Wied il-Għajn – Xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni – Pjanti
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi l-pjanti dettaljati għax-xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni li qed isiru bħalissa fil-bajja ta’ Wied il-Għajn, Triq ix-Xatt, Triq is-Salini u Triq San Ġorġ f’Wied il-Għajn?
Response (BONETT, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq din il-Mejda tal-Kamra l-pjanta ta’ kif hu mistenni li jiġi jidher il-proġett la darba jkun lest.
Wied il-Għajn – Prekawzjonijiet f’każ ta’ maltemp estrem
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet ittieħdu meta nħarġet it-twissija ta’ maltemp estrem, sabiex oġġetti, bħal ħadid, li kienu jinsabu f’diversi żoni fix-xatt ta’ Wied il-Għajn minħabba xogħlijiet, ma jiċċaqalqux bil-maltemp?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet ta’ Misrah Karmnu Grima, iż-Żejtun, issa li huma lesti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ix-xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid tal-Misraħ Karmnu Grima, parti minn Triq Joe Attard, parti minn Triq L-Isqof Antonio Zahra u parti minn Triq Antonio Micallef, iż-Żejtun swew €595,998.31 kumplessivament.
Dawn ix-xogħlijiet kienu jikkonsistu fil-qlugħ tal-pavimenti eżistenti, kostruzzjoni ta’ bankini ġodda, konnessjonijiet ġodda ta’ servizzi mal-binjiet eżistenti, kostruzzjoni ta’ parkeġġ u kostruzzjoni ta’ toroq.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar biex il-ħwienet fix-xatt ta' Wied il-Għajn ikunu protetti f’każ li jerġa’ jagħmel maltemp estrem?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-Ministeru hu konxju tal-problemi li hemm fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn u ż-żoni tal-madwar, u dan minħabba l-fatt li l-problema prinċipali mhijiex il-maltemp, iżda l-fatt li kull tant żmien ikun hemm il-fenomenu tal-“high tides”. Għal dan il-għan qed isiru eżerċizzji biex il-livelli tat-toroq taż-żona jiġu irranġati b’tali mod li kemm jista’ jkun tittaffa l-problema. Wieħed irid jifhem ir-restrizzjonijiet taż-żona, jiġifieri li l-livelli tal-binjiet huma fissi u t-toroq u l-bankini tal-madwar ma jistgħux jiġu iktar ‘il fuq mill-bini eżistenti. Barra minn hekk il-livell tal-promenade ukoll ma jistax jiġi mgħolli wisq minħabba li miegħu jorbtu opri tal-baħar ta’ daqs żgħir. Qed jerġgħu jinbnew ħitan tul il-promenade bħal ma kien hemm qabel biex itaffu s-saħħa tal-mewġ. Barra minn hekk ser issir ukoll planter fit-tarf tal-promenade li jmiss mat-triq bl-iskop tiegħu ikun li ilma li jidħol jigri fuq wiċċ il-promenade isib linja ta’ ilqugħ sekondarja.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27778, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata tal-pjanċi tal-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’, kif ukoll in-numru tal-liċenzja tal-operatur tal-vetturi rispettivi, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn uffiċjali tal-LESA matul is-sena 2025, maqsuma ġimgħa b’ġimgħa? Jista’ jgħid ukoll għal liema raġunijiet ingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33755 u jgħid kemm-il spezzjoni saret fuq vetturi minn Transport Malta matul is-sena 2025, maqsuma xahar b’xahar u kemm kienu l-vetturi li rriżultaw mingħajr liċenzja, mingħajr assigurazzjoni, sewwieqa mingħajr liċenzja jew li kienu qed jiksru xi dispożizzjoni oħra ta’ xi liġi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawk li setgħu jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom, għamlu hekk u kemm minnhom Transport Malta ħadet proċeduri oħra fil-konfront tagħhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2025 saru total ta’ 133
roadblock
fuq diversi vetturi minn Transport Malta. Minn dawn l-ispezzjonijiet instabu total ta’ 262 vettura mingħajr liċenzja u assigurazzjoni, u 772 sewwieq mingħajr liċenzja u assigurazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33569 u jgħid kemm kien in-numru ta’ liċenzji tas-sewqan maħruġa minn Transport Malta matul l-2025? Kemm minn dawn il-liċenzji nħarġu lil persuni Maltin, u kemm lil persuni mhux Maltin? Minn liema pajjiżi huma l-persuni mhux Maltin li nħarġitilhom il-liċenzja tas-sewqan u x’inhu n-numru ta’ liċenzji maħruġa, maqsuma skont in-nazzjonalità? Jista’ jgħid ukoll jekk tinżammx statistika tal-etajiet ta’ dawk li tinħarġilhom il-liċenzja?
