Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36984 u 37254 u jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Jannar u Awwissu 2012 ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37121 u 36562 u jgħid wasalx iż-żmien li sewwieqa b'vettura ingaġġati mill-gvern (ex-impressed) tiġi riveduta l-allowance tagħhom wara 20 sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 36563.
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li kemm-il darba ċemplet lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma peress li qed ikollha kontijiet għoljin wisq?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
B'referenza għall-problemi li hemm fil-promenade bejn il-Gżira u Sliema li qed ikun għal ġranet sħaħ bla dawl fuq in-naħa ta' mal-baħar, jista' l-Ministru jgħid jekk din hiex problema purament tal-kunsilli lokali jew jekk hemmx xi xogħol jew għajnuna li hija mistennija ukoll mill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi rimedjata din il-problema li qed twassal għal ħafna ilmenti mill-pubbliku?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ħsara f’dawn il-lampi tul il-promenade bejn il-Gżira u Tas-Sliema kienet ħsara estensiva għax partijiet mill-lanterni kienu mkissrin u mmermra u kawża ta’ dan beda anke jsir ksur fil-globi. Għaldaqstant ix-xoghol ta’ tiswija kien jirrikjedi ħafna ħin u minħabba raġunijiet ta’ sigurtà kellha tinqata` l-provvista tad-dawl għal dawn il-lampi. Ix-xogħol fuq it-tiswijiet issa tlesta u d-dwal ġew mixgħula. Independentament minn din il-ħsara, kien hemm ukoll aċċident fejn il-kuntrattur li qed jaħdem fuq ix-xogħol tal-promenade laqat kejbil li jissuplixxi parti minn dawn id-dwal. Għaldaqstant, il-parti affetwata minn dan l-aċċident se tibqa` mitfija sakemm isiru t-tiswijiet neċessarji.
Jista' l-Ministru jara li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jagħti dettalji (breakdown) tal-investiment fin-National Accounts għas-snin 2008 - 2012 fejn jiddistingwi kemm minnu hu investiment tal-gvern u mill-gvern u kemm minnu hu investiment mill-privat u tal-privat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset capital gain tax fuq trasferiment ta' proprjetà mill-1 ta' Jannar 2011 sal-lum kull xahar separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-capital gain tax fuq trasferiment ta’ proprjetà mill-1 ta’ Jannar 2011 sa Settembru 2012 huma kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jitilgħu l-operational costs għat-tħaddim ta' dan l-off site hospital ta' St. Philips (meta wieħed jeskludi l-consumables)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36981 u jgħid kemm daħlu quddiem il-Korporazzjoni Enemalta, bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012, xahar b’xahar u b’mod separat, talbiet għal kumpens wara ħsarat u danni li l-klijenti tagħha sofrew minħabba qtugħ fil-provista tal-elettriku? Jista' jgħid minn liema lokalità sar kull ilment? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull ilment? Jista' jgħid każ b’każ x’kienet id-decizjoni tal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36979 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugh tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — aċċessibilità fl-uffiċini
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur f'kull ufficċju tal-Ministeru u d-diaprtiimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtu biex ikun aċċessbbli għall-persuni b'diżabilità kemm fiżika u kif ukoll dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ u nuqqas ta' dawl?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36680, 36308, 36223, 35975 u 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37231 u jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u kemm kien is-self mill-banek f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Diċembru 2010, fl-aħħar ta’ ta’ Settembru 2011, fl-aħħar ta’ Diċembru 2011, fl-aħħar ta’ Marzu, ta’ Ġunju u ta’ Settembru 2012? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self rispettivament fl-istess dati? Jista’ jagħti tagħrif dwar is-self maqsum f’home loans, overdrafts u self ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li tissolva l-problema fi Triq ir-Rihan ma' Żabbar Road Fgura peress li meta għamlet l-ewwel xita kien hemm problema kbra ta' ilmijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma investigat dan il-każ u sabet sadd fis-sistema tad-drenaġġ. Dan ġie miftuħ u sar tindif tal-mejn.
Jista' l-Ministru jara li tiġi solvuta l-problema tal-ħsejjes li qed tagħmel tappira tad-drenaġġ, li d-dettalji dwarha qed jinbtagħtu separatament, għax għalkemm il-kunsill għamel rapport, xorta waħda għadu ma sar xejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-Ilma ħadet ħsieb dan l-inkonvenjent, fejn sar rimedju sabiex it-tappiera ma tibqax tħabbat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew flus it-tliet impjanti tat-trattament tad-drenaġġ li nbnew f'dawn l-aħħar snin kull impjant separatament jiġifieri tal-Mellieħa, ta' Għawdex u Ta' Barkat, Xgħajra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tlett impjanti saru b’investiment ta Ewro 96.5 miljun.
L-impjant taċ-Ċumnija fil-Mellieħa sar b’investiment ta’ €8.4 miljun, dak ta’ Mġarr ix-Xini f’Għawdex b’investiment ta’ €8.9 miljun, u dak Ta’ Barkat ġewwa x-Xgħajra b’investiment ta’ €79.2 miljun.
Permezz ta’ dan l-investiment qawwi fit-trattament ta’ drenaġġ, pajjiżna huwa l-ewwel pajjiż fil-Mediterran illi jittratta d-drenaġġ kollu qabel dan ma jintefa fil-baħar. Dan kollu fl-aħjar interess tas-saħħa tagħna lkoll u tat-turisti li jżuru pajjiżna kull sena.
Jista' l-Ministru jgħid jekk saretx performance guarantee mal-kuntratt tal-BWSC għall-estensjoni l-ġdida ta' Delimara? Jista' jgħid jekk saret, kemm hu l-valur ta' din il-performance guarantee? Jista' jgħid jekk hux se ssir claim mill-Korporazzjoni Enemalta kontra din il-garanzija? Jekk ma saritx jew mhux se ssir, jista' jispjega għaliex? Jekk saret, x'inhu r-riżultat tal-claim s'issa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema qorti ta' liema nazzjonalità sovran għandha ġurisdizzjoni fuq kull kwestjoni li tinqala mal-BWSC? Jista' jgħid jekk tintuża l-power station tal-Marsa jkollniex inħallsu multi? Jekk iva, kemm se jkunu dawn il-multi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi skont il-kuntratt iffirmat bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-kuntrattur BWSC, l-arbitraġġ isir f’Londra, l-Ingilterra l-International Chamber of Commerce, iżda l-liġi applikabbli hija l-liġi Maltija. Il-penali mill-MEPA marbuta ma’ l-użu tal-power station tal-Marsa huma magħrufa. Il-Korporazzjoni qed tikkunsidra li tagħmel claim għalihom lill-kuntrattur.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36984 u jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Jannar u Awwissu 2012 ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36983 u jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Settembru u Diċembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.