Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xiri ta' Propjeta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-kas tat-talba (HA49/2008) għal xiri ta' propjeta' taħt Avviż Legali 3, shared ownership, tinstab xi soluzzjoni sabiex l-avviż li ġie mogħti fit-8 ta' Mejju 2008 ikun jista' jiġi emendat?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 406, f’Seduta Numru 10. Ninsab infurmat li l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti taħt l-iskema ta’ shared owership u għalhekk it-talba tal-persuna konċernata ma tisax tiġi kkunsidrata favorevolment.

Persuni Dijabetiċi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 83 u cioe' peress li prodott li jintuża minn pazjenti li jeħtieġu l-insulina bl-isem Lanctus cartridges ġie approvat iżda mhux provdut lil pazjenti minkejja li għaddew diversi xhur, jista' l-Ministru jara li jiġi provdut dan il-prodott lil dawn il-persuni dijabetiċi mill-aktar fis?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li s-Servizzi ta' 'Procurement tal-Gvern' (Taqsima tas-Saħħa) ilu jixtru din il-mediċina f'forma ta' fjali mis-sena 2004 bl-aħħar konsenja tasal fid-9 ta' April li għadda. Id-Dipartiment fetaħ call for tenders ġdida sabiex din il-mediċina tibda tinxtara f'forma ta' cartridges. Dan it-tender, permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratt, għadu qiegħed jiġi pproċessat.

Ċentri tas-Saħħa — Waiting list

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 76 u jgħid x'inhi l-waiting list sew f'numru ta' pazjenti kif ukoll bħala data fid-diversi ċentri tas-saħħa għal: i) Skeda Ħamsa? ii) Anticoagulant clinic?

Response (DALLI, JOHN)

Informat hekk :- Appuntament li jmiss Numru ta' pazjenti li qed jistennew Furjana - 04/06/08 150 Gżira - 20/05/08 40 Qormi - 16/05/08 49 Mosta - 16/05/08 43 Rabat - Pazjenti moqdija minn Qormi u B'Kara Raħal Ġdid - 06/06/08 108 B'Kara - 24/05/08 94 Bormla - Pazjenti moqdija minn Raħal Ġdid Dwar l-Anticoagulant Clinic, informat li l-appuntamenti jsiru mill-klinika ta' l-ACC ta' l-iSptar Mater Dei. Kull ċentru tas-saħħa joffri servizz lil 20 pazjent kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Ma hemm l-ebda waiting list f'din il-klinika.
Leg 11 PQ #573 Sitting 11 2008-06-02 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dar ta' l-Anzjani — Żejtun

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex ilmenti dwar l-ikel li qed jiġi servut fid-dar tal-Anzjani taż-Żejtun? Fejn qed jiġi ppreparat dan l-ikel? Il-Gvern jivverifika kull tant żmien il-livell ta' ikel li jkun servut?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-twegiba se tingħata f'seduta oħra.

Self Employed — Protezzjoni tad-drittijiet tal-Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jittieħdu l-passi leġislattivi biex dawk il-persuni li qed jingħataw kuntratti ta' self employed igawdu mill-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema?

Response (DALLI, JOHN)

Kif tħabbar fid-diskors tal-President fl-okkazzjoni tal-ftuħ tal-Ħdax-il-Parlament, il-Gvern ser jieħu dawk il-miżuri neċessarji biex ma jintużawx forom ta’ kuntratti ta’ impieg li jwasslu biex il-ħaddiema jiġu mċaħħdin minn kundizzjonijiet u benefiċċji li jkollhom dritt għalihom. Dan ma jfissirx, kif wieħed jista’ jifhem mill-Mistoqsija, li kull minn għandu kuntratt għal servizz bħala self-employed ser jidħol għal dirittijiet mogħtija speċifikament lill-impjeġati. Li jfisser hu li ma jkunx hemm impjegati li jiġu sfruttati billi jingħataw xi tip ta’ kuntratt li b’xi mod inaqqsilhom kundizzjonijiet u benefiċċji li jkollhom dritt għalihom bħala mpjegati. Ninsab infurmat li diġa’ sar xi xogħol f’dan ir-rigward għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ħruġ ta’ sejħiet għal offerti.

