Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei — Telefowns ċellulari li jintużaw bħala 'pagers'

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan immedjat biex jinbidlu/jsir upgrade tat-telefowns ċellulari kollha li jintużaw bħala 'pagers' fl-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed issir ħidma biex jiġi introdott servizz ġdid li permezz tiegħu smart phones bid-dejta jintużaw għal skopijiet diversi bħal komunikazzjoni u aċċess għal ċerti sistemi tas-saħħa. Il-proġett bħalissa jinsab fi stadju pilota. Abbażi tar-riżultati jkunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet jekk l-infrastruttura attwali tal-'pager' tistax tinbidel u tkun parti minn dan is-servizz ġdid.

Persuni li għandhom il-kundizzjoni tal-ADHD — Mediċina Concerta

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex numru ta' persuni li għandhom il-kundizzjoni tal-ADHD mhux qed jieħdu l-mediċina Concerta imma dik ġenerika mill-POYC? Din mhix kwistjoni tal-aħjar għażla finanzjarja imma l-aħjar servizz mediku, iżda peress li ħafna minn dawn il-pazjenti saħqu li l-mediċina ġenerika mhux qed tkun effettiva, għaldaqstant, jista’ l-Ministru jara li dawn il-persuni jieħdu l-mediċina tassew meħtieġa għalihom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser jitwaqqaf Bord ta’ Reviżjoni magħmul minn esperti, biex speċifikalment jikkunsidra mediċini relatat mas-saħħa mentali. Il-Bord ikollu fost l-oħrajn, fit-terms of reference, li jikkunsidra kull każ għalih (on a case-by-case basis). Dan il-Bord għandu ukoll jieħu kunsiderazzjoni tal-proposti mressqa mill-Fakultà għall-Benesseri Soċjali tal-Università ta’ Malta.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Ħaddiema barranin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15234 u jgħid kemm hemm barranin jaħdmu ma’ dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X’inhu r-rwol ta’ kull wieħed minnhom? F’liema entità qed jaħdmu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

GU Clinic — pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentaru 15235 u jgħid kemm pazjenti attendew il-GU clinic sena b’sena fl-aħħar għaxar snin?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura mill-GU Clinic, in-numru ta’ attendenzi (visti mat-tabib) fil-GU Clinic ta’ Malta mis-sena 2013 sas-sena 2023 huwa kif ġej Year Attendenza 2013 3035 2014 1687 2015 3969 2016 5428 2017 5864 2018 6255 2019 6399 2020 4113 2021 6516 2022 6483 2023 7280

Sptar Mater Dei — Operazzjonijiet għall-obeżità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet għall-obeżità ġewwa l-Isptar Mater Dei minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Raħal Ġdid — Żbir ta’ siġra li qiegħda tagħmel il-ħsara lill-proprjetà

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14146, fejn ġejt informat li l-eks ground ta' Pace Grasso, f’Raħal Ġdid, jaqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa u tal-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx tibdil fil-pożizzjoni għar-rigward taż-żbir tas-siġra li hemm fuq wara tal-proprjetà li d-dettalji dwarha qed tingħata separatament?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul is-sena 2023, xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

CDAU — Trasferiment

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4206, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm rigward it-trasferiment taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi l-pjanijiet sabiex is -CDAU jimxi għal post ieħor għadhom fi stadju ta’ diskussjoni.

CDAU — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’servizzi diversi jingħataw miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li s-CDAU joffru dawn is-servizzi: (a) Neurodevelopmental Paediatician. (b) Fizjoterapija. (c) Occupational therapy. (d) Speech and Language Pathologist. (e) Psikjatrija. (f) Infermiera. It- tfal kollha jigu irriferuti l-Mater Dei Audiology Sectiom l - ENT Outpatients biex issirilhom test tas-smiegħ.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjani — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders

Question

Jista’l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14349 u jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14366 li ngħatat fis-seduta 198 tat-23 ta’ Jannar 2024.

