Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċelebritajiet Internazzjonali miġjuba f’pajjiżna — Nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16573 jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista taċ-ċelebritajiet u attivitajiet kollha li saru mill-2017 sal-aħħar tas-sena 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-mistoqsija hija suġġettiva, nerġa’ nirreferih għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16573.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Arretrati ta' Liċenzji ta' operaturi turistiċi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16551, jista’ l-Ministru jikkjarifika jekk l-ammont ta’ arretrati li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għandha x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 huwiex it-total kumulattiv tal-figuri preżentati fit-tweġiba għall-mistoqsija li saret referenza għaliha?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-figuri kwotati kull sena jirreferu ghal dik is-sena partikolari biss u mhumiex kumulattivi.

FTZD — Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha konsulenti magħha l-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi (FTZD) u jagħti lista (isem u kunjom) ta’ dawn? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li dawn il-konsulenti għandhom ma’ FTZD? Jista’ jgħid ukoll fuq liema kriteriji dawn jintgħażlu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li FTZD waqfet tiffunzjona fl-2021.

Lukanda Verdala – Ħlas dovut lill-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ħaddiema li kienu jaħdmu fil-lukanda Verdala fir-Rabat, Malta, humiex sejrin jingħataw il-ħlas dovut lilhom bi dritt għax-xogħol li għamlu u li qatt ma tħallsu għalih?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Films ta’ produtturi Maltin — Promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16512 u jgħid kif ser jibda jippromwovi films ta’ produtturi Maltin u li ġew iffilmjati f’pajjiżna biex jiġu esibiti fuq l-istazzjon nazzjonali ta’ pajjiżna u b’hekk ikunu jistgħu jitgawdew mill-poplu Malti u Għawdxi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija paramentari lill-Ministeru kkonċernat. L-istazzjon nazzjonali ma jaqax taħt il-mansjoni tal-Ministeru għat-Turiżmu.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu – atleti fil-Giro d'Italia — Reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17127 u jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) hijiex qed tirreklama jew tisponsorja atleti fil-Giro d'Italia? Jekk iva, jista' jgħid kemm huwa l-ammont ta' fondi li qed toħroġ għal dan il-għan?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-marketing agreement bejn l-MTA u l-Giro d’Italia huwa ta’ €230,000. Il-Giro d’Italia, li jsir madwar l-Italja kollha, huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar kompetizzjonijiet importanti fis-settur taċ-ċikliżmu. Tajjeb wieħed jirrimarka li l-Italja huwa source market ewlieni għat-turiżmu f’pajjiżna, u l-Giro D’Italia huwa segwit minn 600 miljun ruħ f’200 pajjiż differenti fuq it-televiżjoni. Dan apparti l-midja soċjali u l-website li jiġġeneraw marketing exposure addizzjonali.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2024?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16402.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Ftehmiet kollettivi jew ftehmiet settorjali

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehmiet kollettivi jew ftehmiet settorjali kollha, inkluż addenda u dokumentazzjoni supplimentari għal istess ftehimiet li saru mill-2013 ‘il quddiem u li tagħhom huwa firmatarju l-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħtu, bħal ITS u entitajiet oħra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 9770 u 16253.

Paceville Town Management Committee

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16684, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsjija fl-intier tagħha u jagħti l-ismijiet tal-persuni li jiffurmaw il-Paceville Town Management Committee?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16086 u 16684. Ninfurmah ukoll li l-persuni ma humiex magħżula mill-Ministeru tat-Turiżmu iżda mill-entità responsabbli.

Paceville Town Management Committee

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16684, jista’ l-Ministru jgħid min huwa ċ-chairperson tal-Paceville Town Management Committee? Fid-dawl li fl-istess tweġiba hemm referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16086 fejn intqal li ħadd mill-membri tal-bord ma jitħallas ħlief is-Segretarja tal-Kumitat, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan japplikax ukoll għaċ-chairman tal-istess bord? Jekk le, jista’ jgħid kemm qed jitħallas f’paga/allowance u perkaċċi oħra għax-xogħol li jagħmel bħala chairperson?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16086 fejn hemm spjegat min huma l-membri tal-Kumitat li jitħallsu, ninfurmah lic-Chairperson tal-istess Kumitat huwa is-Sur Philip Fenech.

Paceville Town Management Committee – Minuti tal-laqgħa

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-aħħar laqgħa tal-Paceville Town Management Committee li saret?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja tal-minuti tal-aħħar laqgħa tal-Paceville Town Management Committee tkun tista’ titpoġġa meta dawn jiġu approvati mill-membri tal-Kumitat.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma inxtara l-ebda airtime.

Malta Film Commission — Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Kummissarju tal-Films biħsiebu jibgħat l-accounts lill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) peress li ilhom ma jintbagħtu lill-istess awtorità?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni tal-Films mhux obbligata tibgħat l-accounts tagħha lill-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA).

MTA – Liċenzji revokati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il liċenzja maħruġa mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) ġiet revokata fis-sena 2022 u 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li ma ġiet revokata l-ebda liċenzja b’konsegwenza ta’ azzjoni ta’ infurzar fil-perjodu msemmi.

MTA — Marketing Budget - applikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid huwiex dispost li joħloq kriterji oġġettivi u trasparenti dwar min jista’ japplika għal u jibbenefika mill-Marketing Budget tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għas-sena 2024?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16747.

Raħal Ġdid – Triq u żona ta’ Santa Ubaldesca — Rapporti ta’ rwejjaħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti persistenti ta’ intejjen fit-triq u ż-żona relattiva ta’ Santa Ubaldesca, f’Raħal Ġdid billi l-ġirien qegħdin ibatu ħafna?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni kull ma daħlilha huwa rapport wieħed dwar din it-triq li jmur lura għas-sajf li għadda fejn persuna ġiet irrapurtata li kienet qed taqdi l-bżonnijiet tagħha mal-faċċata tal-Knisja.

Il-Furjana – Triq Ġnien Dante Aligheri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-frott li hemm fuq is-siġar taċ-ċitru li hemm fi Ġnien Dante Aligheri l-Furjana mhuwiex jinqata’? Jista’ jgħid ukoll meta ġew miżbura l-aħħar?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.