Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sant’Anġlu, il-Mużew Marittimu u l-Palazz tal-Inkwiżitur — Viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi f’Sant’Anġlu, il-Mużew Marittimu u l-Palazz tal-Inkwiżitur, b’mod separat, sena b’sena, matul l-aħħar ħames snin?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Persuni li attendew l-Iscreenings tal-Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816 u 11081 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film festival; The Golden Bee awards – Luxury Boat u VIPs abbord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijjiet parlamentari 11055, 10399 u 11804 u jgħid kemm se jiġi jiswa liċ-ċittadin Malti, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għal-launch tal-Mediterrane Film Festival? Jista’ jagħti rendikont separat ta' flights, hotels, recordings, presenting u oħrajn? Jista’ jgħid għalfejn intgħażel dan l-individwu meta seta’ ntgħażel xi ħadd Malti u meta dan lanqas mhu ġej mill-pajjiżi li se jkunu qegħdin jipparteċipaw f'dan il-festival, fosthom l-Italja, Spanja, Franza, Kroazja, Greċja, Slovenia, Portugal, Ċipru u Malta?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film Festival — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10771, 11052 u 11803 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu — defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entitajiet fi ħdan il-Ministeru hemm total ta’ 7 defibrillators.

MTA – stabbilimenti liċenzjati f’Wied il-Għajn

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10936 u jgħid kemm kien hemm stabbilimenti liċenzjati f’Wied il-Għajn mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) biex joperaw bħala ristorant u kemm għalqu jew kellhom l-liċenzja tagħhom irtirata sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 kien hemm 37 liċenzja ta’ ristoranti u 29 liċenzja ta’ snack bar attivi f’Wied il-Għajn. Stabbiliment wieħed ikkanċella l-liċenzja matul din is-sena.

MTA — San Ġiljan - encroachments għal umbrelel u deckchairs fil-Bajja ta’ San Ġorġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10554 u jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) approvatx iktar encroachments għal umbrelel u deckchairs ġewwa l-Bajja ta’ San Ġorġ f’Paceville, San Ġiljan? Jista’ jgħid min huma l-operaturi li għandhom l-approvazzjoni tal-MTA għal dan, fid-dawl li din il-bajja taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-MTA?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-operaturi ġewwa l-bajja ta’ San Ġorġ huma determinati minn kuntratt datat 2005 validu għal 50 sena maħruġ mill-Kummissarju tal-Artijiet. Minn dakinhar sal-lum ma ġie approvat l-ebda encroachment ġdid.

Kemmuna — concessions u encroachments għal tqegħid ta’ deckchairs/umbrellel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10453 u jgħid jekk ingħatawx xi concessions u encroachments għal areas ġodda ġewwa l-Bajja ta’ Kemmuna? Jista’ jipprovdi lista ta’ min huma dawk kollha li matul dan is-sajf se jkollhom concession/encroachment f’din il-bajja fid-dawl li din hija art pubblika u għaldaqstant il-pubbliku għandu dritt li jkun jaf? Fid-dawl tal-kummenti li għamel fil-Parlament, fejn il-Ministru qal li ser ikun hemm 65% inqas ta’ deckchairs/umbrellel, jista’ jispega dan, aktar u aktar meta tpoġġew deckchairs/umbrellel f’żoni oħra fl-istess bajja, fosthom fuq żona protetta bħala ‘garigue land’ li hija parti miż-żona Natura 2000?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda encroachment ġdid ġewwa l-Bajja ta’ Blue Lagoon, iżda parti minn encroachment eżistenti ġie spustat għal parti oħra. Ninfurmah ukoll li tneħħiet encroachment oħra sabiex ġiet vakata ż-żona tal-moll, il-bajja, kif ukoll ir-rampa li tagħti għal bajja.

Wied il-Għajn – pjan għat-turiżmu

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4462 u 9420, jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsabu l-pjani għat-turiżmu f’Wied il-Għajn?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tinsab f’kuntatt dirett mal-istakeholders relevanti sabiex jaraw eżatt x’inhuma l-prijoritajiet tal-lokalità.

