Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – użu ta’ trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jagħti xi tip ta’ inċentiv għall-ħaddiema tal-Ministeri u entitajiet li jaqgħu taħtu, biex jinkoraġġixxu lill-istess ħaddiema biex jużaw it-trasport tal-massa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie kkummissjonat studju xjentifiku li, permezz tiegħu, kien mifhum liema mezzi ta’ trasport jintużaw l-aktar mill-ħaddiema biex jaslu għax-xogħol.
Għaldaqstant tnieda l-ħsieb li jitfasslu u jiġu proposti numru ta’ miżuri li jħajru lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku jagħmlu użu minn trasport alternattiv, inkluż fi proġetti-pilota jew PPPs.
Dan hu wkoll f’sintonija mal-pjani tal-Gvern li fil-ġejjieni jsir użu aktar wiesa’ mit-trasport pubbliku fil-faxex kollha tas-soċjetà.
Dawn l-inizjattivi għandhom jifformaw parti minn pjan wieħed ħolistiku ta’ trasport sostenibbli.
Żona ta' Kordin — faċilitajiet sportivi - Irranġar ta' bankini
Question
Jista' l-Ministru jara li fil-parti ta' Kordin senjatament fejn hemm faċilitajiet sportivi varji jiġu rranġati u msewwija d-diversi bankini li tkissru numru ta' drabi minn vetturi kbar u tqal, traskuraġni jew trapass taż-żmien?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Paola li skont l-Att 363 dwar il-Gvern Lokali, l-akwata ta' Kordin ma taqax fir-responsabiltá tal-Kunsill Lokali.
Kunsilli Lokali: Records tal-ilmenti tar-residenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li għandhom sistemi li jżommu rekord tal-ilmenti tar-residenti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni li nġabret mill-Kunsilli Lokali jirriżulta li hawn 55 Kunsill Lokali li għandu sistema li jżomm rekord tal-ilmenti tar-residenti.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Creative European – Media Programm — applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru minn Malta, matul l-aħħar seba’ snin taħt il-Creative Europe – Media programme? Jista’ jgħid ukoll x’kien ir-riżultat għal kull applikazzjoni li saret, kemm akkwista fondi l-pajjiż favur produzzjonijiet Maltin taħt dan il-programm u x’applikazzjonijiet, jekk hemm, li għadhom pendenti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Arts Council Malta (ACM) illi matul dawn l-aħħar seba’ snin kien hemm tlettax-il applikazzjoni taħt il-Creative Europe – Media programme minn Malta.
L-ebda applikazzjoni ma rnexxielha ġġib il-punti neċessarji biex tkun tista tassigura dawn il-fondi. Dan ma jfissirx li ma kienux eliġibbli, imma mhux b’saħħithom biżżejjed skond il-kriterji ppreżentati.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’arranġamenti saru minn Malta matul l-aħħar seba’ snin biex pajjiżna jkollu l-‘Creative Europe Desk’ tiegħu a tenur tal-artiklu 16 tal-Creative Europe Programme (2014 – 2020)?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Il-Gvern Malti permezz tad-Direttorat tal-Kultura s’April 2018, u wara permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti, ħaddan il-‘Creative Europe Desk’ u offra ri¿orsi strutturali u umani sabiex ikun jista’ jopera d-Desk fl-oqsma kulturali u kreattivi f’Malta.
Sa mill-bidu tiegħu, id-Desk beda jopera b’Head u b’persuna oħra fuq Contract for Service. Madanakollu, d-Desk waqaf jopera minn Jannar 2019 sa Mejju 2019 minħabba li l-Contract for Service ma reġax ġie mġedded u l-Head temm l-impjieg tiegħu wkoll. F’Meju 2019 ġie mpjegat il-Head tal-Kultura u hemm ippjanat ukoll li d-Desk jimpjega Head tal-Media u wkoll Administrator sabiex jieħu ħsieb l-amministrazzjoni klerikali u xi xogħlijiet addizjonali.
Id-Desk jopera b’50 fil-mija ta-baġit minn fondi Ewropej u l-kumplament permezz tar-Recurrent Line Item 5800 – Creative Europe Desk
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru l-Mużew Marittimu fil-Birgu tul is-sena 2019, kif ukoll xi spejjeż saru u xi dħul kien hemm mill-istess post?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li żaru l- Mu¿ew Marittimu fil-Birgu tul is-sena 2019 kien jammonta għal 21,459.
Id-dħul finanzjarju ammonta għal €63,335.66. Id-dħul finanzjarju huwa relatat ma gift shop sales u entrance fees.
