Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #27770 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ta' Kandja — Akkademja tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-Akkadamja tal-Pulizija ġewwa Ta' Kandja? Min hu l-kuntrattur li hu responsabbli mill-bini ta' din l-akkademja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-permessi tal-MEPA issa ħarġu u sar it-twaqqiħ ta’ bini qadim li kien hemm fuq is-sit ta’ fejn se jkun hemm il-bini tal-Akkademja tal-Pulizija ġewwa Ta’ Kandja. Infurmat ukoll illi ħarġet ukoll sejħa għal offerti għal xogħlijiet ta’ skavar u kostruzzjoni ta’ ġibjun. Huwa mistenni li fil-gimgħat li ġejjin jinħarġu sejħiet oħra għal offerti oħrajn konessi mal-kostruzzjoni ta’ din l-akkademja ġdida.
Leg 11 PQ #27771 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serq minn residenzi, vetturi u stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta' serq minn ġewwa: a) residenzi; b) vetturi; u ċ) stabbilimenti kummerċjali, bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Ġunju 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn l-ewwel ta' Jannar u t-tletin ta' Ġunju ta' din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 427 serqa minn residenzi, 835 minn vetturi u 294 minn stabbilimenti kummerċjali.
Leg 11 PQ #27772 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — breathalysers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il breathalyser apparatus għandu l-Korp tal-Pulizija għad-dispożizzjoni tiegħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi il-Korp tal-Pulizija għandu għad-dispożizzjoni tiegħu 12-il breathalyser unit.
Leg 11 PQ #27773 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Breathalysers — manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-manutenzjoni tal-breathalysers wara li dawn kienu ġew miżmuma ma jaħdmux għal xhur sħaħ b'detriment għall-istess apparat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma kien ebda spejjeż involuti kif allegat mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #27774 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — membri li mietu waqt is-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu membri tal-Korp tal-Pulizija waqt li kienu għadhom fis-servizz (serving) f'dawn l-aħħar 20 sena u kif kienu mqassma dawn sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru tal-membri tal-Korp tal-Pulizija li mietu matul dawn l-aħħar 20 sena waqt li kienu għadhom iservu fil-Korp kienu s-segwenti:- 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998 1999 2000 2001 Xejn Xejn 1 Xejn Xejn Xejn 1 4 1 2 2002 2003 2004 2005 2006 2007 2008 2009 2010 2011 1 3 1 Xejn 1 1 Xejn 1 Xejn 3 Infurmat ukoll illi ma' dawn kien hemm ukoll żewġ membri oħra tal-Korp li kienu ġew maqtula waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Dawn kienu Mark Farrugia fl-1999 u Roger Debattista fl-2001.
Leg 11 PQ #27775 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — sick leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġurnata ttieħdet bħala sick leave mill-membri tal-Korp tal-Pulizija minħabba anxiety?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-kopja taċ-ċertifikat ta’ mard li jingħata lill-prinċipal ma jkunx fih dettalji tar-raġuni medika li minħabba fiha l-impjegat ma jkunx qed jirraporta għax-xogħol. Għalhekk it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli.
Leg 11 PQ #27796 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Awli tal-Maġistrati — photocopier

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema awli tal-maġistrati għandhom photocopier? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li għallinqas kull awla tal-maġistrat ikollha photocopier?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-awli tal-Maġistrati li għandhom photocopier huma awli 2, 3 u 7. Infurmat ukoll illi barra minn dawn il-photocopiers hemm erbgħa oħra li jinsabu fil-one stop shop, fl-annex tar-reġistru tal-kriminal, fir-reġistru tal-kriminal u fl-uffiċċju tar-reġistratur tal-kriminal li jintużaw wkoll mill-Maġistrati. Ma hemmx ħsieb li kull awla tal-Maġistrati jkollha photocopier .