Complimentary tickets għal kunċerti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu complimentary tickets għall-kunċerti ta’ Robbie Williams u ta’ Andre Rieu, lil min ingħataw u abbażi ta’ liema kriterji ġew magħżula n-nies li ngħataw dawn it-tickets?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li talbiet għal biljetti jiġu minn diversi oqsma tas-soċjetà. Dawn il-biljetti jitqassmu skont kif inhu xieraq mal-istakeholders tas-settur, on first come first served, bil-għan li jkompli jitkattar l-għarfien favur niċeċ li jsaħħu t-turiżmu lokali.

Mediterrane Film Festival — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10771 u 11052 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijjiet parlamentari 11055 u 10399 u jgħid kemm se jiġi jiswa liċ-ċittadin Malti, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għal-launch tal-Mediterrane Film Festival? Jista’ jagħti rendikont separat ta' flights, hotels, recordings, presenting u oħrajn? Jista’ jgħid għalfejn intgħażel dan l-individwu meta seta’ ntgħażel xi ħadd Malti u meta dan lanqas mhu ġej mill-pajjiżi li se jkunu qegħdin jipparteċipaw f'dan il-festival, fosthom l-Italja, Spanja, Franza, Kroazja, Greċja, Slovenia, Portugal, Ċipru u Malta?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ix-Xemxija — Triq Katerina Vitale - Twaqqigħ u skavar fix-xhur tas-sajf

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li għaliha Triq Katerina Vitale, fix-Xemxija, San Pawl il-Baħar din is-sena ma kinitx waħda mit-toroq li fihom ma setax isir twaqqigħ u skavar fix-xhur tas-sajf, kuntrarjament għas-snin preċedenti?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10373.

TZRA — Xogħlijiet fuq il-promenade bejn San Ġiljan u Tas-Sliema u fuq il-promenade bejn Buġibba/San Pawl il-Baħar u x-Xemxija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10825, fejn il-Prim Ministru wieġeb li l-manutenzjoni, it-tiswija, ir-railings, l-arbli tad-dawl, l-istruttura, il-madum u l-ħsarat strutturali tal-promenade li minn San Ġiljan twassal għal Tas-Sliema huma responsabbiltà tat-Tourism Zones Regeneration Agency (TZRA), jista’ l-Ministru jgħid x’interventi saru minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mill-istess aġenzija fuq il-promenade bejn San Ġiljan u Tas-Sliema? Jista’ wkoll jipprovdi lista tal-interventi saru fl-istess żmien mill-istess aġenzija fuq il-promenade ta’ Buġibba/San Pawl il-Baħar u x-Xemxija?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-Tourism Zones Regeneration Agency (TZRA) mhijiex l-uniku aġenzija li tieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-promenades imsemmija, ninfurmah li minn Jannar 2023 s’issa saru l-aġenzija għamlet dawn l-interventi: Tas-Sliema: · Manutenzjoni u xogħol ta’ żebgħa ta’ tree planters · Tiswijiet żgħar tal-bankina · Manutenzjoni u xogħol ta’ żebgħa ta’ poġġamani tal-metall u tal-injam · Installazzjoni ta' railings ġodda tal-promenade · Bdil ta' railings tat-taraġ · Installazzjoni ta' fanali ġodda · Tindif u manutenzjoni ta' funtana tal-ilma · Żebgħa ta' ħitan tal-konfini fi spazji miftuħa · Manutenzjoni u xogħol ta’ żebgħa ta' bankijiet tal-promenade · Manutenzjoni ta' dwal taħt il-bankijiet tal-promenade · Xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-passaġġ tal-baħar · Tħejjija tal-konvenjenza pubblika għall-perjodu tas-sajf · Tħejjija u installazzjoni ta’ assi tal-bajja għall-perjodu tas-sajf (passaġġi, slielem, torrijiet tal-salvataġġ, bins, pontijiet, showers, sinjali ta’ interpretazzjoni taċ-changing rooms eċċ) · Ġbir u tiswija, installazzjoni mill-ġdid ta’ ċerti assi tal-bajja li saritilhom ħsara wara l-maltemp ta’ Settembru · Koordinazzjoni ma’ entitajiet pubbliċi oħra, b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali, għal kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-manutenzjoni ġenerali. San Ġiljan: · Xogħlijiet ta’ tisbiħ tul il-promenade · Tiswijiet żgħar tal-bankina · Tiswija fuq lampi dekorattivi vandalizzati · Installazzjoni ta’ fanali ġodda tal-promenade · Manutenzjoni tal-ħajt tal-konfini · Installazzjoni ta' imwejjed tal-pikniks li għadhom kif ġew manifatturati · Tiswija u twaħħil ta' bollards u tabelli bil-ħsara · Tħejjija u installazzjoni ta’ assi tal-bajja għall-perjodu tas-sajf (passaġġi, slielem, torrijiet tal-salvataġġ, bins, pontijiet, showers, sinjali ta’ interpretazzjoni taċ-changing rooms eċċ) · Ġbir u tiswija, installazzjoni mill-ġdid ta’ ċerti assi tal-bajja li saritilhom ħsara wara l-maltemp ta’ Settembru · Appoġġ għall-avvenimenti ta’ St Patricks’s Day · Appoġġ għad-dekorazzjonijiet tal-Europride f’Paceville · Koordinazzjoni ma’ entitajiet pubbliċi oħra, b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali, għal kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-manutenzjoni ġenerali. San Pawl il-Baħar: · Tirqim tas-siġar u l-arbuxxelli · Manutenzjoni tal-pjanti · Tiswijiet żgħar tal-bankina · Manutenzjoni ta' railings · Tħawwil ta' siġar · Tindif ta' graffiti · Tpinġija ta' ħitan tal-konfini fi spazji miftuħa · Manutenzjoni u xogħol ta' żebgħa fuq bankijiet tal-promenade · Tpinġija u manutenzjoni fil-grawnds tal-futbol tas-Sirens għall-kampjonat tal-Euro ta’ taħt id-19-il sena · Installazzjoni ta' bins ta' l-iskart · Tisbiħ taż-żona tal-pikniks · Tiswija u twaħħil ta' bollards u tabelli bil-ħsara · Tħejjija u installazzjoni ta’ assi tal-bajja għall-perjodu tas-sajf (passaġġi, slielem, torrijiet tal-salvataġġ, bins, pontijiet, showers, sinjali ta’ interpretazzjoni taċ-changing roomseċċ) · Ġbir u tiswija, installazzjoni mill-ġdid ta’ ċerti assi tal-bajja li saritilhom ħsara wara l-maltemp ta’ Settembru · Koordinazzjoni ma’ entitajiet pubbliċi oħra, b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali, għal kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-manutenzjoni ġenerali.

