dokument strateġiku dwar l-immaniġġjar tal-iskart solidu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6570 u ċioè: Billi l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, bħal kull Ministeru ieħor, huwa ffinanzjat minn fondi pubbliċi, jista' l-Ministru jagħtina dan it-tagħrif marbut mal-abbozz tad-dokument strateġiku dwar l-immaniġġjar tal-iskart solidu:
a) Kemm ġew jiswew individwalment ir-rapporti kkummissjonati in konnessjoni ma' dan id-dokument
strategiku i.e. breakdown dettaljat?
b) L-ismijiet tal-persuni li għamlu dan ix-xogħol ta’ konsulenza fil-kompilazzjoni ta’ dawn ir-rapporti
c) Il-kompetenzi tekniċi tal-persuni konċernati involuti fir-rapporti individwali li jissemmew fid-dokument innifsu?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6569 u jgħid meta ser tiġi deċiża l-policy tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi dwar feed-in tariffs? Dawn se jkunu preferenzjali jew 1 : 1?
Hemm xi ħsieb li 'l quddiem titfassal feed-in tariff anke għall-intraprendituri barranin jew Maltin li jistgħu jitħajru jipproduċu enerġija alternattiva għas-suq lokali?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5198, jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jingħataw il-ħlasijiet pendenti għas-sussidju għall-bini ta' ħitan tas-sejjieħ lill-bdiewa li għandhom dan il-ftehim mal-Gvern minħabba li dan il-proċess issa qed jitwal mhux ħażin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li f’Diċembru 2008 saru l-pagamenti lil 650 benefiċjarju għas-snin 2007 u l-2008. L-ammont imħallas jammonta għal €486,367.50.
Infurmat ukoll li għadhom qed isiru verifiki fuq l-applikazzjoni tal-bqija tal-benefiċjariji sabiex ikun jista’ jsir il-pagament dovut. Dan hu eżerċizzju pjuttost kumpless u laborjuż li jrid iż-żmien tiegħu sakemm jiġi kkalkulat korrettement il-pagament dovut lil kull benefiċjarju.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6572, jista' l-Ministru jqiegħed fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta' dan ix-xogħol li se jsir fuq il-post? Liema partijiet tal-ħitan huma mistennija li jiġu msaħħa b'dan ix-xogħol?
Agriculture Waste Management Plan — persuni involuti
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6089, jista' l-Ministru jgħid liema persuna/persuni/kumpannija kienet involuta biex tħejji l-Agriculture Waste Management Plan u kemm tħallset din il-persuna/persuni/kumpannija għal dan ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lir-rapport Agricultural Waste Management Plan tħejja mill-kumpanija Sustech Consulting u din tħallset is-somma ta’ €148,850,45 għal dan ix-xogħol.
Malta bħala membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea — produzzjoni ta' prodotti
Question
Jista l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' dawn il-prodotti sena b' sena minn mindu Malta daħlet membru sħiħ fl-Unjoni Ewropeja, u cioè mis-2004 sas-sena 2008:
a. il-produzzjoni tal-għasel
b il-produzzjoni tal-ħalib
c. il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal
d. il-produzzjoni tal-laħam tal-
broilers
e. il-produzzjoni tal-bajd
f. il-produzzjoni tal-frott irqiq
g. il-produzzjoni tal-agrumi
h. il-produzzjoni ta' ħxejjex li jdaħħlu fil-pitkalija
i. il-produzzjoni ta' fjuri kemm dawk fis-serrer u dawk fil-beraħ?
Jista' l-Ministru jgħid
a. kemm kienu l-bdiewa li bbenefikaw minn għajnuna biex jibnu s-serer tagħhom ?
b. kemm għandna fil-preżent art miksija bis-serer ?
Jista' l-Ministru jgħid:
a. Kemm applikaw bdiewa għall-għajnuna matul dawn l-aħħar erba' snin biex jirristrutturaw l-irziezet tagħhom?
b. Jekk sarx xi forma ta' awditjar fuq proġetti li ġew iffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropeja?
c. Min huma l-uffiċjali li jwettqu dan l-awditjar tar-ristrutturar tal-irziezet ?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6548 u jgħid fiex wasal l-istormwater master plan? Jista' jgħid jekk dan il-pjan hux ser jindirizza l-aspett tal-flood relief u hux ser jipprovdi ammont sostanzjali ta’ storm water għal re-use fix-xhur tas-sajf meta l-aktar ikun meħtieġ?
