Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Marzu 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari
15419
.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33895, 34049 u 34262 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31762, fejn intqal li “Sadanittant it-tagħrif għadu qed jinġabar”, jista’ l-Prim Ministru issa jagħti rendikont totali tal-ispiża għall-kampanja ta’ reklamar b’rabta mal-Baġit 2026?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li quddiem l-aqwa Budget fl-istorja ta’ investiment ta’ €9.3 biljun wara l-preżentazzjoni tiegħu nhar it-Tnejn 27 ta’ Ottubru 2025, il-Gvern organizza kampanja ta’ informazzjoni u spjega dwar ħemel ta’ miżuri, inizjattivi u servizzi li l-familji Maltin u Għawdxin jistgħu jgawdu minnhom fosthom
• It-tieni tax cut konsekuttiva, li jgawdu minnha l-ħaddiema ġenituri kemm dawk b’wild wieħed u anki żewġt ulied jew aktar li jfisser li familja middle-class li taqla’ sa sittin elf ewro bejn żewġ ġenituri li għandha żewġt itfal mhux se tħallas ċenteżmu f’income tax għal kwart ta’ seklu;
• Il-ħdax-il żieda għall-pensjonanti ta’ €10 fil-ġimgħa li issa fissret li l-inqas pensjoni tal-lum kienet dik massima fl-2013;
• Żieda oħra ta’ €250 fiċ-Children’s Allowance għal familji bi dħul baxx;
• L-għotja ta’ €10,000 għall-first-time buyers;
• Sitt xhur gym membership bla ħlas estiża fost iż-żgħażagħ li jgħoddu bejn is-16 u l-21 sena;
• Sussidju għal żidiet fil-pagi tal-ħaddiema fis-settur privat;
• Servizz Nazzjonali ta’ Emerġenza Veterinarja biex jiġi żgurat aċċess għall-kura veterinarja ta’ emerġenza f’Malta u Għawdex barra l-ħinijiet normali tax-xogħol.
Fost is-servizzi, il-Gvern iniedi sit elettroniku (budget.gov.mt) li jiġbor fih informazzjoni dwar il-miżuri ewlenin u servizz ieħor ta’ freephone (153), li mill-għada tal-baġit jibda jirċievi mijiet ta’ mistoqsijiet u talbiet dwar kif il-miżuri mħabbra ser jimpattaw lill-pubbliku b’mod dirett. Naturalment, dawn is-servizzi jridu jkunu reklamati sabiex il-pubbliku jkun infurmat fejn għandu jaċċessa din l-informazzjoni. Għal dan il-għan jintużaw iċ-channels uffiċjali tal-medja soċjali tal-Gvern u mezzi tradizzjonali oħra inkluż il-gazzetti, televiżjoni u r-radju.
Ninsab infurmat li għal din il-kampanja ta’ informazzjoni saret in-nefqa ta’ €389,753.23.
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kronoloġija (bid-dati) tal-azzjonijiet meħuda bejn l-entitajiet kompetenti dwar ħanut tas-CBD li kien se jiftaħ ħdejn/kontra skola, inklużi spezzjonijiet, korrispondenza u deċiżjonijiet, u liema entitajiet kienu involuti?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi l-ħanut indikat mill-Interpellant huwa intiż li jopera fuq livell kummerċjali u għal profitt, u għalhekk ma jaqax taħt il-liġijiet u regolamenti amministrati mill-ARUC.
Madanakollu, infurmat li l-ARUC segwiet il-kwistjoni mill-qrib u kkordinat mal-Awtorita' kkonċernata sabiex tittieħed azzjoni fl-immedjat.