L-iSpejjeż ġenerali fuq l-istess sit ammontaw għal €102,249.24. Dawn huma relatati ma’ manutenzjoni, telefonija, tindif, dawl u ilma, kirja tal-bini, stationery, saħħa u sigurtà u organizazzjoni ta’ attivatijiet oħra.
Kunsill Lokali Qala Għawdex – Triq il-Kunċizzjoni – Offerta għal water culverts u resurfacing
Question
B'referenza għall-minuti 4.6.1. tal-Kunsilli tal-Qala tal-Laqgħa Numru 4 li saret it-Tlieta 6 ta' Awwissu 2019 rigward l-offerta tal-water culvert u resurfacing bit-tarmak ta’ parti minn Triq il-Kunċizzjoni ġewwa l-Qala, fejn 'intqal li peress li din l-istess offerta ġiet id-doppju mil-budgeted amount u għalhekk din l-offerta ma ġietx aċċettata' jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kunsill reġgħax ipprepara stima oħra u ħarġitx offerta oħra hekk kif kien issuġġerit mill-Ministeru għal Għawdex? Jekk inħarġet offerta oħra fiex wasal il-proċess?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Qala li ma ġietx ippreparata stima oħra u lanqas inħarġet sejħa għall-offerti mill-ġdid.
Il-Kunsill Lokali ngħata grant mill-Ministeru għal Għawdex permezz tal-ftehim ‘Proġett Għawdex’. B’dawn il-fondi ġie kopert l-ammont tal-offerta li kienet inħarġet.
Ninsab infurmat ukoll illi t-tender ġiet awarded u l-kuntratt ġie ffirmat fid-19 ta' Frar 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu tul is-sena 2019, kif ukoll xi spejjeż saru u xi dħul kien hemm mill-istess post?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur tul is-sena 2019 kien jammonta għal 38,626.
Id-dħul finanzjarju ammonta għal €178,019.67 Id-dħul finanzjarju huwa relatat ma gift shop sales u entrance fees.
L-Ispejjeż ġenerali fuq l-istess sit ammontaw għal €127,257.06. Dawn huma relatati ma’ manutenzjoni, telefonija, tindif, dawl u ilma, kirja tal-bini, stationery, saħħa u sigurtà u organizazzjoni ta’ attivatijiet oħra.
Ħal Tarxien — Triq l-Isqajjaq - dawl u sleeping policeman
Question
Jista' l-Ministru jara li Triq l-Isqajjaq Ħal Tarxien fejn hemm zebra crossing tiġi mixgħula filgħaxija billi l-istess triq tara użu minn diversi tfal, kif ukoll jiġi introdott sleeping policeman biex jikkalma t-traffiku?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li jikkonferma li fi Triq l-Isqajjaq hemm zebra crossing u għadha ma ġietx mixgħula u għadha ma saritx sleeping policeman peress li ser tinqala’ t-triq.
Wara li jsir ix-xogħol meħtieġ, ż-zebra crossing se tiġi mixgħula kif ukoll issir is-sleeping policemen.
Ħal Tarxien – Triq Annunzjata u Triq is-Sorijiet — tibdil fit-tabelli
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13110 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jiġu introdotti miżuri inkluż tibdil fit-tabelli sabiex jiġi mitigat is-sofferenza u l-perikolu li għaddejjin minnu r-residenti ta’ Triq Annunzjata u Triq is-Sorijiet Ħal Tarxien invista tal-volum eċċessiv ta’ traffiku li qiegħed jgħaddi preżentement?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li se jittieħdu passi f’dan ir-rigward u se tkun qed titwaħħal tabella biex ma jkunx jista’ jsir tidwir fuq il-lemin (no turning right).
Jista’ l-Ministru ġentilment ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif tqassmu l-fondi allokati lill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala s-sena l-oħra? Kemm intefqu flus fuq attivitajiet taż-żgħażagħ, anzjani u persuni b’diżabilità?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li l-flus li ntefqu fuq attivitajiet taż-żgħażagħ, anzjani u persuni b’diżabilità hu kif indikat hawn taħt:
Sena
Attività
Ammont
2019
Christmas Market
€ 9,361.44
2019
Karnival
€ 5,887.88
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — konsulenza minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mhux jipprovdi kwalsiasi servizz ta' konsulenza f’kwalsiasi entita’ fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid f’liema stat jinsab Peppi Delceppo Ground f’Bormla u jista' jindika meta ser jiġi rranġat biex jiġi użat mill-ġdid?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li se tkun qiegħda tinħareġ sejħa għall-offerti mill-ġdid minħabba li l-ewwel sejħa kienet għola mill-istima.
