Legislature:
Category:
Reset
Active:

GU Clinic

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm min-nies li marru l-GU clinic ġew diagnosed pożittivi? Kemm minn dawn ġew pożittivi għall-HIV, Herpes, chlamydia, gonorrhoea, syphilis, trichomoniasis u HPV? Jista’ jagħti l-informazzjoni marda b’marda?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Emergency vehicles - Ħaddiema ‘l fuq minn 63 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala ħaddiema ta’ ’l fuq minn 63 sena mhumiex jitħallew isuqu emergency vehicles fl-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi f’Lulju tas-sena 2023 sar tibdil fil-policy biex b’hekk Emergency Ambulance Responders jistgħu jġeddu l-impjieg sal-età ta’ 65 sena, suġġett għall-eżami mediku u test tal-għajnejn.

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14635, jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni l-Emerġenza u jagħti lista sħiħa tal-kawża/kawżi li għalihom kellhom imorru fl-Emerġenza fl-istess perjodu mitlub f’din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Spiża tal-Gvern b'rabta ma' arbitraġġ internazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11156, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, u jgħid kemm tħallsu flus s’issa fi spejjeż legali, eċċ. mill-Gvern Malti fl-arbitraġġ internazzjonali li fetaħ kontra Malta s-sid tal-Bank Pilatus?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Il-Mosta — Tabib tal-għajnejn fil-klinika tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda jkun hemm tabib tal-għajnejn fil-klinika tal-Gvern tal-Mosta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li is-servizzi relatati mal-kura tal-għajnejn li bħalissa qed jingħatw miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta huma kif ġej: It-Tnejn It-Tlieta L-Erbgħa Il-Ħamis Il-Gimgħa Is-Sibt Il-Ħadd Optometry Glaucoma Screening Glaucoma Screening Diabetic Retinopathy Screening Diabetic Retinopathy Screening Glaucoma Assessment – minn Dr. Pierre Farrugia Is-servizzi tal- Glaucoma Screening u tad- Diabetic Retinopathy Screening Diabetic Retinopathy Screening Diabetic Retinopathy Screening

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li sakemm kont Ministru għall-Anzjanità Attiva, ebda direct order għall-fotografu u/jew vidjografu ma ngħatat mill-Ministeru.

CDAU – Servizzi – Lista ta’ stennija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għal xi servizz fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU), maqsuma servizz servizz, sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid x’inhuma l-etajiet ta’ dawn il-persuni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li mill-aspett tal-assessjar mill-Pediatric Unit, m'hemm l-ebda lista ta’ stennija. It-tfal li jiġu assessjati għandhon minn 0 sa 16-il sena.

Qawra — Ċentru tas-Saħħa - pjanti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14457 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti oriġinali li kienu sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini ta’ ċentru tas-saħħa fil-Qawra? Jista' jqiegħed ukoll kopja tal-pjanti mibdula li ġew sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar għall-istess ċentru tas-saħħa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-pjanti oriġinali sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawk ġodda ser inkunu qed jaħdmu fuqhom wara li jsiru diskussjonijiet mal-klijent (Secondary Healthcare).

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Baġit 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif l-allokazzjoni tal-baġit għas-sena 2024 ser tkun differenti għas-settur tas-saħħa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni finanzjarja hija dik kif spjegat fl-estimi finanzjarji ppubblikati mad-Diskors tal-Baġit.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Targets

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema targets ser jintlaħqu mill-baġit allokat għas-settur tas-saħħa għal din is-sena? Jista’ jgħid liema targets għandhom jingħataw prijorità immedjata, prijorità medja (għas-sena d-dieħla) u liema għandhom jingħataw prijorità aktar fit-tul?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-qasam kemm tas-saħħa kif ukoll tal-anzjanità attiva l-prijorità, dejjem u l-ħin kollu, hi l-ġid tal-pazjent. Fiż-żmien li ġej ikolli l-opportunità nispjega x’inhuma l-prijoritajiet immedjati, medji u fit-tul.

Xiri ta' uniformijiet għall-Allied Health Professionals

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14425 u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11770 u 12113, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ir-rapport ta' Evalwazzjoni għall-approvazzjoni tal-għotja mill-GCC għax-xiri ta' uniformijiet tal-allied health professionals minħabba li wara xahrejn ma ngħataw l-ebda uniformijiet u li dawn l-istess professjonisti ilhom jistennew din l-uniformi għal snin twal?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-kuntratt ingħata u l-uniformijiet se jibdew jitqassmu.

Single use nail clippers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14428 u ċjoè: Jekk ser ikunu qegħdin jintużaw single use nail clipper fis-settur tas-saħħa, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapport ta’ kif dawn ser jiġu mormija u jekk l-użu ta’ single use nail clippers hux ser joħloq aktar skart u ħsara lill-ambjent meta mqabbel ma’ dawk użati preżentement li qed jiġu sterilizzati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-nail clippers huwa apparat mediku, u ladarba jintużaw, jitqiesu bħala kontaminati u jintremew skont ir-regolamenti tal-iskart mediku.

Sptar Mater Dei — Rapporti rigward moffa jew ħsara fis-suffetti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14429, jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport daħal minn staff rigward moffa jew ħsara fis-suffetti f'dawn l-aħħar sentejn, minn liema swali jew lok fl-Isptar Mater Dei u kemm minnhom ġew riżolti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li kull ilment li jidħol rigward ħsarat fis-suffitti, dawn jiġu riferuti lit-taqsima tal-manutenzjoni u tittieħed azzjoni. Xi xogħlijiet jitolbu li trid issir investigazzjoni minn fejn ġejja l-problema.

Spiżerija tal-Gvern – Mediċini out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' mediċini li huma out of stock mill-Ispiżerija tal-Gvern?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ mediċini out of stock tinsab fuq is-sit elettroniku https://healthservices.gov.mt/en/cpsu/Documents/Out-Of-Stock/2024/22012024.pdf. Kopja ta’ din il-lista qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Kuntratti ta’ fiduċja

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva huma dawn: Embryo Protection Authority Foundation for Medical Services Foundation Kenn għal Saħħtek Malta Health Ltd Medicines Authority Office of the Commissioner for Mental Health Office of the Commissioner for the Older Persons Older Persons Standards Authority Minn kemm ilni li jien inħtart Ministru, ma ġewx mogħtija kuntratti ta’ fiduċja f’dawn l-entitajiet.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra sick leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li t-tagħrif qed jinġabar.