San Vincenz de Paule

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti diġa' kklassifikati li jridu jidħlu f'San Vincenz de Paule u l-lokalitajiet li ġejjin minnhom?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra

Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar x'se jsir minn dak li qabel kien l-Isptar San Luqa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għad m' hemmx deċiżjoni dwar x’se jsir mill-Isptar San Luqa.

Sptarijiet ta' l-Istat — Ċittadini Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus li suppost tħallset meta ċittadini barranin użaw is-servizzi ta' l-isptarijiet ta' l-istat f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena? Kemm minn din iċ-ċifra ta' flus tħallset diġa'?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptarijiet ta' l-Istat — Użu minn barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali dovut lill-istat minn persuni barranin li użaw is-servizzi ta' l-isptarijiet ta' l-istat?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fil-mument l-ammont globali dovut lill-Istat minn persuni barranin li uzaw is-servizzi ta’ L-isptarijiet huwa ta’ €778,998 f’Malta u €71,385 f’Għawdex. Sptarijiet San Luqa/Mater Dei 1994-2007 €387,773 2008 €64,680 452,453 EU claims EU 125 2004-2007 €183,971 EU 127 2004 €16,184 EU 125 2008 €71,298 271,453 Sptar Boffa 1999-2007 €53,869 2008 €1,223 55,092 Total Dovut f’Malta €778,998 Sptar Ġenerali t‘Għawdex 1996-2007 €60,716 2008 €10,669 Total Dovut f’Ghawdex €71,385

Sptarijiet lokali — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern f'ċifra ta' flus globali mill-ħlasijiet li ċittadini Maltin iħallsu għal ċerti servizzi mill-isptarijiet lokali bħal kiri ta' wheel chairs, ċilindri ta' l-ossiġnu eċċ., matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Jista' jgħarrafni kemm kien id-dħul f'ċifra ta' flus globali mill-istess sorsi għall-aħħar ħames snin sena b'sena separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-dħul tal-Gvern f’ċifra ta’ flus globali mill-ħlasijiet li ċittadini Maltin ħallsu għal ċerti servizzi mill-Isptarijiet Lokali bħal kiri ta’ wheel chairs , ċilindri ta’ l-ossignu eċċ-matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena jammonta għal €21,529. Informat ukoll li d-dħul totali mill-istess sorsi għall-aħħar ħames snin kien ta’ €669,092 .(Lm287,241) u maqsum sena b'sena hekk : Sena 2003 €131,484 Sena 2004 €129,956 Sena 2005 €130,722 Sena 2006 €138,332 Sena 2007 €138,598 Dħul Totali €669,092 Ta’ min jgħid illi dawn il-flus jiġu refunded lura lill-pazjenti meta dawn jirritornaw lura l-oġġetti mislufa lilhom.
Leg 11 PQ #406 Sitting 10 2008-05-28 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Shared ownership

Question

Jista' l-Ministru jara li dawk il-koppji għarajjes li kienu ntitolati li jieħdu appartament/maisonette taħt l-iskema tax-shared ownership u li issa qed jingħad lilhom li jridu jħallsu żewġ terzi tas-somma mill-bidu nett, fil-fatt jingħataw l-opportunita' li jħallsu skond id-dħul li għandhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-policy ta' l-Awtorita' tad-Djar dwar xiri ta' appartamenti/maisonettes taħt l-iskema tax-shared ownership hi li applikanti taħt Kategorija C/C1 (persuna waħedha), Kategorija A (familja bit-tfal) u applikanti għarajjes b'diżabilita' jridu jixtru mill-inqas terz tal-valur tal-proprjeta'. Applikanti taħt Kategorija B (koppja għarajjes) u Kategorija D (żewġ persuni adulti) jridu jixtru mill-inqas żewġ terzi tal-valur tal-propjeta'.
Leg 11 PQ #467 Sitting 10 2008-05-28 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Social Assistance for Single Parents