Il-Gudja - Transport Malta - Illegalitajiet minn karozzi tal-kiri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni ħadet s’issa Transport Malta dwar illegalitajiet minn karozzi tal-kiri fi spazji pubbliċi fil-Gudja, li ġew irrappurtati fl-24 ta’ Novembru 2025?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala parti mill-ħidma tas-Sezzjoni tal-Infurzar, ittieħdu diversi azzjonijiet bil-għan li jiġi indirizzat u mnaqqas kwalunkwe abbuż li seta’ beda jseħħ min-naħa ta’ ċerti kumpaniji tal-kiri li joperaw mill-inħawi viċin l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
L-uffiċjali tal-Infurzar jissorveljaw din iż-żona f’diversi ħinijiet tal-ġurnata sabiex, f’każ li jiġu osservati vetturi tal-kiri pparkjati barra u li ma jkunux mikrijin, dawn jiġu mħarrka. Skont ir-regoli applikabbli, vetturi tal-kiri jistgħu jiġu pparkjati fuq barra biss jekk ikunu mikrijin, filwaqt li vetturi li għadhom ma ġewx mikrija għandhom jinżammu ġewwa l-faċilitajiet tal-kumpanija.
L-Awtorità qed taħdem mill-qrib mal-kunsilli lokali fl-istess inħawi, sabiex f’każ ta’ rapporti mingħand ir-residenti dwar irregolaritajiet, jintbagħtu uffiċjali fuq il-post biex jassistu u jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa kontra min ikun qed jabbuża.
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jitranġaw jew isiru mill-ġdid Triq San Albert; Triq Cameron; Triq il-Kubrit u Triq Reid, fil-Gżira?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq San Albert, Triq Cameron, Triq il-Kubrit u Triq Reid, fil-Gżira huma inklużi fil-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33737 u jgħid min huma l-persuni jew l-entità li ġiet imqabbda bħala espert biex tagħti pariri dwar il-ħaxix tal-picnic area f’Ta’ Qali, kemm qabel li ntefa’ ż-żrar kif ukoll wara? Jista’ jgħid ukoll kif intgħażlet tali persuna jew entità, u jgħid kemm qed titħallas għal dan is-servizz?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-persuna li qed taqdi l-funzjoni ta’ espert għal dan il-Ministeru f’ħidma marbuta mas-settur huwa s-Sur Joe Schembri, illi għandu aktar minn għoxrin sena ta’ esperjenza fil-qasam ta’ proġetti ta’ tħaddir madwar il-pajjiż. Il-kuntratt datat 7 ta' Jannar 2026 ingħata skont ir-regolamenti dwar ix-xiri, bir-rata ta' ħamsin ewro fis-siegħa eskluż VAT għal massimu ta’ 180 siegħa.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32130, jista’ l-Ministru jikkjarifika għalfejn hemm double yellow lines quddiem il-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li tinsab fi Sqaq Bursett, f’Ħaż-Żabbar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tpinġija tad-double yellow lines f’din it-triq ma tirrappreżentax introduzzjoni ta’ sinjali ġodda, iżda kienet limitata għal tiġdid u manutenzjoni ta’ markings eżistenti li diġà kienu fis-seħħ.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32628, jista’ l-Ministru jara li jittieħdu passi biex il-kuntrattur responsabbli mill-bollards fit-toroq tal-pajjiż jieħu ħsieb il-manutenzjoni tagħhom biex jiżgura li dawn il-bollards huma fi stat tajjeb u li qegħdin jilħqu l-għan tagħhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ittieħdet konjizzjoni tal-mistoqsija parlamentari.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ liċenzji tas-sewqan maħruġa minn Transport Malta matul l-2025? Kemm minn dawn il-liċenzji nħarġu lil persuni Maltin, u kemm lil persuni mhux Maltin? Minn liema pajjiżi huma l-persuni mhux Maltin li nħarġitilhom il-liċenzja tas-sewqan u x’inhu n-numru ta’ liċenzji maħruġa, maqsuma skont in-nazzjonalità? Jista’ jgħid ukoll jekk tinżammx statistika tal-etajiet ta’ dawk li tinħarġilhom il-liċenzja?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-ministeru tiegħu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender għaż-żrar fil-picnic area f’Ta’ Qali? Jista’ jgħid ukoll jgħid jekk ġewx osservati l-liġijiet tal-procurement?
Ir-Rabat, Malta – Triq il-Konti Ruġġieru - Patching
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir resurfacing jew patching fi Triq il-Konti Ruġġieru, ir-Rabat, Malta, wara li l-pjan biex isir ix-xogħol xi 5-7 snin ilu, ġie pospost?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq il-Konti Ruggieru qiegħda fil-lista ta’ toroq li jridu jsiru bħala bini mill-ġdid ta’ triq (rikostruzzjoni), hekk kif mitlub mill-Kunsill Lokali.