Bugibba — stabbilimenti li għadhom m'għalqux

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jispjega kif wara r-rapport datat 9 ta’ Settembru 2011 fit-timesofmalta.com, fejn ġie rrapurtat li fost stabbilimenti oħra hemm il-Fuyi Cantonese Cuisine u l-kċina ta’ Travellers Lodge u Cafelatte f’Buġibba kellhom jagħlqu, dawn għadhom miftuħin u joperaw bla ebda xkiel?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28161 li ser tingħata mill-Ministeru tas-Saħħa.
Leg 11 PQ #27540 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Senior u Probation Officers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb parti mill-mistoqsija parlamentari 27434 u jgħid jekk hemmx probation officers u senior probation officers biżżejjed għall-bżonnijiet preżenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li f’dan is-settur ix-xogħol dejjem qiegħed jevolvi, dejjem jinħass il-bżonn għall-aktar impjegati. Għaldaqstant minn żmien għal żmien joħorġu sejħiet għall-ingaġġ ta’ aktar Probation Officers.
Leg 11 PQ #27554 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ġbir ta' klieb li qed jiġġerew fit-toroq

Question

Minkejja li napprezza li l-Ministeru tal-Ġustizzja mhux responsabbli mill-qbid u ġbir tal-klieb li jkunu qed jiġġerrew fit-toroq, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pulizija taċċettax rapporti ta' klieb jiġġerrew fit-toroq tagħna, fl-għases tal-pulizija? Jekk tali rapporti jiġu aċċettati fl-għases, jista' jagħti tagħrif dwar xi jsir minn tali rapporti, wara li jiġu aċċettati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi rapporti ta’ klieb jiġġerrew fit-toroq jistgħu ukoll isiru fl-Għasses tal-Pulizija. Infurmat ukoll illi dawn ir-rapporti jkunu investigati. F’każ li s-sid isir magħruf jittieħdu dawk il-passi kollha skont il-Liġi. F’każ li s-sid ma jkunx magħruf, il-Pulizija tinforma lill-Animal Welfare Directorate.
Leg 11 PQ #27606 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Sisa u/obbligi ta' Dwana

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011, kemm kien in-numru ta' tax payers li ġew sentenzjati l-ħabs għaliex m'onorawx il-pagamenti dovuti għas-sisa u/jew obbligi ta' dwana? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena 2009 u 2010 separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ma jirriżultax li kien hemm tax payers li ġew sentenzjati l-ħabs għaliex m'onorawx il-pagamenti dovuti għas-sisa u/jew obbligi ta' dwana.
Leg 11 PQ #27608 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Mellieħa u San Pawl il-Baħar — spezzjonijiet fuq persuni barranin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-aħħar spezzjonijiet fl-inħawi tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, mill-pulizija biex jiġi verifikat jekk persuni barranin li joqogħdu f'dawn l-inħawi, fil-fatt għandhomx dritt joqogħdu f'pajjiżna? X'kienu r-riżultati ta' dawn l-ispezzjonijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet għall-persuni li jistgħu ikunu Malta illegalment f’diversi lokalitajiet, inkluż dawk imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi matul dawn l-aħħar tnax-il xahar saru 126 spezzjoni li fihom instabu 61 persuna li kienu Malta illegalment.
Leg 11 PQ #27611 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħlas tas-Sigurtà Soċjali tan-National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011, kemm kien in-numru ta' tax payers li ġew sentenzjati l-ħabs għaliex m'onorawx il-pagamenti dovuti għal ħlas tas-sigurtà soċjali tan-National Insurance? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena 2009 u 2010 separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ma jirriżultax li kien hemm tax payers li ġew sentenzjati l-ħabs għaliex m'onorawx il-pagamenti dovuti għal ħlas tas-sigurta' soċjali tan-National Insurance.
Leg 11 PQ #27612 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

taxxa tal-income — pagamenti dovuti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27457 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu u jgħid matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 kemm kien in-numru ta' tax payers li ġew sentenzjati l-ħabs għaliex m'onorawx il-pagamenti dovuti għal taxxa tal-income? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena 2009 u 2010 separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ma jirriżultax li kien hemm tax payers li ġew sentenzjati l-ħabs għaliex m'onorawx il-pagamenti dovuti għal taxxa tal-income.
Leg 11 PQ #27637 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

