Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tal-Artijiet – obbligi kuntrattwali taċ-ċenswaliti tax-Xatt tal-Birgu

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14060, jista’ l-Ministru jelenka dettaljatament l-azzjonijiet legali li l-Awtorità tal-Artijiet ħadet wara Marzu 2013 dwar il-bini/obbligi kuntrattwali tax-Xatt tal-Birgu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li kif kien intqal fiż-żewg mistoqsijiet Parlamentari numri 14060 u 14062, filwaqt li tkomplew it-tentattivi li kienu nbdew qabel l-2013 biex uħud minn dawk is-soċjetajiet li għandhom it-titoli fuq diversi propjetajiet fix-Xatt tal-Birgu jirregolarizzaw fl-obbligi kuntrattwali tagħhom, l-Awtorita’ tal-Artijiet ħadet dawk l-azzjonijiet disponibbli skont il-liġi biex tirkupra l-propjeta’ u/jew id-danni attribwiti mingħand kull min kiser l-imsemmija obbligi. B’żieda ma’ dan, l-Onorevoli Interpellant huwa mgħarraf illi fost oħrajn hemm kawżi pendenti quddiem il-Qrati ta’ Malta, rik 461/2015/JPG, rik 400/13/MH u rik 811/16/MH. F’kull każ iżda, minħabba l-ammont ta’ telf li jista’ jsofri l-Gvern u minħabba l-investiment sostanzjali nvolut, bħal ma kien qed jiġi kkunsidrat fiż-żmien passat, anke dak riċenti, cioe’ li jkun hemm lok ta’ ftehim, l-Awtorita’ tal-Artijiet lesta tisma u tikkonsidra, biex jekk ikun il-każ, wara tieħu dawk il-passi meħtieġa.

Kunsill Lokali Mellieħa u Transport Malta — laqgħa

Question

B’referenza għal-laqgħa tal-Kumitat ad hoc dwar Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa li saret bejn il-Kunsill Lokali Mellieħa u Transport Malta nhar is-17 ta’ April 2020, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti li Infrastructure Malta ħejjiet dwar l-interchange li se ssir fi Triq Selmun viċin ir-roundabout fid-daħla tal-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn Transport Malta u Infrastructure Malta sabiex tkun tista tiġi ddentifikata l-aħjar soluzzjoni għal proposta li għamel il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fejn ġie mitlub li ċertu rotot ma jibqgħawx jgħaddu min Triq George Borg Olivier.

Il-Mellieħa — Bajja tal-Għadira – studji fuq proġett ta’ estensjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14339 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha relatati mal-proġett tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-istudji b’rabta ma’ dan il-proġett għadhom għaddejin.

Ċentru Nazzjonali għal Aerospace – Bord Konsultattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, jekk twaqqafx Bord Konsultattiv sabiex jassisti lill-Uffiċjal Eżekuttiv Prinċipali taċ-Ċentru Nazzjonali għal Aerospace fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, min kienu l-membri tal-imsemmi Bord Konsultattiv?

Response (BORG, IAN)

Tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ċentru Nazzjonali għal Aerospace – direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħata miċ-Ċentru Nazzjonali għal Aerospace, inkluż id-data, il-valur u l-isem tal-persuna u/jew tal-kumpaniji li lilha ngħata, mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ċentru Nazzjonali għal Aerospace – persons of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il person of trust hemm jew kien hemm fiċ-Ċentru Nazzjonali għal Aerospace mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti l-kariga ta' kull person of trust u d-dati ta' meta bdiet taħdem maċ-Ċentru Nazzjonali għal Aerospace?

Response (BORG, IAN)

Tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ċentru Nazzjonali għal Aerospace – position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il position of trust hemm jew kien hemm fiċ-Ċentru Nazzjonali għal Aerospace mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti deskrizzjoni ta' kull position of trust u d-dati ta' meta l-persuni li jokkupawhom bdew jaħdmu maċ-Ċentru Nazzjonali għal Aerospace?

Response (BORG, IAN)

Tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ċentru Nazzjonali għal Aerospace — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni kollha li mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kienu jew għadhom impjegati maċ-Ċentru Nazzjonali għal Aerospace kemm fuq bażi full-time kif ukoll fuq bażi part-time? Jista' l-Ministru jindika għal kull waħda mill-imsemmija persuni l-kariga, r-remunerazzjoni u dati tal-impieg li kellha u/jew għandha mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ċentru Nazzjonali għal Aerospace – kuntratti ffirmati

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull kuntratt li ġie ffirmat miċ-Ċentru Nazzjonali għal Aerospace, inkluż id-data, il-valur u l-isem tal-persuni u/jew tal-kumpaniji li lilhom ingħataw, mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