X’inhu l-istorage capacity ppjanat tal-istorm water infrastructure? Meta ser jigi ppubblikat il-pjan nazzjonali dwar l-ilma? Kemm implimentajna s’issa mill-European Union Water Framework Directive?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6549 u jgħid kemm kibret il-ħażna ta' l-ilma f'dawn l-aħħar snin kif ukoll il-produzzjoni tagħha? X'qed isir f'mod konkret biex dan l-ilma kollu ma jibqax imur il-baħar? X'miżuri ser ikollu jieħu l-Gvern fil-ġejjieni dwar dan ir-riżors importanti anke fir-rigward ta' dawk li huma utility rates?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li rigward it-tieni parti tal-mistoqsija d-dipartiment tax-xogħlijiet qed jieħu tlett inizjattivi li huma:
· program ta’ tindif ta’ widien u tindif u tiswija ta’ ġibjuni
· tkomplija tal-proġett nazzjonali għall-kontrol ta’ l-għarar fejn bħalissa qed isiru l-
cost benefit analysis
u EIA biex fejn hu ekonomikament vijabbli l-ilma tax-xita jkun milquħ.
· ħruġ ta’ regolamenti ġodda (LN 236 ta’ 2008) li jistipulaw li kull bini ġdid irid ikollu bir u li l-ilma li jinġabar irid ikun użat għall-
flushing
tat-
toilets
u t-tisqija.
Ninforma l-Onor Membru li l-ewwel u t-tielet parti jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-
Water Services Corporation
u għalhekk nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Għawdex — użu ta' sorsi alternattivi għall-enerġija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju ta’
cost-benefit
biex jiġi stabbilit jekk jaqbilx li Għawdex jiġġenera l-enerġija kollha tiegħu bl-użu ta’ sorsi alternattivi? Jekk ma sarx, hemm il-ħsieb li jsir? Jekk fl-affermattiv, meta mistenni jsir? Jekk fin-negattiv, għaliex il-Gvern ma jħossx li għandu jsir dan l-istudju?
Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali — nefqa globali ta' safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2008?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-parti mill-bankina li għandha kif saret f'Tower Road Tas-Sliema reġgħet inqalgħet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-proġett li qiegħed isir f’Tower Road jinkludi tisbiħ fil-parti t’isfel ta’ Tower Rd, liema xogħol ġie finalizzat fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru, u tisbiħ fil-parti ta’ fuq, liema xogħol qiegħed għaddej bħalissa. Dan il-proġett jinkludi wkoll it-tisbiħ ta’ Pjazza Sant Anna u tal-Pjazza quddiem il-Bank ta’ HSBC. Dawn ta’ l-aħħar għandhom jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-pavimentar qiegħed isir kollu bil-materjal naturali tal-‘porfido’ li se jagħti dehra sabiħa u ta’ uniformità lil inħawi kummerċjali ta’ tas-Sliema.
Għalhekk fejn il-bankini li saru temporanjament tal-konkos jew pavimentati b’materjali mhux tal-‘porfido’ qegħdin jinqalgħu u jsiru bil-‘porfido’.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser tiġi deċiża l-policy tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi dwar feed-in tariffs? Dawn se jkunu preferenzjali jew 1 : 1?
Hemm xi ħsieb li 'l quddiem titfassal feed-in tariff anke għall-intraprendituri barranin jew Maltin li jistgħu jitħajru jipproduċu enerġija alternattiva għas-suq lokali?
Dokument strateġiku dwar l-immaniġġjar tal-iskart solidu
Question
Billi l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, bħal kull Ministeru ieħor, huwa ffinanzjat minn fondi pubbliċi, jista' l-Ministru jagħtina dan it-tagħrif marbut mal-abozz tad-dokument strateġiku dwar l-immaniġġjar tal-iskart solidu:
a) Kemm ġew jiswew individwalment ir-rapporti kkummissjonati in konnessjoni ma' dan id-dokument
strategiku i.e.
breakdown
dettaljat?
b) L-ismijiet tal-persuni li għamlu dan ix-xogħol ta’ konsulenza fil-kompilazzjoni ta’ dawn ir-rapporti
c) Il-kompetenzi tekniċi tal-persuni konċernati involuti fir-rapporti individwali li jissemmew fid-dokument innifsu?
Billi fis-sit tas-Sukkurzju fis-Salina tpoġġew diversi blokki tal-konkrit, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'ser ikun l-użu ta' dawn il-blokki tal-konkrit? Jista' jagħti wkoll tagħrif jekk il-materjal li tqiegħed fil-kanal proprju hux se jibqa' hemm, jew hux ser jitneħħa iktar 'l quddiem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-blokki li tpoġġew fis-Sukkorsju huma l-pedament għall- precast culvert li ser jitpoġġa fil-post biex terġa tiġi maħluqa ċ-ċirkulazzjoni ta’ l-ilma madwar is-Salini. Il-materjal kellu jitqiegħed biex ikun hemm aċċess għax-xoghol meħtieġ biex isir rinfurzar ta’ parti mill-ħitan li kienu ġarrbu ħsara bil-maltemp. Il-materjal li tqiegħed ser jerġa jitneħħa meta jispiċċa x-xogħol ta’ taħmil.