Question

Jista' il-Ministru jispjega x'inhuma r-rekwiżiti li xi ħadd għandu jissodisfa biex jingħata l-għajnuna soċjali msejħa Social Assistance for Single Parents? Jaqbel il-Ministru li għandhom ikunu eleġibli wkoll is-single parents li f'kuntratt ta' separazzjoni jiddikjaraw li qed jirrinunzjaw għall-manteniment mingħand il-parti l-oħra, għaliex qed jiġri li min jiddekadi skond il-liġi mill-manteniment (għax ikun wettaq affarijiet fiż-żwieġ bħal adulterju jew abbandun mid-dar matrimonjali) qed jieħu assistenza waqt li min ma għamel xejn ħażin u jirrinunzja mill-manteniment għaliex il-kontroparti ma jkollhiex mezzi biex jamministra manteniment m'huwiex qed jingħata għajnuna soċjali? Jaħseb allura l-Ministru illi taħt is-sistema preżenti aħna qegħdin nippremjaw lil min iwettaq adulterju jew abbandun u ma ngħinux lil persuni ġenwini bħal ommijiet li għaddew mill-isfortuna ta' żwieġ li tkisser u għadhom irabbu t-tfal żgħar weħidhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li biex persuna tirċievi l-għajnuna soċjali bħala ġenitur singlu trid, weħeda, tkun responsabbli li żżomm u trabbi t-tfal tagħha dipendenti taħt it-18-il sena u trid tissodisfa t-test tal-mezzi kif stabbilit fit-Tieni Skeda ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali. Wieħed mill-prinċipji bażiċi biex wieħed ikun intitolat għal xi għajnuna soċjali hu li persuna ma għandiex tirrinunzja minn jeddha għal xi kapital jew dħul biex tidħol bi dritt għal din l-għajnuna. Dan il-principju hu wkoll rifless fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali. Għalhekk ma nistax naqbel mas-suġġeriment li, kapriċċożament, persuna tirrinunzja mid-dritt li jista’ jkollha għal manteniment u l-Istat jagħmel tajjeb għal dan billi jħallas il-benefiċċji soċjali. Ma naqbilx lanqas li s-sistema preżenti ma tgħinx lill-persuni ġenwini għax dawn jirċievu kull għajnuna possibbli li jistħoqilhom skond il-liġi.

Sigurta' u Saħħa tal-Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jiddentifika liema dipartiment/aġenzija hija responsabbli mis-sigurta' u saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol? Kemm għandha risorsi/budget u ħaddiema sabiex tagħmel dan ix-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-entita’ responsabbli li timplimenta l-provedimenti ta’ l-Att dwar l-Awtorita għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol. Qed ngħid dan għaliex ir-responsabbilta’ assoluta għas-saħħa u s-sigurta’ tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol hi tal-prinċipal rispettiv tagħhom u mhux ta’ xi entita’ governattiva. L-entita’ responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ l-imsemmi Att hi l-Awtorita’ għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol. Il-fondi allokati lill-Awtorita' għas-sena 2008 huma €698,812 (Lm300,000), u preżentement għandha 25 impjegat.

Ħaddiema Barranin ġo l-Isptar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nurses, carers u tobba barranin minn mindu fetaħ Mater Dei? Ta' liema nazzjonalita huma?

Response (DALLI, JOHN)

Informat hekk : Grad Ammont Pajjiż Casual Staff Nurse 21 20 minn Romania u 1 mir-Renju Unit Senior Registrar 3 Ukraina, Repubblika Ċeka, Serbia

