Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – laqgħat ma’ Transport Malta

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kellu ma' Transport Malta fuq Triq Ġorġ Borg Olivier bejn April 2013 u April 2020?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li saret laqgħa waħda bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u Transport Malta fuq Triq Ġorġ Borg Olivier. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti ta’ din il-laqgħa.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – Park tal-Majjistral – użu mill-kmamar

Question

Jista' l-Ministru jindika x'użu qed jagħmel il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa minn waħda mill-kmamar ewlenin li jeżistu fid-daħla tal-Park tal-Majjistral, liema kamra kienet ġiet devoluta mill-Gvern lill-istess Kunsill Lokali fl-2012?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-binja ndikata kienet ġiet devoluta lill-Bord tal-Park tal-Majjistral, u fil-ftehim relattiv kien hemm stipulat li din tiġi assenjata lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Attwalment il-Kunsill qed jagħmel użu minnha bħala maħżen. Minkejja dan, il-Kunsill ippropona sabiex jintegra l-użu ta’ din il-binja fil-pjan ħollistiku li qed jitfassal mill-Bord tal-Park tal-Majjistral bil-għan li tiġi żviluppata bħala ċentru ta’ interpretazzjoni dwar il-produzzjoni tal-melħ u l-għasel.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – Forti Campbell — pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kompliex bil-pjanijiet li kienu nbdew mill-istess kunsill fl-2011 biex Forti Campbell, li jinsabu fil-limiti ta' Selmun, jgħaddu għand l-istess kunsill lokali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Mellieħa li ma tkomplewx il-pjanijiet dwar Forti Campbell li kienu nbdew mill-istess Kunsill fl-2011.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti l-Gvern Lokali — direct orders

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12954, jista’ l-Ministru jindika b’mod ċar, kemm kien l-ammont li ngħatat f’direct order kull persuna u/jew entità indikata fil-lista?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Manoel Theatre Management Committee – audited accounts

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts għall-aħħar sitt snin tal-Manoel Theatre kif operat mill-Manoel Theatre Management Committee?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Manoel Theatre Management Committee – fixed asset register

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Manoel Theatre kif operat mill-Manoel Theatre Management Committee għandux ‘fixed asset register’ u jekk iva jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess sabiex jiġi kkompilat dan ir-reġistru qed jingħalaq u r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli lokali – applikazzjonijiet għall-permess ta’ bini

Question

Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament x’mezz u riżorsi qed ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-kunsilli lokali biex dawn ikunu infurmati dwar l-applikazzjoni għall-permessi tal-bini fil-lokalitajiet amministrati minnhom, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu monitoraġġ ta’ dawn l-applikazzjonijiet u f’każ li jħossu l-bżonn jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm il-permessi jaqgħu taħt ir-responsabilità ta’ Ministeru ieħor, il-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, wara li ġie nfurmat bis-sitwazzjoni intervjena u qed jara x’jista’ jsir biex il-Kunsilli Lokali jistgħu jkunu nfurmati aktar. Diġà hemm ftehim fejn l-Awtorità dwar l-Ippjanar qed iżomm il-Kunsilli Lokali informati.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — kuntratti mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata mill-Ministeru, aġenzija jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, sa mill-1 ta’ Marzu 2020? Jista’ jgħid lil min ingħata kull kuntratt, jindika l-iskop tiegħu, jekk ingħatax wara sejħa jew le, u l-valur tal-kuntratt?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tispeċifika għal-liema kuntratti qiegħda tirreferi.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – konsulenzi/kuntratti minn kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatatx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma kinitx ingaġġata sabiex tagħti servizz ta’ konsulenza lill-Ministeru tiegħi.

Marsaskala: Speed Cameras

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12014, jista’ l-Ministru issa jagħtina risposta dwar kemm u meta ser jigu installati speed cameras fit-toroq prinċipali ta’ Marsaskala?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tiġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Wirt Nazzjoanli, l-Arti u l-Gvern Lokali — użu ta' karozzi jaħdmu bl-elettriku

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12996, jista' l-Ministru jgħid kemm hi kbira l-flotta ta' karozzi tal-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali jagħmel użu minn wieħed u sittin karozza.

Xewkija Għawdex – Triq Santa Eliżabetta – xogħol

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12676 fejn fit-tweġiba li ngħatat intqal li x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid u storm water culvert fuq Triq Santa Eliżabetta fix-Xewkija Għawdex ‘hu ppjanat li jinbeda f’Marzu ta’ din is-sena’, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet li x-xogħol fuq l-imsemmija triq għadhom ma nbdewx?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija li qegħdin isiru diskussjonijiet mal-Water Service Corporation peress li reġgħet rrivediet ix-xogħlijiet f’din it-triq fejn oriġinarjament kienu ser isiru biss house services u issa qed tipproponi li jinbidel il-main ukoll.

Tas-Silġ – preservazzjoni u ftuħ għall-pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu fis-sit arkeoloġiku f’Tas-Silġ sabiex dan ikompli jiġi ppreservat u fl-istess ħin ikun miftuħ għall-pubbliku?

