Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xtiebi li qed jitwaħħlu ġewwa diversi lokalitajiet ġewwa Ħal Safi humiex qed jiġu mħallsa mill-Kunsill ta' Ħal Safi jew mill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid min qed jagħmel tajjeb għal pagi tal-istess ħaddiema?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitolob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara għal liema xtiebi qed jirreferi sabiex inkun nista’ nagħtih tweġiba.
Parks, pjazzez, ġonna u playing fields fil-konfini tal-Kunsilli Lokali
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' fejn u kemm hemm parks, pjazzez, ġonna u playing fields li jaqgħu fil-konfini ta' kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ ġonna, playing fields, pjazez u parks fil-konfini tal-Kunsilli Lokali. Din il-lista teskludi dawk li huma responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali (e.g. il-Barrakka ta’ Fuq u dik ta’ Isfel), tinkludi biss il-pjazez li huma meqjusa bħala spazji rikreattivi (e.ż. Pjazza Balluta f’San Ġiljan jew Pjazza Paola f’Raħal Ġdid) u teskludi pjazez jew parti minn pjazez li huma parti mir-road network.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx investigati xi każijiet rigward ittapjar tat-telefown bħal każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ġieli kellha rapporti dwar ittapjar ta' telefonati, però l-eżitu ta' dawn l-investigazzjonijiet kien wieħed negattiv.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija n-nefqa’ ta’ kull kunsill lokali f’dawn l-aħħar ħames snin għat-tindif tal-bajjiet/xtut u jekk ix-xogħol huwiex isir minn ħaddiema tal-gvern jew kuntrattur privat ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jiġbor l-informazzjoni rikjesta mill-Onorevoli Interpellant permezz ta’ Memo 12/2012 li nħareġ mill-istess Dipartiment. Hekk kif dan l-eżerċizzju jkun komplut, l-informazzjoni tkun ippreżentata fil-Parlament.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31101 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jittieħdu passi urġenti biex tiġi rranġata Triq Bellavista San Ġwann, in-naħa ta’ fuq, billi ninsab infurmat li hemm partijiet fejn it-triq ċediet bil-kbir anke b’aktar minn pied?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann, konxju dwar dan, kien applika għall-fondi mill-iskema tal-Public Private Partnership relatata mat-toroq fil-lokalitajiet, sabiex isir ix-xogħol meħtieġ. Dan kien se jippermetti lill-Kunsill Lokali jibbenefika minn €150,202 li jammontaw għal tletin fil-mija (30%) tal-ispejjeż fuq din it-triq.
Madankollu l-Kunsill Lokali nforma lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali li mhux f’pożizzjoni li jiffinanzja l-kumplament tal-ispiża u allura ma jkunx jista’ jikkommetti ruħu għal dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31187 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u mistoqsija parlamentari 27403 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex persuna li għandha saqajha amputata għandha bżonn ċertifikat ta' tabib li jgħid dan, meta dan huwa fatt li jkun jidher u mhux qed nitkellmu fuq fatt li ma jidhirx, biex jintbagħat personnel apposta ħalli jgħin lil din il-persuna u din il-persuna ma jkollhiex titla' l-Evans Building fis-sular ta' fuq biex tagħmel il-passaport?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi preżentement il-proċedura hija li jekk persuna ma tistax tmur personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti minħabba raġunijiet ta’ saħħa jew mard, wieħed mill-qraba tagħha jista’ japplika f’isimha. Biex isir dan wieħed irid jibgħat l-Formola A, l-Image Capture Application Form, ritratti, l-passaport preżenti u l-Karta tal-Identita` u dan sabiex persuna jiġi kemm jista' jkun evitat lilha l-bżonn li tmur l-Evans Building. Ma' dawn id-dokumenti huwa rikjest li jintbagħat ċertifikat mediku (iffirmat mit-tabib tal-persuna) li jikkonferma l-kundizzjoni medika u r-raġuni għaliex il-persuna ma tistax tiġi personalment biex tapplika u tiġbor il-passaport. Il-persuna li se tapplika u tiġbor il-passaport tal-persuna li ma tkunx tista' toħroġ minn darha għandha wkoll tkun indikata fuq iċ-ċertifikat mediku. Persuna li se tissottometti l-applikazzjoni trid tieħu magħha wkoll il-Karta tal-Identita` tagħha. Iċ-ċertifikat mediku għalhekk qiegħed jiġi mitlub sabiex jindika dan kollu pero' invista ta' dan il-każ partikolari ser jiġi mistħarreġ jekk tistax tinstab sistema differenti li ma tagħtix lok ta' abbuż.
