l fuq minn nofs miljun ewro matul dawn l-aħħar erba' snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-2008 ‘l hawn kien hemm kumpanija waħda li tħallset imgħaxx mid-Dipartiment tal-VAT ta’ ’l fuq minn nofs miljun ewro. L-isem ta’ din il-kumpanija ma jistax jiġi zvelat minħabba s-segretezza ufficjali tal-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21507, jista' l-Ministru jindika jekk barranin li jiġu joqogħdu f'Malta bil-vettura tagħhom, fil-fatt jiġux reġistrati bħala li impurtaw il-vettura tagħhom f'pajjiżna?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mit-trasport.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nġabru taxxi minn fuq it-tipjip tas-sigaretti fis-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 id-dipartiment tad-Dwana ġabar it-taxxi tas-sisa u tal-VAT minn fuq it-tipjip tas-sigaretti kif jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għas-sena 2004, l-ammonti huma disponibbli biss għal Novembru u Diċembru.
kamra taħt il-Monument tal-Ħelsien — servizz tal-provvista tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li nqata' s-servizz tal-provvista tal-ilma fil-kamra taħt il-Monument tal-Ħelsien u li tintuża minn voluntier għall- manutenzjoni tal-istess monument? Jekk huwa minnu, jistgħu l-awtoritajiet jirrikonsidraw il-pożizzjoni tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ dwar servizz tad-dawl u ilma għal mara separata, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li minħabba problemi familja kellha tixtri l-post u dan jinsab bla dawl u ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi wara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta għamlu kuntatt mal-persuna kkonċernata, dawn ġew infurmati li l-applikazzjoni għas-servizzi ma kinitx għadha saret.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' koppja miżżewġa, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, li għandhom il-kuntratt tal-post biex jitilqu minn fejn qed jgħixu u jmorru fil-post il-ġdid, liema post jinsab bla dawl u s-servizz tal-ilma ingħata xi ġimgħat ilu, imma kien hemm problema fuq id-dawl u issa minħabba d-direzzjoni tal-union, jidher li din id-direttiva spiċċat u din il-famlija qed tistenna li tingħata s-servizz? Jista' jara li jitmexxa l-każ biex ma jkunx hemm problema fil-kuntratt, għax dawn il-persuni se jmorru jgħixu fil-post bla dawl u ilma b'tifel ta' sentejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi konsegwenza ta’ azzjonijiet li kien hemm fil-Korporazzjoni Enemalta, hemm numru ta’ applikazzjonijiet li għadhom iridu jiġu proċessati. Il-korporazzjoni qed tieħu l-passi neċessarji biex tipproċessa dawn l-applikazzjonijiet fl-aħjar interess tal-konsumaturi.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma tal-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li ilha żmien iċċempel biex jinħareġ il-kont regolari?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lil Arms Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet huma meħtieġa li jsiru fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'xogħlijiet saru f'dan il-qasam mill-1 ta’ Marzu 2010 sal-lum? Kemm kienet in-nefqa fuq dawn x-xogħlijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 24998.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ kont ta' garaxx, li ilu ma joħroġ minn Frar 2010 u peress li huwa ta' persuna b'diżabilità, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tixtieq li jitmexxa l-kont?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ingħatat lil Arms Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u ilma ta' anzjana li d-dettalja tagħha qed jintbagħtu separatament, għax ilha ma tirċevih ix-xhur?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lil Arms Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jirranġaw, b’mod permanenti, il-main tal-ilma li diġà ġie rranġat fi Triq San Franġisk, San Pawl il-Baħar, fil-parti tat-triq li fiha preżentement qed isir proġett b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kunsill Lokali, b’finanzjament mill-Unjoni Ewropea biex ma jkunx hemm ħtieġa li tinqala’ t-triq ftit wara li x-xogħol ikun tlesta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet il-passi biex immedjatament twaqqaf l-ilma ħiereġ u saret ukoll tiswija permanenti.