Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8546 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Primary school teacher on a career break not allowed to work temporarily in the private sector” datat 9 ta’ Mejju 2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – kuntratti ma’ influencers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru u/jew kwalunkwe awtoritajiet/aġenziji li jaqgħu taħtu għandhomx kuntratti ma’ influencers biex jippromwovu l-ħidma tal-istess Ministeru u/jew aġenziji lill-udjenza tagħhom fuq pjattaformi tal-media soċjali? Jekk iva, jista’ għal kull kuntratt jgħid kemm intefqu flus fi promozzjonijiet sa mill-bidu tal-ftehim?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ċentri S.T.E.A.M.

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8248 u 8511 u jgħid kemm hawn ċentri S.T.E.A.M. madwar Malta u Għawdex? Fejn jinsabu dawn iċ-ċentri? Kif titħaddem din is-sistema f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'dawn iċ-ċentri u kemm sar investiment f'kull ċentru?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Għawdex – użu ta’ faċilitajiet għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7810, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex, u jgħid liema faċilitajiet f’Għawdex se jintużaw għal xi parti mil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li mistennija jsiru f’Malta dalwaqt? Liema dixxiplini se jsiru f’dawn il-faċilitajiet? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm faċilitajiet oħrajn li kienu qed jiġu kkonsidrati li jintużaw għal dawn il-logħob, iżda issa mhux se jintużaw u fil-każ, x’inhi r-raġuni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Bormla – bini ta’ adventure park

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet biex jinbena adventure park f’Bormla quddiem id-daħla ewlenija tad-De La Salle College, proġett li ssemma fil-Baġit għas-sena 2020?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Belt Valletta – Press Conference li saret fl-Università l-Qadima

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-ispiża kollha tal-Konferenza Stampa li saret fl-Università l-Qadima fil-Belt Valletta nhar l-Erbgħa 3 ta’ Mejju, 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar – ċerimonja tal-ftuħ — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tiġi tiswa ċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tan-nefqa ppjanata?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern alloka 1.2 miljun Ewro f’fondi lill-Kumitat Olimpiku Malti. Infurmat li dawn il-fondi għandhom jiġu allokati kemm għaċ-ċerimonja tal-ftuħ kif ukoll għaċ-ċerimonja tal-għeluq, il-kanzunetta tal-logħob, mużika waqt il-premjazzjonijiet, filming u muntaġġ, u ċerimonji oħra allokati mal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar – ċerimonja tal-ftuħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar se ssir fuq il-Fosos u mhux fi spazju sportiv bħal pereżempju l-Marsa jew Ta’ Qali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Persważ li l-Onor. Interpellant taqbel miegħi li mhux se nindaħal lill-Kumitat Olimpiku fl-organizazzjoni tal-Loghob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Persważ ukoll li l-Onor. Interpellant taqbel miegħi li l-post magħżul huwa xena ikonika Maltija li żgur se tkun apprezzata madwar il-pajjizi li jaraw dan l-avveniment.

Ħamrun – faċilitajiet sanitarji fil-kumpless ġdid tal-Handball

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkunu lesti l-faċilitajiet sanitarji fil-kumpless il-ġdid tal-Handball fil-Ħamrun? Jista’ jgħid ukoll meta se jinbnew l'hekk imsejħin changing rooms għall-atleti u meta se tibda taħdem l-iscore board?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5791, 8341 u 8492 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema? Jista' wkoll jispeċifika kemm minnhom ġejjin minn kull lokalità?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Segretarju Parlamentari – spiża fuq servizzi ta’ fotografija

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li s-Segretarjat Parlamentari kkonċernat nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat Parlamentari ma ingaġġa l-ebda persuna bħala fotografu, la full-time u lanqas part-time. Minn żmien għal żmien is-Segretarjat Parlamentari jagħmel użu minn numru ta’ servizzi medjatiċi relatati ma’ attivitajiet li jiġu organizzati biex jippromwovu l-ħidma li ssir u diversi servizzi li minnhom igawdi l-poplu u li parti żgħira minn dawn jinkludu wkoll il-fotografija.

Tablets li jiġu ritornati mit-tfal tal-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8508 u 8687 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7920, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid kemm-il tablet li kien jintuża mit-tfal fl-iskejjel u ġie ritornat, illum m'għadux jintuża u għalfejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Università ta’ Malta – Forensic Analysis Laboratory — akkreditazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Forensic Analysis Laboratory tal-Università ta’ Malta, fejn issir l-analiżi tad-drogi għal kawżi fil-Qorti, huwiex akkreditat? Jekk le, jista' jgħid għaliex mhux akkreditat? Min huma l-persuni addetti mal-istess laboratorju? X’inhu l-baġit allokat għall-istess laboratorju? Jista’ jgħid jekk inbediex il-proċess ta’ akkreditar? Jekk iva, kemm ilu li beda u min huma l-persuni responsabbli minn tali process, jekk inbeda?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Speech and Language Pathologists li ggradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw Speech and Language Pathologists sena b'sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ċentri tal-Klabb 3 — 16

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6094 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ ċentri tal-Klabb 3-16 u fejn huma allokati? Kemm jattendu studenti għal dan is-servizz? X’inhija l-funzjoni tagħhom? Jista’ jgħid jekk dawn humiex bil-ħlas? Jista’ jgħid ukoll x’għandu wieħed jagħmel biex jibda jirċievi dan is-servizz?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Skola Medika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6797 u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5263, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk u meta se terġa' tibda tiffunzjona l-Medical School jew jekk hux se jkun hemm premises ġodda?

Response (GRIMA, CLIFTON)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Tfal b’diżabilità intellettwali fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal sal-età ta’ 16-il sena li huma reġistrati b’diżabilità intellettwali fl-iskejjel Statali, tal-Knisja u Indipendenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Numru ta’ tfal b’diżabilit à intelletwali Skejjel Statali 1762 Skejjel tal-Knisja 378 Skejjel Indipendenti 143

Imtarfa – Skola Primarja – studji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġu finalizzati u ppubblikati l-istudji dwar l-iskola primarja tal-Imtarfa li jispjegaw ir-raġunijiet għalfejn din l-iskola ngħalqet kif ukoll jagħtu informazzjoni dwar il-possibbiltà li ssir tiswija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistqosijiet parlamentari preċedenti fostom 7146, 7397 u 8121.