L-Uffiċċju tal–Passaporti huwa konxju tal-problemi li ċerti individwi jista jkollhom sabiex jaċċessaw il-bini. Għalhekk qed isiru taħditiet mal-Kummmissjoni Nazzjonali għal Persuna b’Diżabilita (KNPD) u mal-entitajiet l-oħra li jużaw l-istess bini sabiex jinsabu mezzi ħalli tingħeleb din il-problema b’mod effettiv. Fil-fatt diġa' ġew imfassla xi pjanti f’dan is-sens. L-Uffiċċju tal-Passporti huwa ovvjament lest li jieħu azzjoni sabiex jiġi implimentat mingħajr dewmien dak li jiġi miftiehem mal- KNPD. Sakemm din il-kwistjoni tiġi solvuta, l-Uffiċċju tal-Passaporti qed jagħmel dak kollu li jista' sabiex persuni li jużaw siġġu bir-roti jew li ma jistgħux jitilgħu taraġ jinqdew xorta waħda.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-Protezzjoni Ċivili? Jekk iva, dawk li qed jaħdmu b'mod volontarju se jingħataw prijorità?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li meta tinħass il-ħtieġa li jidħlu impjegati ġodda din issir permezz ta’ kriterji li joħorġu mal-istess sejħa għall-impjieg biex jiġi żgurat li ir-rekluti l-ġodda jissodisfaw il-ħtiġijiet tad-dipartiment kif ukoll il-proċeduri bażiċi applikabbli li jirregolaw dawn is-sejħiet.
Tribunal tar-Reġjuni — self employed mhux imħallsin
Question
Jista' l-Ministru jispjega għaliex ċerti impjegati tat-Tribunali ta' wħud mir-Reġjuni, dan l-aħħar tħallsu tard u ta' self-employed meta dawn l-istess impjegati mhumiex reġistrati bħala self-employed mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment għall-Gvern Lokali esiġa li kulħadd għandu jitħallas fil-ħin u meta ġie infurmat illi hemm xi impjegati li ma tħallsux, ta ordni li dawn jitħallsu minnufih.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-impjegati tat-Tribunali fid-diversi Reġjuni se jiġu impjegati mar-Reġjun tagħhom ġaladarba impjegati sħabhom li huma fir-Reġjun taċ-Ċentru diġà saru impjegati tar-Reġjun taċ-Ċentru?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jara illi jkun hemm sinerġija fl-impjiegi tar-Reġjuni u għal dan il-għan ħareġ Memorandum Numru 7/2012, liema kopja qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Kumitati Reġjonali għandhom jimxu mar-regolamenti tal-Kumitati Reġjonali, partikolarment mal-Artiklu 25 u 27 tal-Avviż Legali Nru 320/2011.
Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — impjegati self employed
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li qed jaħdmu bħala self-employed fid-Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru huma :-
National Identity Management 2 Searches Complier
3 Data Inputters
1 Researcher
1 Binder
AWAS 3 Care Workers
2 Cleaners
1 Assistant Co-ordinator
CCF 1 Assistant Educational Co-ordinator
Jista' l-Ministru jgħid kemm uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija għamlu l-kors tal-liġi fl-aħħar għaxar snin u kemm minn dawn għadhom fil-Korp? Jista' jgħid fiex jikkonsisti l-Legal Unit fi ħdan il-Korp?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' membri tal-Korp illi f'dawn l-aħħar 10 snin talbu għall-Qualification Allowance wara li gradwaw fil-kors tal-Liġi, kien ta' 15, fosthom 6 għahom membri fil-Korp tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna arrestata mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali (CID) talbet li tikkonsulta ma' avukat minn Frar 2010 sal-lum? Jsita' jgħid kemm minn dawn il-persuni tressqu l-Qorti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi minn Frar 2010 sa Frar ta’ din is-sena, kien hemm 1335 li pprevelaw mill-jedd għal parir legali qabel ġew interrogati mill-Pulizija ai termini tal-Art 355 AT tal-Kodiċi Kriminali. Tagħrif dwar kemm minn dawn il-persuni tressqu l-Qorti ma jinżammx taħt forma ta’ statistika u għalhekk għadu qed jinġabar u jinagħta f’seduta oħra.
