Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tablets li jiġu ritornati mit-tfal tal-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8508 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7920, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid kemm-il tablet li kien jintuża mit-tfal fl-iskejjel u ġie ritornat, illum m'għadux jintuża u għalfejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

MFHEA — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8328 u jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati mal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) u kemm minnhom ġew hekk ingaġġati fl-aħħar sentejn? Jista’ wkoll jgħid jekk dawn sarux bl-approvazzjoni tal-Bord relattiv?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MFHEA — infiq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8330 u jikkonferma li fl-aħħar erba’ snin l-infiq fil-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) qabeż in-€0.5 miljun ta’ dak li kien approvat mill-estimi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MCAST – ftehim kollettiv ġdid f’kategoriji varji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsabu n-negozjati sabiex ikun hemm ftehim kollettiv ġdid fil-kategoriji varji fi ħdan l-MCAST, senjatament f’dawk fejn hemm direttivi industrijali għaddejjin mill-membri li japparetjenu lill-UĦM?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li n-negozjati mal-UHM għadhom għaddejjin.

Ingaġġ ta’ persuni għal servizzi ta’ fotografija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li l-Ministeru nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru ma ingaġġa lill-ebda persuna, la full-time u lanqas part-time, bħala fotografu. Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni relatata ma’ ħlas li seta’ kien hemm fl-2022 għal servizzi ta’ fotografija.

MFHEA – Yearly Business Plan

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8333 u jgħid jekk matul dawn l-aħħar erba’ snin fi ħdan il-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) kienx hemm Yearly Business Plan sottomess kull sena lill-Bord għad-diskussjoni u għall-approvazzjoni u jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dawn fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MFHEA – reviżjoni tal-operat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8332 u jgħid jekk matul dawn l-aħħar snin saritx reviżjoni indipendenti tal-operat tal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) u jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn ir-rakkomandazzjonijiet, minn min saru u jqiegħed kopja ta’ dan fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ombudsman għall-Edukazzjoni – każ kontra l-MFHEA

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8327 u jgħid jekk huwiex minnu li matul is-sena li għaddiet l-Ombudsman għall-Edukazzjoni rrakkomanda każ kontra l-Malta Further & Higher Education Authority, (MFHEA), u jekk dan huwa minnu, kemm kienet l-ispiża inkorsa, x’kienet in-natura tal-każ u min approva l-pagamenti relattivi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skejjel tal-Istat — baġit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-baġit għal kull skola tal-istat, skola skola, lokalità lokalità? Jista’ kap tal-iskola jitlob donazzjonijiet li jmorru għall-upkeep tal-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull sena l-iskejjel jingħataw budget speċifiku għall-proġetti kapitali, filwaqt li matul is-sena l-iskejjel jingħataw għajnuna finanzjarja skont il-ħtiġijiet partikolari tagħhom.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — ħaddiema First Aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mid-dekasteru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħti hawn 734 impjegat bħala First Aider.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5791 u 8341 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Tablets li jiġu ritornati mit-tfal tal-iskejjel

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7920, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid kemm-il tablet li kien jintuża mit-tfal fl-iskejjel u ġie ritornat, illum m'għadux jintuża u għalfejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ċentri S.T.E.A.M.

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8248 u jgħid kemm hawn ċentri S.T.E.A.M. madwar Malta u Għawdex? Fejn jinsabu dawn iċ-ċentri? Kif titħaddem din is-sistema f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'dawn iċ-ċentri u kemm sar investiment f'kull ċentru?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Skejjel tal-Istat – Ħruġ ta’ inviti f’okkażjonijiet uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8249 u jgħid jekk il-Ministeru jew xi entità oħra li taqa’ taħtu ħarġux xi direttiva/direttivi, jew ordnijiet biex fl-okkażjonijiet uffiċjali li jinżammu fl-iskejjel tal-Gvern ma jinħarġux inviti lill-kunsilliera lokali kif ukoll lill-Membri Parlamentari? Jekk iva, x'inhi r-raġuni għal tali direttiva? Meta ħarġet id-direttiva jew il-policy li tali inviti ma jinħarġux u minn meta kellha tibda tapplika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ħarġet l-ebda direttiva li tirregola min ikun mistieden għall-attivitajiet uffiċjali. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-kapijiet huma ggwidati biex ikunu sensittivi għall-imparzjalitá politika f’dan ir-rigward.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: two state school teachers were subjected to improper treatment at their place of work” datat 8 ta’ Ġunju 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Covid health protocol prevented certain LSEs from taking the 15 minutes to break others were entitled to” datat 5 ta’ Lulju 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Promotion from associate to full Professor and extension of appointment beyond statutory retirement age” datat 6 ta’ Ottubru 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not fully accepted: unfair treatment during a scholarship interview” datat 24 ta’ Jannar 2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet (jew parti minnhom) ġew injorati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Primary school teacher on a career break not allowed to work temporarily in the private sector” datat 9 ta’ Mejju 2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.