Peress li fis-26 ta’ Mejju 2010, il-Ministru skont stqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni qal li "il-privatizzazzjoni tal-Marina fl-Imġarr Għawdex hi riżultat ta’ proċess sħiħ li seħħ tul is-sena li għaddiet mill-Malta Maritime Authority, illum Transport Malta. Il-proċess kien jinvolvi studji dettaljati tal-marinas kollha eżistenti u oħrajn li jistgħu jkunu żviluppati. Wara l-istudji sar ukoll proċess ta’ konsultazzjoni", jista’ l-Ministru jgħid min mexxa din il-konsultazzjoni, ma’ min saret u xi rriżulta minnha?
Marina tal-Imġarr, Għawdex — kundizzjonijiet iebsa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-proċess tal-privatizzazzjoni tal-Marina tal-Imġarr, Għawdex, Transport Malta jew xi struttura oħra li taqa’ taħtu, ħaditx ħsieb li ma jintlaqtux ħażin l-Għawdxin li jużaw il-marina u li issa li ġiet privatizzata qed jiġu mposti fuqhom kundizzjonijiet iebsa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta' privatiżżazzjoni ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’xi stadju tal-privatizzazzjoni tal-Marina tal-Imġarr Għawdex itteħdux kunsiderazzjonijiet biex ma jintlaqtux ħażin l-Għawdxin li jużaw il-marina bil-kundizzjonijiet il-ġodda li qed jimponi fuqhom l-operaur magħżul?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-privatiżżazzjoni tal-Marina tal-Imġarr Għawdex ma tmexxiex mill-Ministeru tiegħi.
privatizzazzjoni tal-Marina tal-Imġarr, Għawdex — konsultazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi struttura li taqa’ taħtu kenitx involuta fil-konsultazzjoni li saret bħala parti mill-proċess ta' privatizzazzjoni tal-Marina tal-Imġarr, Għawdex? Jekk iva, liema kienet din l-istruttura, ma' min saret il-konsultazzjoni u x'irrizulta minnha?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18444, 17466 u 16127 u jgħid jekk sarux laqgħat bejn Transport Malta u l-Kunsill Lokali taż-Żejtun rigward il-bini ta' bus interchange fi Triq Birżebbuġa limiti ta' Bir id-Deheb, Żejtun? Jekk saru, x'tip ta' laqgħat kienu? Kif se jiġu milquta s-sidien tal-madwar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti proposti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta tefgħet applikazzjoni mal-MEPA għall-imsemmi interchange u għalhekk kull konsultazzjoni ssir bħala parti minn dan il-proċess skont il-liġi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18763 u 17868 u jgħid kemm hi stmata l-ħsara li saret fil-bridge fi Triq Aldo Moro, Marsa fl-inċident li seħħ fit-23 ta' April, 2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ħsara li saret fil-bridge fi Triq Aldo Moro hija stmata għal madwar €15,450.00 u din l-istima tinkludi x-xogħol ta’tiswija, konsulenzi u xogħol li kien sar temporanjament biex jitneħħa kull periklu dak in-nhar tal-inċident.
Ta' Xbieb — Triq Giuseppe Cali - time limit parking zone
Question
Tenut kont tal-fatt illi fiż-żona ta' Triq Giuseppe Cali f'Ta' Xbiex u fit-triqat aġjaċenti hemm diversi uffiċċji u tenut kont tal-fatt li fit-triqat imsemmija hemm sistema ta' time limit parking zone u tenut kont tal-fatt li ħafna ħaddiema qed jispiċċaw ta' kuljum iħallsu ċ-ċitazzjonijiet stante li l-pressjoni tax-xogħol ma tippermettilhomx joqogħdu jċaqalqu l-karozzi kull sagħtejn u ma jsibu mkien jipparkjaw u peress li fil-ħinijiet tax-xogħol dawn iż-żoni jkunu altrimenti vojta għaliex ir-residenti ma jipparkjawx f'dawn iż-żoni li huma l-bogħod mir-residenzi tagħhom apparti li fil-ħinijiet tax-xogħol ir-residenti jkunu f postijiet tax-xogħol oħra barra minn Ta' Xbiex u tenut kont li hu fl-interess tal-pajjiż u tar-raħal ta' Ta' Xbiex li jkun hemm dawk iċ-ċirkostanzi kollha li jkabbru l- opportunitajiet tax-xogħol u mhux inaqqsuhom, jista' l-ministru jintervjeni biex tiddaħħal iktar ġustizzja f din il-ħaġa billi t-time zones ma jkunux applikabbli fit-toroq imsemmija waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hija parti minn Controlled Residential Parking Scheme fil-lokalità ta’ Ta’ Xbiex. Din l-iskema ntalbet mill-kunsill lokali skont it-Terms of Reference for the Steering Committee for the creation of Controlled Residents’ Parking Schemes maħruġa mill-awtorità. Fost talbiet oħrajn, il-kunsill lokali għamel konsultazzjoni pubblika mar-residenti, mal-entitajiet kummerċjali kif ukoll mal-uffiċċini ta’ din il-lokalità. Din l-iskema ġiet approvata mill-awtorità fid-29 ta’ Ottubru 2007 u ġiet inkluża fl-Avviż Legali 200 tal-2009 a bażi ta’ din l-applikazzjoni u wara qbil li kien hemm mall-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex u l-GRTU. Jidhirli għalhekk illi kull tibdil għall-iskema għandu joriġina mill-kunsill lokali u nistieden lill-Onor. Interpellant iressaq is-suġġeriment lill-kunsill lokali.