vakanza fil-grad ta' Direttur ta' Servizzi Korrettivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw għas-sejħa biex timtela l-vakanza fil-grad ta' Direttur tas-Servizzi Korrettivi li nħarġet f'Diċembru 2010? Jista' jgħid għaliex l-istess proċess dam sejjer kważi sitt xhur?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sejħiet għal mili ta' vakanza fil-grad ta' Direttur ma jiġux ipproċessati minn dan il-Ministeru.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32128, jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li ġew maħtura fuq it-Task Force msemmija fit-tweġiba?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-membri tat-Task Force imsemmija fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32128 kienu s-segwenti:-
is-Sur Louis Cilia, is-Sur Joe Gerada, is-Sur Oscar Grech, is-Sur George Zerafa, is-Sur Jesmond Camilleri u s-Sur Joseph St John.
*Ara PL 9366 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 455 nhar l-Erbgħa 7 ta' Marzu 2012.
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi — persuni maħtura fuq il-bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li ġew maħtura fuq il-bordijiet taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi? Jista' jgħid liema kriterji ta' għażla intużaw?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bordijiet li jaqgħu taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi qed jiġu kostitwiti, fil-fatt nhar l-Erbgħa 29 ta' Frar 2012 twaqqaf l-Offenders Assessment Board. Bħal ma japplika għal kull ħatra simili, l-persuni jintgħazlu abbażi ta' esperjenza professjonali, kwalifiċi u idonjeta għar-rwol li jkunu mitluba jesegwixxu.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'kien il-complement totali tal-Korp tal-Pulizija fl-aħħar ta' Jannar 2012? Kif kien imqassam dan il-complement grad grad? Kif kien imqassam dan il-complement bejn nisa u rġiel?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar ta’ Jannar ta’ din is-sena il-complement tal-Korp tal-Pulizija kien kif ġej:
Grad
Irġiel
Nisa
Kummissarju
1
-
Deputat Kummissarju
1
-
Assistant Kummissarju
8
-
Supretendent
23
2
Spettur
82
20
Surġent Maġġur 1 Klassi
1
-
Surġent Maġġur 2 Klassi
45
3
Surġent
276
53
Kuntistabbli
1139
260
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — informazzjoni dwar il-popolazzjoni tal-priġunieri
Question
Jista' l-Minsitru jgħid x'kienet il-popolazzjoni tal-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fl-aħħar tax-xahar ta' Jannar, tas-sena korrenti 2012? Kemm minn dawn kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm kienu qed iservu sentenza effettiva ta' priġunerija u kemm kienu taħt arrest preventiv?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta’ Kordin fil-31 ta’Jannar 2012 kien ta’ 564.
Dawn kienu maqsumin kif gej:
Irġiel Sentenzjati 383
Irġiel Arrestati 143
Nisa Sentenzjati 30
Nisa Arrestati 8
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-complement ta' staff fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fl-aħħar ta' Jannar 2012? Kemm minn dawn kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kif inhu maqsum dan il-complement grad bi grad?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-complement tal-istaff fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin fil-31 ta’Jannar 2012 kien kif indikat hawn taħt:-
Infurmat ukoll illi hemm 16-il kuntistabbli tal-Pulizija mislufin mal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena kemm-il priġunier fil-Ħabs Ċivili inqabad jagħmel użu mhux awtorizzat mis-servizz tal-internet għaż-żmien mill-w2008 sal-2011?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn l-2008 u l-2011 instabu 8 priġunieri jagħmlu użu minn servizz tal-internet permezz ta' internet keys. Dawn instabu kif jidher hawn taħt:-
2008 xejn
2009 1
2010 4
2011 3