Legislature:
Category:
Reset
Active:

trasport tal-iskola — rapport dwar imġieba ta' sewwieq

Question

Tista' l-Ministru tara jekk jistgħux jittieħdu l-passi neċessarji biex jiġu indirizzati l-ilmenti mqajma f'email ikkuppjata lili u lill-Ministru minn persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar imġieba ta' sewwieq li jġorr lit-tfal tal-iskola sekondarja bniet Imrieħel u tal-Kulleġġ Santa Tereża?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-passi kollha neċessarji ttieħdu sew mill-iskola u mid-Direttorat, kif ukoll mill-Operaturi tar-rotta biex l-ilmenti mqajjma jiġu indirizzati.

PBS — OB Unit

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba, matul Diċembru 2010 u fl-ewwel disa' xhur tal-2011, il-Public Broadcasting Services għamel użu mill-OB Unit tal-kumpanija li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Tista' tgħid x'kienu l-okkażjonijiet li matulhom il-Public Broadcasting Services għamel użu mill-OB Unit tal-kumpanija? Tista' tgħid x'kien il-ħlas għal kull darba li l-Public Broadcasting Services għamel użu mill-OB Unit tal-kumpanija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-OB Unit tal-PBS msemmija ntużat f’dawn id-drabi: Malta Song For Europe – 8th – 12th February (4.5days) Rock Orchestra – 3rd September 2011 Middle Sea Race – 22nd October 2011 Għal raġunijiet kummerċjali l-kumpanija ma tħossx li għandha tagħti informazzioni dwar ħlasijiet

persuni bi bżonnijiet speċjali li nstabilhom xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid, mis-sena 2008 kemm kien hemm persuni bi bżonnijiet speċjali li nstabilhom xogħol mal-gvern u/jew ma' agenziji/azjendi parastatali? Tista' tagħti breakdown ta' dawn l-impjiegi mingħajr ma jissemmew l-ismijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

skola primarja ta' San Ġwann — ilmenti fuq l-uniformi

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ġenituri li għandhom uliedhom fl-iskola primarja ta' San Ġwann fil-kulleġġ ta' Santa Klara humiex jilmentaw mill-għażla ta' kuluri tal-uniformi li skont huma ma jaqblux, mill-materjal sintetiku li ntgħażel, kif ukoll mid-daqsijiet li huma kbar wisq għat-tfal? Inġabret u ntbagħtet xi petizzjoni dwar dan? Jekk huwa hekk, se jittieħdu xi passi biex jiġu indirizzati l-ilmenti tal-ġenituri? X'passi se jittieħdu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kien hemm numru ta’ ġenituri (mill-iskola ta’ San Gwann A) li lmentaw dwar il-kuluri tal-uniformi tal-Kulleġġ Santa Klara. Dawn tkellmu mal-Prinċipal u l-Prinċipal qaltilhom li dik kienet l-uniformi tal-Kulleġġ Santa Klara. Tajjeb wieħed jinnota li fil-proċess tal-għażla tal-uniformi, il-Kulleġġ mexa mal-proċeduri kollha neċessarji u dawn ġew approvati mill-bord imwaqqaf apposta mill-bord tal-uniformijiet. Il-materjal skont it- tender (bħalma hu tal-Kulleġġi l-oħra) hu parti minnu sintetiku għax jagħti long term service . Rigward dawk l-istudenti li kellhom bżonn qisien apposta għalihom, il- provider u l-ġenituri li kellmu lill-Prinċipal dwar dan, ingħataw struzzjonijiet biex imorru għand il- provider biex jittiħdulhom il-qisien partikolari ħalli kulħadd ikun kuntent u l-uniformi tkun tiffittja sewwa lill-istudent/a. Kull min mar il-ħanut kulħadd kien bit-tifel/tifla miegħu/magħha, u kulħadd kellu kull possibbilità jipprova kemm irid. Fil-Kulleġġ waslet il-petizzjoni u l-ilmenti qed jiġu diskussi.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — faċilitajiet għall-persuni neqsin mis-smigħ u mid-dawl

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'faċilitajiet hemm disponibbli fid-dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha biex jiġu moqdija persuni neqsin mis-smigħ u persuni neqsin mid-dawl?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għaqdiet li bbenefikaw mill-assistenza

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-għaqdiet li bbenefikaw mill-assistenza li ngħatat lill-għaqdiet biex jattiraw lejn pajjiżna għaqdiet u assoċjazzjonijiet barranin sabiex jitħarrġu u biex jorganizzaw kompetizzjoni internazzjonali? Kemm kienet in-nefqa minfuqa fuq din l-assistenza?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-fond allokat għal Skema ta’ Turiżmu Sportiv amministrata mill-Kunsill Malti għall-Isport jammonta għal 250,000 ewro. Ninforma lill-Onorevoli Inetrpellant li bħalissa hemm numru ta’ talbiet li għadhom qed ikunu verifikati. S'issa ġiet approvata t-talba ta’ 18-il għaqda sportiva li kolletivament se rċevew €89,429 f’assistenza bħala parti mill-iskema.