MRA — permessi għall-istallazzjoni ta' tankijiet tal-gass
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
a) kemm-il permess/awtorizzazzjoni nħarġu mill-Malta Resources Authority għall-istallazzjoniet ta’ tankijiet ta’ gass ta’ volum bejn il-500 litru u l-2000 litru f’dawn l-aħħar għaxar snin?
b) kemm minn dawn inħarġu fiż-żona ta’ Paceville?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż kollha li saru fil-partijiet tat-toroq mill-Heliport ta' Għawdex sal-bidu tax-Xewkija, kif ukoll mis-siġra ta' Pinu sas-Santwarju ta' Pinu u jgħid kemm tħallas kull kuntrattur jew sub-kuntrattur separatament għal kull biċċa xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi x-xogħlijiet u l-ispejjeż li saru fuq il-bini mill-ġdid ta’ parti minn Triq l-Imġarr fejn ir-roundabout ta’ Santa Ċilja sa qabel ir-roundabout tal-Ħniena fix-Xewkija. Dawn ix-xogħlijiet saru minn Road Construction Ltd b’kuntratt ma’ Transport Malta.
Rigward ix-xogħlijiet li saru fit-triq li mis-siġra ta’ Pinu twassal sas-Santwarju ta’ Pinu ninsab infurmat li din ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tiswa l-manutenzjoni tat-Triq ta' Pinu in patikolari biex jimtlew ix-xquq li diġà hemm fl-istess triq? Jista' jgħid ukoll il-gvern x'passi qed jieħu kontra min għamel ix-xogħol peress li dawn il-ħsarat tfaċċaw daqshekk malajr wara li sar ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq ma taqax taħt ir-responsabbiltà tad-dekasteru tiegħi.
Peress li xhur ilu, l-Ministru kien qal li l-problema tal-iżbroff tad-drenaġġ fi Triq is-Sajjied il-Marsa, se tiġi solvuta bl-istalazzjoni ta’ pompa apposta, u peress li f’din il-Kamra l-Ministru kien indika li din kellha tiġi stallata sa Ġunju li għadda, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni jekk din il-pompa fil-fatt ġietx stallata? Jekk le, għal liema raġuni dan ix-xogħol ma sarx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
B'referenza għad-domanda parlamentari 19178 dwar il-bankina tat-triq principali f'Burmarrad, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess tat-tendering b'referenza għal dan ix-xogħol?
Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol relattiv?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi r-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari għall-19178 ingħatat biss il-ġimgħa l-oħra għadu kmieni wisq biex nirraporta żviluppi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li d-diversi pelican lights li ġew stallati dan l-aħħar fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar (erbgħa b'kollox) jibdew jixegħlu, li għalkemm ilhom diversi xhur li ġew stallati għadhom mhumiex operattivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kien hemm problema bil-controllers iżda nikkonferma li fil-ġimgħatejn li ġejjin għandhom jinxtegħlu tnejn minn dawn il-lights u se jsiru l-arranġamenti meħtieġa biex it-tnejn l-oħra jinxtegħlu mill-aktar fis possibli.
B'referenza għall-ispeed camera approvata fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li għaliha l-apparat (il-kaxxa tiegħu) issa nqala'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-talba għall-installazzjoni ta’ speed camera fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar se tiġi eżaminata fl-isfond ta’ l-Speed Policy il-ġdida li qed tiġi mħejjija minn Transport Malta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk itteħditx deċiżjoni dwar il-policy li għandha tiġi applikata dwar l-istallazzjoni ta' speed cameras f'pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-deċiżjoni għadha ma tteħditx.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra fiex waslu il-preparamenti jekk fil-fatt qed isir xi ħaġa dwar l-eżerċizzju tat-tiġdid tal-karti tal-identità li llum jinsabu effettivament kollha skaduti, u għadhom in vigore biss bħala riżultat ta' diversi avviżi legali maħruġa mill-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 17405, 19442 u 19777.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata l-wearing course fi Triq il-Ħtajriet, Mosta għax minkejja li l-base course ilu lest is-snin, sal-lum din it-triq mhix kompluta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-wearing coursefil-parti ż-żgħira ta' din it-triq li għad fadal se jingħata fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jikkunsidra li d-dawl fit-traffic lights controlled junction jinxtegħlu permess ta' enerġija alternattiva peress li kull darba li tiġi sospiża l-provista tal-elettriku qiegħed jinħoloq periklu kbir għas-sewwieqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qed taħdem fuq din l-alternattiva u qed tevalwa x'teknoloġija hawn fis-suq.
Jista' l-Ministru jara li kull fejn hemm traffic lights controlled juntions isiru sinjali fit-triq li jindikaw minn għandu d-dritta tat-triq għax kull meta tinqata' l-provista tal-elettriku qiegħed ikun hemm konfużjoni sħiħa li toħloq periklu kbir għas-sewwieqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-disinji tas-sinjali fit-toroq li jsiru minn Transport Malta, inklużi f’toroq fejn hemm traffic light controlled junctions huma skont l-istandards stabbiliti u standards tal-prijorità ma jeżistux.