Response (HERRERA, JOSÈ)

F’dawn l-aħħar snin Heritage Malta ħadmet bis-sħiħ sabiex is-sit ta’ Tas-Silġ jiġi ppreservat u eventwalment jiġi mgawdi aħjar mill-pubbliku. Il-passi meħuda kienu jinkludu: 1. Riċerka arkeoloġika ġdida bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Arkeoloġija fi ħdan l-Universita ta’ Malta Qed jiġu investigati l-fdalijiet arkeoloġiċi mgħottija minn dak li fadal mill-istruttura ta’ razzett li kien hemm fuq is-sit. Din iż-żona qatt ma kienet investigata qabel. 2. Faċilitajiet ġodda għall-viżitaturi Heritage Malta, wara konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, bdiet il-proċess sabiex dan ir-razzett jiġi rranġat u b’hekk ikun jista’ joffri faċilitajiet bażiċi għall-viżitaturi. Dawn il-faċilitajiet bħalissa huma nieqsa għal kollox. Il-pjanijiet għal dawn il-faċilitajiet qed jiġu ffinalizzati. 3. Diverżjoni ta’ Triq Xrobb l-Għaġin Heritage Malta, flimkien mal-Ministeru u l-awtoritajiet ikkonċernati, bdiet diskussjonijiet sabiex il-parti ta’ Triq Xrobb l-Għaġin li bħalissa qiegħda taqsam is-sit minn nofs tiġi mneħħijja hekk kif stipulat mill-pjan lokali taż-żona. Id-diskussjonijiet mistennija jitkomplew fil-futur qarib. 4. Attivitajiet Pubbliċi Heritage Malta organizzat għadd ta’ attivitajiet pubbliċi sabiex il-pubbliku xorta jkun jista’ jżur dawn il-fdalijiet importanti. Ta’ min isemmi li aktar kmieni din is-sena saret attivita bil-kollaborazzjoni tal-Missione Archeologica Italiana, l-ewwel waħda f’ħafna snin. L-attivitajiet ikomplu fis-snin li ġejjin.

Fortizza ta' Delimara — ftuħ permanenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13375, jista’ l-Ministru jikkonsidra li jdaħħal il-ftuħ tal-Fortizza ta’ Delimara bħala parti mill-programmi u proġetti għas-snin li ġejjin, sabiex il-post jinfetaħ għall-pubbliku?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Fortizza ta’ Delimara qed tinfetaħ biss għall-attivitajiet kulturali li qed jiżdiedu minn sena għall-sena. Dawn jinkludu Open Days, clean ups, guided tours u attivitajiet tematiċi oħra, hekk kif stipulat fil-programm ta’ attivitajiet ta’ Heritage Malta. Dan il-programm ma setax jitkompla minħabba l-pandemija ta’ COVID-19, iżda żgur illi mhux eskluż li tiżdied il-frekwenza ta’ attivitajiet f’din il-fortizza ladarba s-sitwazzjoni terġa tiġi lura għan-normal.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12289 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12100, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Rapporti ta' serqiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12633, jista’ l-Ministru jgħid: 1. Kemm kien l-ammont jew valur misruq f’kull każ? 2. F’kull każ x’insteraq? u 3. X’passi ttieħdu kontra min seraq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — xogħlijiet minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku, l-kumpanija in kwistjoni rebħet tender ta’ €25,200 (VAT eskluż) mingħand l-Arkivji Nazzjonali ta' Malta għal servizzi ta’ awditjar għas-snin 2020 sa 2022.

Għawdex – tower cranes

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13437, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji jew regolamenti jsegwu l-kunsilli lokali meta jiġu biex jiddeċiedu x'miżati jimponu fuq persuni li joperaw tower cranes fil-lokalitajiet tagħhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miżati li l-Kunsilli Lokali japplikaw għal-permessi sabiex persuna topera tower crane fil-lokalità huma regolati minn Leġislazzjoni Sussidjarja 441.04 ‘Regolamenti dwar attivitajiet li jeħtieġu permess mill-Kunsill Lokali’, b’mod speċifiku regolament 8 u skeda B ta’ dawn ir-regolamenti.

Kunsilli Lokali f’Għawdex – allokazzjoni diretta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ser tkun l-allokazzjoni diretta lil kull Kunsill Lokali f'Għawdex għas-sena 2020 u kemm kienet l-allokazzjoni diretta lil kull Kunsill Lokali f'Għawdex fis-sena 2019?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Għawdex – tower cranes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba kellhom il-Gvernijiet Lokali (Kunsilli Lokali) ġewwa l-lokalitajiet ta' Għawdex (b'mod individwali) sabiex jintramaw/jitwaqqfu tower cranes fuq siti ta' kostruzzjoni u f'toroq residenzjali fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom? Jista’ jgħid ukoll jekk tħallsux xi miżati lill-kunsilli lokali talli okkupaw parti minn triq biex jopera t-tower crane mill-ewwel tas-sena 2016 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni miġbura mill-Kunsilli Lokali ta’ Għawdex jirriżulta li mill-ewwel tas-sena 2016 sal-lum, kien hemm 23 talba sabiex jintramaw/jitwaqqfu tower cranes fuq siti ta' kostruzzjoni u f'toroq residenzjali fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. Jirriżulta wkoll li kien hemm 3 Kunsilli Lokali li ħadu l-ħlas minn miżati talli okkupaw parti minn triq biex jopera t-tower crane. L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella indikata hawn taħt. Kunsill Lokali Ammont ta’ talbiet Mi¿ati mħallsa Għajnsielem 2 Iva L-Għasri 3 Iva Il-Qala 13 Iva Ix-Xagħra 2 Le Iż-Żebbuġ 3 Le