In-Naxxar — Trejqet l-Iklin - bus stop

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14072, filwaqt li screen shot tal-pjanta tal-Awtorità tat-Trasport li qed tingħata separatament biex isir bus shelter fil-bus stop li ġġib l-isem ‘Nutar’ bħala parti mill-applikazzjoni PA 06140/18, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-pjan li jsir tali bus shelter inbidel biex issa mhux se jsir?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-applikazzjoni li qiegħda tiġi riferuta għaliha f’din il-mistoqsija parlamentari, jiġifieri PA06140/18, kienet ġiet preċeduta b’applikazzjoni ġdida li rat it-twessiegħ tat-triq b’dizinn aħjar u li hu maħsub li jnaqqas ir-riskji t’inċidenti speċjalment għal dawk li jkunu qed jivvjaġġaw minn u lejn iż-żoni residenzjali tal-madwar.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — servizzi pubbliċi offruti b’mezzi elettroniċi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-servizzi pubbliċi li l-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet fid-dekasteru tiegħu joffru b’mezzi elettroniċi u jindika liema minnhom l-utent jista’ jinqeda kompletament b’mezzi elettroniċi (ie ma jkollux għalfejn jimla formoli manwalment jew imur fiżikament f’xi uffiċċju ta’ min qed jipprovdi s-servizz)?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W27 li ngħatat f’din is-seduta stess.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — ħaddiema li jaħdmu bit-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fuq bażi ta’ teleworking fl-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet li hemm fid-dekasteru tiegħu u jaqsam l-informazzjoni skont il-grad li għandhom il-persuni rispettivi?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li diġà tajt fil-mistoqsija parlamentari 13976 f’Seduta 328.

Awtorità tal-Artijiet — Għaqda Ġurnalisti Sports Malta - applikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba/applikazzjoni li resqet l-Għaqda Ġurnalisti Sports Malta quddiem l-Awtorità tal-Artijiet, sabiex Fond Nru 76 li jinsab fi Triq l-Ifran fil-Belt Valletta, jgħaddi għand l-istess għaqda sabiex jiġi utilizzat bħala Mużew Nazzjonali tal-Isport f’pajjiżna peress lil-korrispondenza bejn l-Awtorità u l-Għaqda indikata ilha għaddejja sa mill-2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet li l-proprjetà msemmija għandha potenzjal wiesgħa u ttieħdet id-deċiżjoni li ssir aktar evalwazzjoni f’dan l-isfond bil-ħsieb li jkun immassimizzat l-potenzjal kollu tal-proprjetà.

Ċentru Nazzjonali għal Aerospace – ftehim dwar l-operat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar l-operat taċ-Ċentru Nazzjonali għal Aerospace u li ġie milħuq bejn is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru responsabbli mill-avjazzjoni u ċ-Ċentru Nazzjonali għal Aerospace skont dak li jipprovdi l-artikolu 8 tal-Ordni dwar it-Twaqqif bħala Aġenzija taċ-Ċentru Nazzjonali għal Aerospace (Leġislazzjoni Sussidjarja 595.09)?

Response (BORG, IAN)

Tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Organigramma tal-awtoritajiet/enitatijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14217 u jippreżenta organigramma tal-awtoritajiet/entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Mingħajr ma jindika l-ismijiet tal-persuni li jokkupaw il-kariga rispettiva tagħhom, jista' ħdejn kull kariga jindika l-iskala pubblika jew l-ekwivalenza tal-iskala pubblika għal dik il-kariga?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Artijiet fil-proċess biex jiġu esproprjati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14218 u jgħid: a. Kemm artijiet ġew jew qegħdin fil-proċess li jiġu esproprjati mill-Gvern, sena b'sena, mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija; b. F'liema lokalitajiet f'Malta u Għawdex jinsabu l-artijiet esproprjati; c. Dwar l-użu li sar jew ser isir minn kull waħda minn dawn l-artijiet; d. Kemm minn dawn l-artijiet hemm litigazzjoni dwarhom; u e. Liema minn dawn l-artijiet għad fadal ħlas pendenti fuq prezzhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-domanda mressqa titlob ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk hija meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Birżebbuġa — Wied Żnuber - Rilokazzjoni tar-Runway tal-Model Aircraft

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14666 li oriġinarjment saret lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux qed jiġi ppjanat ir-rilokazzjoni tar-runway tal-model aircraft għal Wied Żnuber Birżebbuġia? Jista’ jikkonferma li ser jintefa’ tarmak fuq art xagħri fl-istess żona?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali m’għandu l-ebda pjanijiet li jagħmel rilokazzjoni tar-runway li hemm f’Ta’ Qali u li tintuża mid-dilettanti tal-model aircraft.