AWAS — tender għas-servizz tas-securities

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 25944, jista’ l-Ministru jgħid meta se jinħareġ it-tender għas-servizz tas-securities fi ħdan l-AWAS, biex b’hekk jiġi fit-tmiemu direct order li ngħata fit-13 ta’ April 2011? Jista’ jgħid kemm ġie jiswa s’issa dan id-direct order?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tender li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant jinsab għand id-Dipartiment tal-Kuntratti. Infurmat ukoll illi dan is-servizz ta' securities li ngħata fit-13 ta' April 2011 b'direct order lill-kumpanija Kavallier Security u ġie jiswa €41,322.75 sal-aħħar ta' Mejju.
Leg 11 PQ #27647 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Att dwar il-Gwardjani Privati u Gwardjani Lokali — vetturi li jġorru l-flus

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex l-emendi fl-Att dwar il-Gwardjani Privati u Gwardjani Lokali li saħħet is-sigurtà tal-impjegati billi għamlet mandatorju li kull vetturi li ġġor il-flus ikollha 2 impjegati fiha u tkun vettura bullet proof allegatament mhux tiġi applikata mill-operaturi lokali u ma sar l-ebda enforcement mill-awtoritajiet kompetenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi s-issa l-Pulizija ma kellha ebda rapport jew kien innotat li qed ikun hemm dawn in-nuqqasijiet minn aġenziji li jipprovdu tali servizz. Pero’ l-ilment ta’ l-Onorevoli Interpellant ġie nnotat u l-Pulizija ser tagħmel l-indaġini meħtieġa.
Leg 11 PQ #27654 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

MEPA — Kumitat tal-Isplużżivi

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Kumitat tal-Isplużżivi jwieġeb korrispondenza, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mibgħuta lilu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, datata 19 ta' Awwissu 2010 bla aktar dewmien?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tweġiba għal din id-domanda ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #27673 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Protezzjoni Ċivili — splużjonijiet ta' kmamar tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-2010 kien hemm sitt splużjonijiet ta' kmamar tan-nar (Qormi, Għargħur, Żejtun, Mosta, Għarb) u fl-ebda waħda minnhom it-taqsima tal-klieb tal-Protezzjoni Ċivili qatt ma ġiet imsejħa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi minħabba ċirkostanzi varji li kienu relatati ma' kull inċident imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, ma kienx hemm lok li jiġu użati klieb f'dawn l-operazzjonijiet.
Leg 11 PQ #27722 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Inkjesta dwar mewt ta' priġunier fil-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslet l-inkjesta li suppost qed issir dwar il-mewt ta' priġunier fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, li seħħet fit-28 ta' Awwissu 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi din l-Inkjesta Maġisterjali għadha mhix magħluqa.
Leg 11 PQ #27441 Sitting 382 2011-07-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni li taw fastijdu f'postijiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' persuni li taw fastidju lit-tfal u żagħżagħ f'postijiet pubbliċi mis-sena 2010? Fejn saru u x'azzjoni ttieħdu? F'liema lokalitajiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra l-Pulizija kellha 46 rapport li b'xi mod jistgħu jinkwadraw taħt fastidju lill-persuni taħt it-18-il sena. Dawn kienu jikkonsistu fi 32 rapport ta' korruzzjoni ta' minorenni, 4 rapporti ta' indecent exposure, 9 rapporti ta' attentat vjolenti għal pudur u każ wieħed ta' harassment. Il-Pulizija ħadet azzjoni skont il-liġi dwar dawn ir-rapporti. Infurmat ukoll illi dawn ir-rapporti seħħew f'dawn il-lokalitajiet indikati fit-tabella t'hawn taħt:-