Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-inċentivi fiskali u mhux fiskali inklużi fil-pakkett ta' inċentivi tal-Malta Enterprise għan-negozji f'Għawdex? Jista' jagħti d-dettalji ta' kull skema, miżura, programm eċċ. li kien hemm mill-2007 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevli Interpellant illi kif diġà ġie rappurtat f’numru ta’ tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari oħra, intrapriżi Għawdxin jistgħu jibbenefikaw minn kull skema offruta mill-Malta Enterprise. Barra minn hekk intrapriżi Għawdxin, jebbenefikaw minn assistenza immirata għalihom biss fil-każ tal-Gozo Transport Grants, l-iskema CREATE għal intrapriżi li jinvestu fi stabbilimenti f’żoni identifikati, kif ukoll rimborż għola ta' 20% (għall-total ta’ 60%) mill-iskema MicroInvest.
Il-Malta Enterprise toffri total ta’ 31 inċentiv għall-industrija, 8 fiskali u 22 mhux fiskali. Dettalji dwar kull inċentiv jistgħu jinkisbu mis-sit tal-inċentivi
http://support.maltaenterprise.com/
Bejn l-2007 u l-2010 il-Malta Enterprise kienet toffri 10 skemi oħra li illum m’għadhomx japplikaw, iżda li minflokhom ġew mfassla inċentivi ġodda.
Jista' l-Ministru jara għaliex koppja anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, rċevew il-voucher tad-dawl u ilma li qiegħed kkalkulat fuq persuna waħda u mhux tnejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd. li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' policies u programmi ta' żvilupp sostenibbli u komunitajiet sostenibbli li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu inkluż dak tas-Segretarju Parlamentari? Jista' jindika d-dipartimenti u l-aġenzji li huma responsabbli minn dawn il-programmi? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li jiddiskrivu dawn il-policies u programmi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jispjega jekk iz-zokkor, b'mod partikolari dak deskritt bħala Tate & Lyle Granulated Sugar huwiex fil-preżent, jew jekk qatt kienx regolat b'xi price order? Jekk kien hemm price order, x'kien il-prezz ta' kull xkora zokkor għax-xhur ta' Diċembru 2008 u Jannar 2009 kif ukoll Mejju 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi l-proċedura biex individwu li jkollu liċenzja/permess biex jarma fuq il-monti banka jew anke tnejn, u li jkollu lil xi wild jaħdem miegħu full-time u li jkun reġistrat bħala tali, jittrasferixxi dawn il-permessi lil ibnu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-uniku bejjiegħa bil-posta li jistgħu jittrasferixxu l-liċenzja tagħhom huma dawk ta’ Strada Merkanti il-Belt Valletta, Marsaxlokk (is-suq ta’ kuljum) u tat-Tokk, Għawdex. Biex isir trasferiment, wieħed għandu japplika mas-Sezzjoni tal-Liċenzji tad-Dipartiment tal-Kummerċ fuq il-formola speċifika.
Liċenzji ta’ bejjiegħa tal-monti fi swieq oħra mhumiex trasferibbli.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25252, jista' l-Ministru jgħid:
a) jekk il-kumpanija preżenti ġietx mogħtija estensjoni tal-liċenzja tal-lotterija nazjonali? Jekk iva, xi ħlas sar għal din l-estensjoni; u
b) peress li t-tender document għas-sena d-dieħla qed jiġi ppreparat, għandux xi target date meta se jinħareġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-konċessjoni tal-lotterija nazzjonali kienet ta’ seba’ snin b’sena oħra addizzjonali jekk il-gvern ma jġeddidx b’mod awtomatiku u jerġa’ jmur għal tender. Il-gvern iddeċieda li fl-aħjar interess għall-pajjiż joħroġ tender. Naturalment, it-termini kollha tal-liċenzja, inkluż il-ħlas tal-liċenzja u taxxi jibqgħu jgħoddu sal-aħħar ta’ din il-konċessjoni.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-data meta ser jinħareġ it-
tender
‘
document
’ jiġi kkommunikat aktar ‘il quddiem.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li tiġi emendata l-liġi dwar id-distanza li trid tinżamm mill-hawkers li jkunu qegħdin ibiegħu fit-triq 'il bogħod mill-ħwienet? Ma jaħsibx li jekk il-ġeneru tan-negozju tal-hawker ma jkunx l-istess bħal dak tal-ħanut din il-klawsola tal-liġi għandha tkun aktar flessibbli?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda ħsieb li tiġi emendata l-liġi dwar id-distanza li street hawkers iridu jżommu bogħod mill-ħwienet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25662 u jgħid x'persentaġġ tal-Gross Domestic Product ta' pajjiżna qed jintefaq għal childcare?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2011, il-Ministru responsabbli mix-Xogħol, Edukazzjoni u l-Familja għandu allokazzjoni ta’ €950,000 għal child care centres. Dan minbarra investiment li qed isir mill-Malta Enterprise għall-bini ta’ child care centres ġewwa żoni industrijali, u minbarra investiment ieħor li qed isir mill-privat għal dawn iċ-ċentri.
Tajjeb infakkar ukoll illi l-gvern nieda skema ta’
tax credit
għal dawk il-familji li jibagħtu lit-tfal tagħhom f’
child care centres
privati.
San Pawl il-Baħar u Qawra — servizzi tal-ilma u tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu x-xogħol infrastrutturali marbut mas-servizzi tal-ilma u tad-drenaġġ li għad irid isir fit-toroq Tamar, Port Ruman u Andrew Cunnigham fil-Qawra, San Pawl il-Baħar? Meta hu mistenni li jsir dan ix-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol infrastrutturali marbut mas-servizzi tal-ilma u tad-drenaġġ jikkonsisti fi tqegħid ta’ 260m ta’ mains tad-drenaġġ u 275m ta’ mains tal-ilma fi Triq Tamar/Port Ruman. L-ebda xogħol ma hu previst fi Triq Andrew Cunningham.