Jista’ l-Prim Ministru jispjega b’mod ċar il-fruntiera legali bejn id-distribuzzjoni regolata tal-kannabis permezz tal-Cannabis Harm Reduction Associations (CHRAs) u l-bejgħ kummerċjali bl-imnut ta’ prodotti relatati mas-CBD/kannabis? Jista’ jgħid ukoll x’inhu permess jew projbit f’kull kanal?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm programmi ta’ ġurnaliżmu investigattiv fuq il-Public Broadcasting Services (PBS) u x’kien jisimhom, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Is-Servizz Pubbliku - Sejħa għal Administration Officers
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għas-sejħa ta’ Administration Officer fis-servizz pubbliku? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Għawdxin u kemm minnhom huma Maltin?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet tas-Sejħa tal-Administration Officer ma jirriflettux in-numri ta’ dawk li huma eliġibbli u ma ssirx distinzzjoni bejn applikanti Maltin u Għawdxin fil-proċess tal-għażla.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid ir-raġunijiet għaliex is-sejħa ta’ Junior Clerk fis-servizz pubbliku tat-23 ta’ Jannar 2026 ħadet post is-sejħa ta’ Junior Clerk fis-servizz pubbliku tad-9 ta’ Jannar 2026 u jekk inbidlux xi rekwiżiti? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni applikaw għal din is-sejħa u kemm minnhom huma Għawdxin u kemm minnhom huma Maltin?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-pożizzjoni tal-Junior Clerks tifforma parti mill-Ftehim tal-General Service Grades li huwa ftehim maqbul bejn iż-Żewġ Unjins Ġenerali u l-Amministrazzjoni. Kull tibdil li jinħass neċessarju minħabba eżigenzi tas-Servizz jkun maqbul bħal dejjem bejn il-partijiet u approvat mil-Kummissjoni għas-Servizzi Pubbliċi. L-applikazzjonijiet ma jirriflettux in-numri ta’ dawk li huma eliġibbli u ma ssirx distinzzjoni bejn applikanti Maltin u Għawdxin fil-proċess tal-għażla
‘Methodology for determining the penalty amount: Guidelines of the Office for Competition’
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema pajjiżi oħra Ewropej ttieħed kont tal-guidelines li tagħhom, kif imsemmi f’paragrafu 2 a fol. 2, tad-dokument intitolat ‘Methodology for determining the penalty amount: Guidelines of the Office for Competition’, datat is-6 ta’ Frar 2026?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi kif hemm spjegat fid-dokument ‘Methodology for determining the penalty amount: Guidelines of the Office for Competition’, datat is-6 ta’ Frar 2026, il-linja gwida maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea servew bħala r-referenza prinċipali meta l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fassal il-linji gwida tiegħu.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’kemm każijiet ġew imposti penalitajiet finanzjarji minħabba allegat ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet il-penali imposta f’kull każ u jekk ġietx imħallsa jew ikkontestata?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi l-penaltijiet finanzjarji li ġew imposti minħabba allegat ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, mill-2015 sal-ġurnata tal-lum, huma biss dawk imniżżla fir-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari nru 27947 li ingħatat fit-12-il leġiżlatura. Kif hemm imniżżel f’dik ir-risposta l-intrapriżi kkonċernati ħallsu l-penali imposti.
Segretarjat għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34159 u 34435 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ilhom għal dawn l-aħħar sitt ġimgħat weqfin? Jista’ wkoll jara li dawn ix-xogħlijiet jitkomplew mill-aktar fis possibbli, sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent ta’ trabijiet fuq ir-residenti li jgħixu f’din l-istess blokka?
Sena 2025 - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement f’entitajiet u kumpaniji tal-Gvern
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34670, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ xiri tas-servizzi tagħhom, permezz ta’ proċess ta’ procurement sabiex ħadmu:
a. f’entitajiet tas-settur pubbliku;
b. fl-awtoritajiet; u
ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv,
matul l-2025, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati;
ii. l-Ministeru responsabbli;
iii. it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu;
iv. n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
v. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati ta’ procurement.
Sena 2024 - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement f’entitajiet u kumpaniji tal-Gvern
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34669, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ xiri tas-servizzi tagħhom, permezz ta’ proċess ta’ procurement sabiex ħadmu:
a. f’entitajiet tas-settur pubbliku;
b. fl-awtoritajiet; u
ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv,
matul l-2024, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati;
ii. l-Ministeru responsabbli;
iii. it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu;
iv. n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
v. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati ta’ procurement.
Sena 2023 - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement f’entitajiet u kumpaniji tal-Gvern
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34668, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ xiri tas-servizzi tagħhom, permezz ta’ proċess ta’ procurement sabiex ħadmu:
a. f’entitajiet tas-settur pubbliku;
b. fl-awtoritajiet; u
ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv,
matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati;
ii. l-Ministeru responsabbli;
iii. it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu;
iv. n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
v. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati ta’ procurement.
Sena 2022 - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement f’entitajiet u kumpaniji tal-Gvern
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34667, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ xiri tas-servizzi tagħhom, permezz ta’ proċess ta’ procurement sabiex ħadmu:
a. f’entitajiet tas-settur pubbliku;
b. fl-awtoritajiet; u
ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv,
matul l-2022, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati;
ii. l-Ministeru responsabbli;
iii. it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu;
iv. n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
v. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati ta’ procurement.
Sena 2025 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34639, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2025, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati;
ii. x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.);
iii. in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
iv. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati ta’ procurement.
Sena 2024 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34638, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2024, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati;
ii. x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.);
iii. in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
iv. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati ta’ procurement.
Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34160 u 34436 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’regoli jirregolaw it-tikkettar, deskrizzjoni tal-prodott, u kwalunkwe “wellness claims” għal prodotti tas-CBD/THC? Jista’ jgħid ukoll kif jiġu investigati u ssanzjonati pretensjonijiet qarrieqa?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34773.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema liċenzji, reġistrazzjonijiet jew awtorizzazzjonijiet huma meħtieġa biex negozju jimporta, jagħmel “wholesale” jew ibigħ bl-imnut prodotti li jkun fihom CBD u/jew THC f’Malta?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet liċenzjati mill-ARUC, sal-ġurnata tal-lum hemm 23 assoċjazzjoni liċenzjata sabiex twettaq l-operat sħiħ miż-żerriegħa sad-distribuzzjoni.