Problema ta' ġrieden fit-toroq residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14342 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx xi studju ambjentali dwar il-problema ta' ġrieden fit-toroq residenzjali Maltin? Jista’ jgħid jekk dan l-aħħar ir-rapporti ta' ġrieden fit-toroq hux qegħdin jiżdiedu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi kull rapport li jirċievi id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali jittieħdu l-passi neċessarji fuqu billi jintbagħtu l-ħaddiema mit-Taqsima tal-Pest Control Unit fi ħdan l-istess Direttorat u jekk ikun hemm il-bżonn wara ftit gimgħat jerġa' jsir trattament skont il-ħtieġa neċessarja. Sabiex titnaqqas il-problema ta’ infestazzjonijiet mill-ġrieden, jitwettqu wkoll diversi trattamenti għall-kontra l-ġrieden kemm fiż-żoni urbani u anke rurali permezz ta’ programm ta’ rutina. Issiru wkoll trattamenti kontra l-ġrieden fis-sistema tad-drenaġġ pubbliku.

Kumpaniji — handover

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatatx handover sħiħa għar-rigward tal-pożizzjoni dwar il-kumpanija li l-informazzjoni dwarha qed jingħataw separatament? Jekk le, meta se jsir dan?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta nħtart Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, jiena ġejt mogħti ħandover ta’ dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ dan il-portofol.

Kumpaniji – flus irkuprati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkunu l-mijiet ta’ Euro li se jirkupra l-Gvern mill-kumpanija li informazzjoni dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll xi ħlasijiet saru s’issa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirrerferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12742. Ningħaqad mal-appell tal-Prim Ministru biex quddiem dawn il-proċeduri ta’ arbitraġġ ikun hemm sens ta’ għaqda nazzjonali u mhux partiġjaniżmu u logħob legali li jista’ jdgħajjef il-pożizzjoni tal-Gvern Malti.

Sptarijiet f’Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Isptar Mater Dei u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex humiex jaqdu l-bżonnijiet bħala ż-żewġ sptarijiet ewlenin f'pajjiżna? Jista’ jgħid hemmx pjanijiet li jiżdiedu xi sptarijiet f’Malta u Għawdex fid-dawl taż-żieda kostanti fil-popolazzjoni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi tas-saħħa mhumiex offruti biss mill-Isptar Mater Dei u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Jiġu offruti wkoll servizzi minn l-Isptar Karen Grech, ir-Residenza San Vinċenz de Paule, l-Isptar Monte Karmeli, partijiet mill-Isptar San Luqa, numru ta’ Ċentri tas-Saħħa/ Bereġ tas-Saħħa madwar il-pajjiż kollu u anke servizzi fil-komunità. Apparti minn hekk, jeżistu servizzi li ġew kuntrattati lil sptarijiet u kliniċi privati, liema servizzi ninsabu fil-proċess li jkunu estiżi.

Ċentru Mediku ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sa tmiem is-sena hux ser jinfetaħ xi ċentru mediku ieħor? Jekk iva, jista’ jgħid fejn? Jekk le, min ser jerfa r-responsabbiltà għal dan in-nuqqas? Jista’ jgħid ukoll jekk hux se ssir talba biex fil-baġit li jmiss ikun hemm allokazzjoni għal nefqa kapitali sabiex l-infrastruttura fiżika tal-isptarijiet tikber u titjieb?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm pjanijiet avvanzati biex jinfetħu diversi ċentri mediċi oħra. Aktar dettalji jitħabbru meta jkun il-waqt.

Dijabete — Screening nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux pjan li jagħmel screening nazzjonali għall-kundizzjoni tad-Dijabete?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi l-istrateġija l-ġdida tad-Dijabete tinsab fi stadju avanzat biex titlesta u fiha miżuri varji bil-għan li tiġi ikkontrollata l-problema tad-dijabete. Waħda minn dawn il-miżuri tinkludi l-iscreening għal din il-kundizzjoni. Ser jiġi mwaqqaf grupp ta’ esperti biex jevalwaw l-evidenza u best practices biex jaraw l-aħjar mod kif jista’ jsir opportunistic screening f’Malta, flok screening tal-popolazzjoni kollha. Fil-każ tad-dijabete qed nimmirraw li mmorru għal opportunistic screening peress li mill-evidenza li għandna f’idejna, s’issa, jidher li dan it-tip ta’ screening huwa iktar fattibli u cost effective milli jekk wieħed jagħmel screening tal-popolazzjoni kollha.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Ħaddiema barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm barranin jaħdmu ma’ dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X’inhu r-rwol ta’ kull wieħed minnhom? F’liema entità qed jaħdmu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.