Ix-xogħol mistenni isir bejn Lulju u Settembru 2011.
Jista' l-Ministru jara li tiġi mibdula l-bozza permezz tal-Korporazzjoni Enemalta fi Triq Ġorġ Borg (fil-bidu tagħha) f'Ħal Qormi li għandha l-ħsara u li qed tisparkja u toħroġ in-nar bil-periklu għal min ikun għaddej fl-inħawi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-bozza msemija fi Triq San Ġorġ ġiet msewwija.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — vakanzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi hemm fid-Dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru u x'sejħiet jew applikazzjonijiet huma maħsuba li joħorġu fix-xahrejn li ġejjin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24754 u jgħid x’kienet il-medja tan-nefqa fuq il-lubricant kull sena bejn is-sena 2000 u s-sena 2010? Kemm hu stmat li se tkun in-nefqa bl-impjant il-ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-medja tan-nefqa fuq il-lubricant li jintuża Delimara kull sena bejn is-sena 2000 u s-sena 2010 kienet ta’ €14,128.10.
In-nefqa għal-
lubricating oil
fuq l-impjant il-ġdid hija stmata għal madwar € 1,508,000 fis-sena.
Dan għaliex it-turbini eżistenti għandhom effiċjenza relattivament baxxa, bil-konsegwenza li l-spejjeż ta’
fuel
huma akbar.
It-turbini l-ġodda se jkunu aktar effiċjenti. Iżda biex dawn ikunu aktar effiċċjenti dan jirrikjedi spejjeż addizzjonali f’termini ta’ konsum ta’
lube oil
.
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minkejja din iż-żieda fl-ammont ta’
lubricant
, l-impjant se jkollu użu ferm aktar effiċjenti, li se jwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż tal-
fuel.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24759 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Taħriġ u issa ġiet riferuta lilu u jgħid f’liema lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex hawn housing estates li ma nbnewx mill-Awtorità tad-Djar u meta inbena kull housing estate? Kemm huwa n-numru ta’ units f’kull housing estate? Kemm minn dawn il-units huma b’kera u kemm huma proprjetà tas-sidien li jgħixu fihom, housing estate b’housing estate ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Minħabba li l-gvern naqqas in-nefqa fuq “Programs & Initiatives” bi €13-il miljun u saħansitra bi €28 miljun minn fuq l-istima li għamel qabel intemmet is-sena li għaddiet, jista' l-Ministru jagħti rendikont, dipartiment b’dipartiment, minn fejn u b’kemm naqset din in-nefqa meta mqabbla mal-estimi finanzjarji li ppreżenta f’Ottubru li għadda?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24991.
Jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li d-dikjarazzjoni taċ-Chairman tal-Malta Enterprise, Alan Camilleri, li f’nofs il-gwerra ċivili li għaddejja bħalissa fil-Libja fejn ta’ kuljum qed ikunu rapportati imwiet, tkellem dwar l-opportunitajiet li se jkun hemm f’dan il-pajjiż fil-qasam tal-kostruzzjoni, kenitx f’lokha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ċ-Chairman tal-Malta Enterprise, Alan Camilleri, u d-Deputat Laburista, George Vella, tkellmu dwar l-investiment u x-xogħol fil-Libja. F’dan il-programm kien hemm qbil dwar dak li kien qed jiġi diskuss.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24861 u ċioe: Minħabba li għadda ż-żmien mindu l-każ l-aħħar tqajjem fil-Parlament, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra meta mistenni jiġi ppubblikat ir-rapport dwar l-irregolaritajiet li seħħew fil-VAT Department? Jista' jsir dan proprju f'din is-seduta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Delimara Power Station — tender dwar l-electrostatic precipitators
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 24859, jekk, kif irrisponda l-Ministru, “dawn il-boilers diġà kienu compliant mad-dust emissions
regulations
għal żmien twil”, għalfejn inħareġ it-
tender
għall-
precipitators
fl-ewwel lok?
Il-Ministru jħoss li hu sew li jinħarġu
tenders
b’mod frivolu biex wara jiġu kanċellati?
Min se jieħu r-responsabbiltà tal-ħafna eluf ta’ Ewro li ntnefqu għalxejn mill-
bidders
li rrispondew
tender
meta min ħareġ it-
tender
kien jaf għal żmien twil li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu stallati dawn il-
precipitators
?
Min se jieħu r-responsabbiltà li għal darb'oħra Malta wriet nuqqas ta’ serjetà fil-konfront ta’
bidders
internazzjonali li b’hekk ikomplu jnaqqsu l-interess baxx li diġà għandhom sabiex jikkonkorru f’suq żgħir li ma tantx joffri possibbiltà ta’
repeat business
?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dawn it-tenders kienu meħtieġa biex l-Enemalta tkun konformi kmieni mal-limits futuri tal-EU Directives, u b’hekk tkompli tnaqqas l-emissjonijiet u ttejjeb il-livell tal-ambjent.
Madankollu, permezz tal-ħidma kontinwa tagħha biex tiżviluppa u timplimenta sistemi u metodi ġodda li jnaqqsu l-emissjonijiet, li ħallew riżultati pożittivi, l-Enemalta ħasset li m’għandux ikompli l-proċess ta’
tender
.
Jista' l-Ministru jinforma liema huma l-permessi/liċenzji ta' stabbilimenti kummerċjali li għolew sena b'sena mill-2008 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-2008 sal-lum ma kienx hemm liċenzji ta’ stabbilimenti kummerċjali liċenzjati mid-Dipartiment tal-Kummerċ li għolew.