Skejjel sekondarji — kreditu għall-attivitajiet artistiċi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu matul din is-sena l-istudenti fl-ewwel tliet snin tal-iskola sekondarja, li ngħataw kreditu ta' €15 biex jintnefqu għall-attivitajiet artistiċi, kulturali u siti storiċi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Culture Card, kif inhi magħrufa l-inizjattiva li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant daħlet fis-seħħ din is-sena skolastika. Permezz tagħha l-istudenti fil-Forms I, II u III tal-Iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti se jingħataw card b’valur ta’ €15 biex jattendu attivitajiet kulturali partikolari. Bħalissa dawn il-cards għadhom qed jinħarġu billi mhux l-iskejjel kollha għadhom bagħtu l-informazzjoni meħtieġa. Meta jkunu ħarġu l-cards lil dawk kollha intitolati għalihom hu kalkulat li jkun hemm madwar 15,000 student igawdu minn din l-inizjattiva.

Furjana u Santa Venera — Ċentri tat-tfal - xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq iċ-Ċentri tat-Tfal f'Santa Venera u fil-Furjana?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Iċ-ċentru tat-Tfal f’Santa Venera ingħata l-isem ta’ “il-Bebbuxu” Smartkids Childcare and Family Support Centre u ilu jagħti servizz lit-tfal u l-familji tagħhom sa minn Mejju li għadda. Fit-12 ta’ Lulju 2011, sar il-ftuħ uffiċjali ta’ dan iċ-ċentru. 82 tifel u tifla diġa’ bbenefikkaw mis-servizzi ta’ dan iċ-Ċentru. Iċ-ċentru tat-Tfal fil-Furjana ingħata l-isem ta’ “It-Tgħanniqa” Smartkids Childcare and Family Support Centre. Bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti fix-xogħlijiet ta’ tisbiħ għal dan iċ-ċentru. Dan ix-xogħol qed isir sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-Istandards Nazzjonali għas-Servizzi ta’ Matul il-Jum għat-Tfal. Tlesta r-reklutaġġ tal-Koordinatur li ser jmexxi dan iċ-ċentru kif ukoll tac-ChildCare Assistants. Iċ-ċentru qiegħed fil-proċess li jilqa’ l-applikazzjonijiet għas-servizz. Huwa mistenni li f’Novembru 2011, dan iċ-Ċentru jibda l-operat tiegħu b’mod komplet.

Ċentru Nazzjonali għax-Xjenza Interattiva

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tlesta mix-xogħol tal-proġett taċ-Ċentru Nazzjonali għax-Xjenza Interattiva ġewwa Villa Bighi, l-Kalkara? X'kienet l-ispiża minfuqa s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Kunsill Malti għall-Isport — għotja għall-organizzazzjonijiet sportivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-organizzazzjonijiet sportivi, rikonoxxuti mill-Kunsill Malti għall-Isport, li bbenefikaw minn għotja ekwivalenti għal 15.25% tal-prezz tal-apparat sportiv li xtraw sabiex jgħinu fl-iżvilupp tal-atleti tagħhom? Kemm kienu jammontaw b'kollox dawn l-għotjiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsill Malti għall-Isport jieħu ħsieb biss li jirrakmanda jew le applikazzjonjiet għal din l-assistenza. L-applikazzjonijiet jiġu proċessati mid-Dipartiment tal-VAT. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Karigi tal-persuni b'diżabilità li jaħdmu maċ-Ċivil

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' persuni b'diżabilità li qed jaħdmu maċ-Ċivil? X'karigi għandhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpallant sabiex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

PBS — Bord Editorjali - onorarja u perkaċċi

Question

Tista' l-Ministru tinforma lil din il-Kamra minn min hu kostitwit il-Bord Editorjali tal-Public Broadcasting Services u x'inhi l-kariga li jokkupaw barra mill-Bord? Kemm jitħallas kull membru f'onorarja u perkaċċi talli jifforma parti mill-istess bord? Kemm-il siegħa fil-ġimgħa huma obbligati li jagħtu lill-istess Bord bħala parti mill-kuntratt tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

PBS — Bord Editorjali

Question

Tista' l-Ministru tinforma lil din il-Kamra meta ġie kostitwit il-Bord Editorjali tal-Public Broadcasting Services preżenti u meta jiskadilu t-termini tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Bord Editorjali preżenti ġie kostitwit fit-2 ta’ Mejju 2008. It-termini tiegħu jiskadi fit-30 ta’ April 2012.