Ix-xogħol ippjanat jikkonsisti f’bini mill-ġdid ta’ grawnd 5-a-side,
playing field
u xogħol anċillari ieħor. Dan mistenni li jkun lest sal-aħħar tas-sena 2021.
Jista' l-Ministru jindika jekk tul din is-sena humiex ser jittieħdu passi sabiex il-Fortizza ta' Delimara tinfetaħ fuq bażi permanenti? Jista' jindika x’xogħlijiet ta’ restawr sar fiha f’dawn l-aħħar snin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma hemm l-ebda ħsieb li l-Forti ta’ Delimara tinfetaħ b’mod permanenti għall-pubbliku fil-futur qarib.
Tul dawn l-aħħar snin sar ħafna xogħol ta’ tindif li permezz tiegħu il-Fortizza u l-foss tagħha ġew illiberati minn tunnellati kbar ta’ terrapien u materjal ieħor li ġie mitfugħ fiha minn meta ġiet abbandunata għal meta kienet tintu¿a bħala razzett. Dan ix-xogħol kompla din is-sena bil-kollaborazzjoni tal-Cleansing and Maintenance Division.
Xogħol ta’ restawr s’issa ġie llimitat għal ftuh ta’ aperturi imblukkati u twaqqiegħ ta’ xi accretions.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li f'dawn l-aħħar ġimgħat ma kienx qed ikun hemm ħaddiema tal-kuntrattur b'mod regolari u ta' kuljum jaħdmu fuq Triq Sannat, it-triq prinċipali li twassal għar-raħal ta' Sannat? Jista' jispjega x'inhuma r-raġunijiet li meta jkun qed isir xi xogħol mill-kuntrattur ma jkunx hemm iktar minn żewġ ħaddiema jaħdmu fuq din l-imsemmija triq? Jista' jgħid f'liema xahar u sena hi ppjanata li din it-triq tkun lesta minn kollox u dan peress li x-xogħol fuq din it-triq ilu li beda xhur twal u din it-triq ilha mwiegħda li ssir mill-Kunsill għal madwar 10 snin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li dawn l-aħħar ġimgħat qed isiru xogħlijiet ta’ bdil ta’ mains u ittestjar tal-ilma mill-Water Service Corporation.
Fir-rigward tan-numru ta’ ħaddiema li qed ikunu jaħdmu dan ivarja skont ix-xogħol.
Ninsab infurmat wkoll mill-Kunsill li din it-triq għandha titlesta qabel l-aħħar ta’ Mejju 2020, imma dan jiddependi wkoll min-natura tax-xogħol peress li hemm diversi servizzi għaddejjin minn taħt il-wiċċ tat-triq maġenb xulxin.
Malta Philharmonic Orchestra – Terminazzjoni ta’ Ħatra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ttieħdet id-deċiżjoni sabiex tiġi tterminata l-ħatra mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jekk din id-deċiżjoni tteħditx f’laqgħa miżmuma mill-Bord jew itteħditx barra laqgħa formali tal-Bord?Jista’ jgħid ukoll jekk kenitx deċiżjoni unanima tal-membri kollha tal-Bord?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Malta Philharmonic Orchestra — Proċeduri ta’ awditjar – allegazzjonijiet minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex se jieħu l-proċeduri ta’ awditjar meħtieġa sabiex l-allegazzjonijiet magħmula mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-ittra ta’ riżenja tiegħu mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta jiġu investigati? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid b’liema mod se jwettaq dan l-awditjar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju qed isiru l-verifiki neċessarji fuq l-allegazzjonijiet li saru. Jekk jirri¿ulta li t-tali allegazzjonijiet huma fondati, ser jittieħdu l-miżuri neċessarji u opportuni. Jingħad ukoll li uħud mill-allegazzjonijiet magħmula pero jeżorbitaw għal kollox il-funzjoni jew interess tal-istess persuna, li dettalji dwaru ngħataw separatament.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi, l-individwu ndikat ma kellux xi forma ta’ konsulenza, ħatra jew ingaġġ fi ħdan id-dekasteru tiegħi.
Malta Philharmonic Orchestra – principal conductor
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie maħtur l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala principal conductor fl-Orkestra Filarmonika ta' Malta u jindika meta ttieħdet id-deċiżjoni għal tali ħatra u minn min ittieħdet dik id-deċiżjoni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġie maħtur bħala principal conductor fl-Orkestra Filarmonika ta' Malta fl-1 ta’ Settembru 2019.
Id-deċiżjoni ttieħdet fil-11 ta’ April 2019 mill-Bord tad-Diretturi.