MTA — talba għal miżura ta’ injunzjoni dwar liġijiet tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għandha l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fir-rigward ta' talba għal miżura ta’ inġunzjoni li ssir skont l-Att Numru XVII dwar is-segwenti liġijiet tal-UE li ġew trasposti taħt liġijiet infurzati mill-istess MTA u ċjoè: Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perjodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju; u Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għat-Turiżmu — Ħaddiema ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Marzu 2022 sal-ġuranta li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti (definit jew indefinit) u anke bl-irwol li ġew ingaġġati fih?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi ġew ingaġġati total ta’ 33 persuna fl-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru, b’persuna waħda impjegata fuq bażi definita.

MTA — Proprjetajiet privati liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proprjetà privata hija attwalment liċenzjata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) sabiex tinkera għal short lets għall-vaganzi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant lin-numru ta’ proprjetajiet privati attwalment liċenzjata (post għall-vaganzi) mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) huma ta: - Għawdex: 1,391 - Malta: 3,744

MTA — Inspections relatati ma’ ksur ta’ liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il inspection saret mill-uffiċjali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) relatata ma’ użu ta’ proprjetà privata bi ksur ta’ liċenzja tal-MTA jew mingħajr liċenzja fis-snin 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2021 s’issa, uffiċjali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu spezzjonaw ’il fuq minn 900 proprjetà privata li kienu suspettati li qed joperaw bla liċenzja jew li kienu qegħdin jiksru il-kundizzjonijiet tal-liċenzja: Sena Numru ta’ propjetajiet 2021 114 2022 369 2023 (s’issa) 426 Dawn ma jinkludux spezzjonijiet li saru fir-rigward ta’ ksur ta’ protokolli maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa relatati mal-Covid 19. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li jidħlu diversi ilmenti dwar propjetajiet li qegħdin jinkrew lil persuni ta’ nisel barrani, diversi drabi jinstab illi dawn il-persuni ma jikkwalifikawx legalment bħala turisti.