ħaddiema li rtiraw

Question

B’referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 28287, tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-pesuni indikati fl-informazzjoni mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra kienu jaħdmu mas-settur pubbliku, inkluż il-korporazzjonijiet? Għall-istess perjodu, kemm kien il-livell numeriku tal-impjiegi fis-settur pubbliku inkluż tal-korporazzjonijiet matul dawk is-snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ma jżommx statistika ta’ kemm mill-persuni li jirtiraw bl-eta’ fis-snin 2008 sal-2011 kienu jaħdmu mas-settur pubbliku inkluż il-korporazzjonijiet u lanqas kemm kien il-livell numeriku tal-impjegati msemmija matul l-istess snin.

Pembroke — Triq Pietru D'Armenia - sistema tad-dawl tat-triq

Question

Tista' l-Ministru tgħid: a). jekk tafx li Triq Pietru D'Armenia f'Pembroke qed tkun għal żmienijiet twal fid-dlam; b) jekk tafx li din il-problema hija riżultat tax-xogħol ħażin li sar meta saret is-sistema tad-dawl tal-istess triq; ċ) kemm tħallas il-kuntrattur li kien għamel ix-xogħol tas-sistema tad-dawl tat-triq; d) jekk qabel ma tħallas dan il-kuntrattur saritx ċertifikazzjoni tax-xogħol u jekk iva, ix-xogħol ġiex ċertifikat tajjeb; e) jekk itteħdux passi kontra l-kuntrattur issa li qed jirriżulta li x-xogħol ma kienx sar tajjeb; u f) għaliex l-Awtrorità tad-Djar bdiet tieħu xi azzjoni issa biex jerġa' jsir ix-xogħol mill-ġdid, meta l-kunsill ilu jitlob lill-Awtorità tad-Djar mill-2009 biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Filwaqt li jiġi ċċarat li l-Awtorità tad-Djar ma hiex responsabbli għad-dawl li jinsab fit-triq madankollu fl-inħawi hemm siti A5-A11 li għandhom dawl komun fuq barra. L-Awtorità tad-Djar qed tagħmel rapport tekniku dwar ħsarat li hemm fid-dawl ta’ dawn is-siti u se tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex isewwi l-ħsarat u tevalwa l-passi oħra li jistgħu jittieħdu mill-aktar fis possibbli.

impjegati li jużaw il-mobile u l-vetturi personali tagħhom fuq qadi ta' xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hiex il-prassi li kulmin huwa impjegat u juża l-mobile tiegħu u l-vettura tiegħu għal skop ta' xogħol, hux intitolat li jiġi rikumpensat għall-ispejjeż li jagħmel matul il-qadi ta' dmirijietu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

każ fejn benefiċċju tal-mard inqata'

Question

Tista' l-Ministru tara x'inhi r-raġuni għaliex il-benefiċċju tal-mard inqata' lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-benefiċċju tal-mard tal-persuna konċernata inqata’ peress li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sar jaf li l-persuna kienet tat informazzjoni mhux korretta meta għamlet id-dikjarazzjoni dwar proprjetà.

għajnuna tal-mard mhux approvata

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex ma ġietx approvata l-għajnuna tal-mard tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata bir-raġuni il-għala ma tikkwalifikax għall-għajnuna medika.

għajnuna lill-għaqdiet volontarji soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa mis-sena 2008 sa Settembru 2011, sena, sena, bħala għajnuna lill-għaqdiet volontarji soċjali? Liema huma dawn l-għaqdiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont f'kull każ? Kemm huwa l-ammont li ġie bbaġitjat għas-sena 2011? Kemm kien l-ammont ibbaġitjat għas-sena 2008, 2009 u 2010 separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

informazzjoni dwar servizz ta' fostering

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-għajnuna jew benefiċċju lill-familji li joffru s-servizz ta' fostering fis-sena 2010? Kemm hija din l-istess għajnuna fis-sena 2011? Kemm huwa n-numru ta' dawk li qed jieħdu dan il-benefiċċju u kemm hija s-somma globali? Kemm hawn tfal li qed jiġu fostered u kemm hemm li qed jistennew li jiġu fostered?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.