Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni għal post alternattiv ta' single parent li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li fil-preżent qed tgħix fi flat li jinsab fil-ħames sular u għandha ukoll ċertifikati ta' mard?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata mitluba tirrikorri fit-taqsima tal-Customer Care fi ħdan l-Awtorità tad-Djar fil-ħinijiet tal-ftuħ sabiex tkun tista’ temenda l-applikazzjoni tagħha peress li jidher li hija m’ghadiex tirrisjedi fl-indirizz indikat fl-applikazzjoni taghha.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li s-single parent li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tieħu post tal-gvern?
Response (SAID, CHRIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni ġiet ipproċessata mall–applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni se tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
Jista' l-Ministru jgħid u jagħti rendikont tal-ħidma tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja minn meta reggħet twaqfet s'issa?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni Nazzjonali Familja giet imwaqqfa fi Frar 2012. Mill-ewwel laqgha taghha li saret f’Marzu 2012, il-Kummissjoni ltaqghet 9 darbiet. Dawn jinkludu laqghat regolari tal-Kummissjoni, kif ukoll laqghat mal-Ministru tal-Gustizzja, d-Djalogu Socjali u l-Familja.
Il-Kummissjoni, fir-rwol taghha bhala organu konsultattiv tal-Ministru tal-Gustizzja, d-Djalogu Socjali u l-Familja, giet moghtija r-responsabilta li terga thares lejn l-abbozz tal-politika (draft policy) dwar il-familja, li l-Kummissjoni precedenti kienet hadmet fuqu sal-2009. Il-Kummissjoni ltaqghet biex tiddiskuti dan l-abbozz tal-politika (draft policy) u biex taggornah fid-dawl ta’ legislazzjonijiet godda fuq livell nazzjonali u Ewropew, u realtajiet godda li jaffettwaw il-familja. Il-Kummissjoni iddiskutiet fit-tul jekk u kif ghandha tigi definita l-familja. Il-Kummissjoni pprezentat ix-xoghol taghha u abbozz ta’ definizzjoni tal-familja lill-Ministru.
Il-Kummissjoni wkoll pprezentat lill-Ministru, il-‘feedback’ taghha dwar l-Abbozz tal-Politika Nazzjonali dwar it-Tfal, u dwar l-Abbozz ta’ liġi imsejjaħ Att biex jipprovdi għar-regolamentazzjoni tal-koabitazzjoni, 2012. Il-Kummissjoni kellha wkoll diskussjonijiet mal-Ministru dwar il-prattici ta’ sentenzjar fil-qrati fi kwistjonijiet li ghandhom x’jaqsmu mal-familji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-adozzjoni f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi talbiet minn foster carers għal tfal li kienu jiffosterjaw?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-process tal-adozzjoni jinbeda meta ssir applikazzjoni ma' aġenzija akkreditata u jigi ikkonfermat wara li l-Qorti tapprova l-adozzjoni. L-aġenzija APPOĠĠ kellha:
2011:
9 applikazzjonijiet ta’ persuna wehidhom
52 applikazzjoni ta’ koppji
Total ta` 61 applikazzjoni
2012 (sa Settembru):
7 applikazzjonijiet ta’ persuna wehidhom
40 applikazzjoni at’ koppji
Total ta` 47 applikazzjoni
Dawn huma figuri ta` l-Agenzija APPOGG u ma jinkludux figuri ta` applikazzjonijiet li saru ma` Agenziji privati li gew akkreditati matul din is-sena
l-Agenzija APPOGG irceviet 15 il-applikazzjoni minn
foster carers
sabiex jadottaw lit-tfal li qed jiffosterjaw. Numru ta`
foster carers
ohra esprimew ix-xewqa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li ġew dikkjarati free for adoption f'din l-aħħar sena u kemm minnhom fil-fatt ġew addottati?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif inhi il-ligi fil-prezent, il process li bih it-tfal jiġu meħlusa għall-addozzjoni u dak li bihom jiġu addottati ma jistgħux jiġu separati. Għalhekk it-tfal jiġu kkunsidrati meħlusa għall-addozzjoni meta jiġi konkluz il-process legali tal-addozzjoni. F’din l-aħħar sena ma kien hemm ħadd li gie addottat permezz ta’ dan il-process, izda fil-prezent hemm tlett kazijiet il-Qorti u sebgha ohra li qed jigu evalwati mill-Agenzija APPOGG biex jinbeda l-process.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnhu li l-Awtorità tad-Djar ta post ikkundanat lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-panel li jalloka l-postijiet jaghmel dan skont il-ħtieġa tal-bzonnijiet tal-applikant. Wara l-allokazzjoni ssir spezzjoni mill-perit tal-Awtorita’ tad- Djar sabiex jiġu ddentifikati x-xogħlijiet li hemm bzonn fil-fond u l-persuna tiġi mogħtija għotja ssusidjata biex tkun tista’ tirranġa l-post. Irrizulta wara l-allokazzjoni illi s-saqaf kellu bzonn jinbidel u ninsabu fil-process li johrog it-tender sabiex ikun jista' jsir dan ix-xoghol. Il-persuna tinghata c-cavetta tal-post u tiffirma l-ftehim wara li jsir ix-xoghol.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tirċievi l-ammont li qed tirċievi bħala għajnuna supplimentari?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex bolol nieqsa li allura imbagħad jaffettwaw il-pensjoni tagħha?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li ssir reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u dan peress li meta nħadmet ma nħadmitx fuq il-grad proprija li kellha?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li ssir reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u dan peress li l-azjenda li kienet taħdem fiha m'għadhiex teżisti?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet t-talba li għamlet il-persuna li d-dettalji tagħha qed jitbagħtu separatament, quddiem l-Awtorità tad-Djar sabiex jibbenefika minn waħda mill-iskemi tal-istess awtorità?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija qed tigi pprocessata. Fil-granet li gejjin l-Awtorita’ tad-Djar ser tibghat Occupational Therapist u ufficjal tekniku sabiex isir rapport dwar il-bzonnijiet tal-persuna msemmija fir-residenza taghha.