Kuntratti ma' Speċjalista f'Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi kuntratti individwali ma' xi speċjalisti li jaħdmu f'Mater Dei li huma differenti minn dawk ta' speċjalisti oħra? Jekk fl-affermattiv, ma' min huma dawn il-kuntratti/ftehim?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li f’Mater Dei hemm erba’ (4) tobba speċjalisti li huma mpjegati fuq kuntratt. Ilkoll għandhom ‘l fuq minn 61 sena u huma impjegati kif ġej : - Żewġ speċjalisti huma mpjegati bħala Advisor/Senior Registrar (Anaesthesia) u jaħdmu 30 siegħa fil-ġimgħa. - Speċjalist ieħor jaħdem bħala P/T Consultant Physician (Diabetes mellitus & Endocrinology) u jahdem 16-il siegħa fil-ġimgħa. - Speċjalist ieħor jaħdem fuq kuntratt bħala Consultant Histopathologist, fuq ġimgħa ta’ 40 siegħa.
Leg 11 PQ #483 Sitting 10 2008-05-28 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Spiża totali f'Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali biex jitmexxa Mater-Dei minn mindu fetaħ xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Politika Soċjali — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ promozzjonijiet fid-dekasteru tiegħi fil-perijodu ndikat mill-Onor. Interpellant, eskluż dawk fid-Dipartiment ta’ l-Anzjani u Kura fil-Komunita’, kien ta’ 196. Ninsab infurmat ukoll li tagħrif dwar id-Dipartiment imsemmi qed jinġabar u Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Parteċipazzjoni tal-mara

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern sabiex f'Għawdex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-mara fid-dinja tax-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

L-inizjattivi tal-Gvern maħsuba biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol ma jagħmlux distinzjoni bejn dawn li jgħixu Malta u Għawdex. Fost dawn l-inizjattivi hemm: · Diversi korsijiet ta’ taħrig u programmi mnedijja mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ; · L-introduzzjoni ta’ diversi family friendly measures fis-settur pubbliku kollu; · Proġetti u programmi ta’ l-Unjoni Ewropeja li jippromwovu l-ugwaljanza, organizzati mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza; · Tnaqqis tat-taxxa sa massimu ta' €1,630 għal nisa li jirritornaw għax-xogħol wara waqfa ta’ ħames snin filwaqt li dawk li jixtiequ jaħdmu part-time jistgħu jibbenefikaw minn rata ta’ 15% taxxa fuq dak li jaqilgħu sakemm ma jaqbżux dħul ta’ €6,990; · Tnaqqis sa €932 mit-taxxi għal dawk li jibgħatu t-tfal tagħhom ġo child care centres registrati; · Minn jaħdem part-time għal aktar minn 8 siegħat fil-ġimgħa jkun intitolat għal benefiċċji pro-rata; · Tnaqqis sostanzjali fil-faxxex kollha tat-taxxa kemm jekk issir dikjarazzjoni separata u anke jekk issir dikjarazzjoni konġunta; · Tnaqqis mill-income taxxabli meta raġel jew mara jaħdmu fil-kumpanija tal-familja, · Kreditu ta' sentejn kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali għal kull wild (4 snin fil-każ ta’ tfal b’diżabilita’).

Housing Authority — Equity Sharing Scheme

Question

Jista' l-Ministru jindika l-ammont ta' persuni li gawdew mill-iskema ta' Equity Sharing tal-Housing Authority mid-data tat-twaqqif tagħha sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li s'issa ġew approvati 242 applikazzjonijiet taħt l-iskema ndikata, li f'103 każijiet minnhom ġie finalizzat il-kuntratt.

Aġenzija Appoġġ

Question

Jaf il-Ministru li attwalment l-Aġenzija Appoġġ m'għadhiex toffri supervised access visits b'xejn u qed taċċetta biss każijiet fejn il-partijiet ikunu disposti li jieħdu dan is-servizz bi ħlas? X'jaħseb il-Ministru dwar dan?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li mhuwiex minnu li l-Aġenzija Appoġġ m'għadhiex toffri supervised access visits b'xejn u qed taċċetta biss każijiet fejn il-partijiet ikunu disposti li jieħdu dan is-servizz bi ħlas. Ninsab informat ukoll li dan is-servizz jingħata b'xejn ħlief f'ċirkostanzi fejn il-Qorti tordna li jkun bil-ħlas.