Jista’ l-Ministru jara fiex wasslet applikazzjoni li tikkonċerna stallazzjoni ta’ stair lift għal mara li d-dettallji dwarha qed jingħataw separatament, liema mara għandha sieq waħda maqtugħa u li ilha li applikat għand l-Awtorità tad-Djar mit-12 ta’ Ġunju 2012?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija qed tigi pprocessata. L-Awtorità tad-Djar qed tigbor informazzjoni dwar l-assi u d-dhul tal-applikanta sabiex jigi stabbilit jekk tikkwalifikax taht il-kundizzjonijiet tal-iskema u kemm huwa l-percentagg tal-ghajnuna li tikkwalifika ghalih. Barra minnhekk, fil-granet li gejjin l-Awtorita’ tad-Djar ser tibghat Occupational Therapist sabiex isir rapport dwar il-bzonnijiet tal-persuna msemmija fir-residenza taghha.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33695, jista' l-Ministru jara x'jista' jsir peress li l-persuna konċernata tixtieq li tibda tmur aktar ta' spiss fid-day centre peress li bħalissa jumejn fil-ġimgħa biss qed tmur?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Persuna b’Dizabiltà imsemmija qeghda fuq il-lista biex tibda tircievi is-servizz tad-Day Centers ghal persuni b’Dizabiltà ta’ l-Agenzija Sapport. Il-kaz tagħha jrid jiġi kkunsidrat flimkien ma’ dawk ta’ persuni oħrajn li qeghdin fuq il-Waiting List għas-servizz. Jirrizulta li din il-persuna qed tircievi is-servizz ta’ Day Center ghall-jumejn fil-gimgha minghand Dar il-Kaptan.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħda tistma li se tiġi tiswa lill-Awtorità tad-Djar Skema Kiri ladarba jiġu ffirmati l-kuntratti mas-sidien privati u dan fuq kalkolu ta' għaxar snin peress li l-awtorità se takkwista fuq bażi ta' kirja l-postijiet offruti għal għaxar snin? Din l-iskema ġiet varata mill-awtorità sabiex jiġu akkomodati applikanti bi prijorità soċjali li bħalissa jinsabu fuq il-waiting list għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tistma illi Skema Kiri ser tiswa madwar €20 miljun fuq medda t’għaxar snin, u dan kif muri fit-tabella iktar ‘l isfel.
Medja ta’ kera kummerċjali fix-xahar
€291
Medja tas-sussidju fuq il-kera għall-inkwilini li jiġu allokati akkomodazzjoni soċjali
80%
Numru ta’ proprjetajiet previst li jinkrew bl-iSkema Kiri
700
Reviżjoni tal-kera annwali prevista
2%
Sena
Kera
Sussidju
2012 – 2013
€2,444,400
€1,955,520
2013 – 2014
€2,493,288
€1,994,630
2014 – 2015
€2,543,154
€2,034,523
2015 – 2016
€2,594,017
€2,075,213
2016 – 2017
€2,645,897
€2,116,718
2017 – 2018
€2,698,815
€2,159,052
2018 – 2019
€2,752,791
€2,202,233
2019 – 2020
€2,807,847
€2,246,278
2020 – 2021
€2,864,004
€2,291,203
2021 – 2022
€2,921,284
€2,337,027
Spiża totali
€21,412,398
Il-familji u persuni li ser jiġu akkomodati f’dawn il-proprjetajiet huma fil-lista ta’ priorità għall-akkommodazzjoni soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-post alternattiv tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni in kwestjoni ġiet ipproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni tagħha ser tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija
Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità tad-Djar twieġeb l-ittra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni in kwestjoni ġiet ipproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni tagħha ser tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.