Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Joint Office għadux ibiegħ iċ-ċens rimanenti f’kull lokalità f’Malta? Jekk se jibqa’ jbiegħ iċ-ċnus, b’liema rata? Hemm postijiet f’Malta li huma preferuti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-1 ta’ Ottubru 2019 ġiet varata skema ġdida ta’ fidi ta’ ċnus temporanji u xiri ta’ propjetà amministrata mill-Uffiċċju Konġunt. Dettalji ta’ din l-iskema qegħdin jiġu ppublikati fuq is-siti onlajn tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u tal-Awtorità tal-Artijiet.
In-Naxxar – Triq il-ġdida fi Triq ix-Xbieki — xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9487, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq il-Ġdida fi Triq ix-Xbieki fin-Naxxar?
Response (BORG, IAN)
Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar.
It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra.
Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali.
It-triq indikata tlestiet diġà bħalma jafu r-residenti tal-inħawi li qegħdin igawdu mill-investiment li sar fiha.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9487, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq il-Forġa fin-Naxxar?
Response (BORG, IAN)
Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar.
It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra.
Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali.
It-triq indikata hija waħda milli se jsiru fiż-żmien li ġej.
L-aġenzija tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
In-Naxxar – Triq il-Kappella ta’ San Mikiel — xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9487, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq il-Kappella ta’ San Mikiel fin-Naxxar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11217.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9487, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq il-Magħtab fin-Naxxar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11218.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9487, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq Leli Falzon fin-Naxxar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11218.
In-Naxxar – Triq il-ġdida fi Triq tat-Tarġa — xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9487, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq il-ġdida fi Triq tat-Tarġa fin-Naxxar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11218.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irriżenja mill-Awtorità tal-Ippjanar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe ittra jew dokument li ntbagħtet minnu u/jew mis-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà u/jew mill-Awtorità tal-Ippjanar bi tweġiba jew b'rabta mal-imsemmija riżenja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ittra tar-riżenja qiegħdha tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra. It-talba tar-Riżenja ġiet milqugħa kif kien mitlub u mixtieq mill-individwu msemmi.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irriżenja mill-Awtorità tal-Ippjanar? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe ittra jew dokument li ntbagħtet minnu u/jew mis-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà u/jew mill-Awtorità tal-Ippjanar bi tweġiba jew b'rabta mal-imsemmija riżenja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ittra tar-riżenja qiegħdha tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra. It-talba tar-Riżenja ġiet milqugħa kif kien mitlub u mixtieq mill-individwu msemmi.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatment irriżenja mill-Awtorità tal-Ippjanar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe ittra jew dokument li ntbagħtet minnu u/jew mis-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà u/jew mill-Awtorità tal-Ippjanar bi tweġiba jew b'rabta mal-imsemmija riżenja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ittra tar-riżenja qiegħdha tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra. It-talba tar-Riżenja ġiet milqugħa kif kien mitlub u mixtieq mill-individwu msemmi.
Birkirkara – Triq Tumas Fenech – ranġar ta’ bankina
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-bankina li għadha kif inbniet fi Triq Tumas Fenech f’Birkirkara, mill-kantuniera ta’ Triq Nazju Falzon ‘l isfel, tiġi rranġata għax ġiet wisq maqluba ‘l barra u r-residenti qed ikollhom diffikultà biex jimxu fuqha?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Infrastructure Malta diġà ħadet il-passi neċessarji biex tissolva din id-diffikultà tant li x-xogħol diġà kien ippjanat li jsir fil-jiem li ġejjin.
Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda jaħdem is-servizz tat-trasport għal anzjani magħruf bħala tuk tuk min Fleur de Lys u l-kumplament ta' Birkirkara għaċ-Ċentru Ċiviku bħalma għandhom il-Mosta, il-Gżira, iż-Żurrieq, il-Baħrija, Burmarrad, Ħal Safi, l-Msida, l-Mtarfa, ir-Rabat u ta' Xbiex?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru ikkonċernat.
Il-Mellieħa – Triq il-Qortin – traffic calming measures
Question
B’referenza għal Triq il-Qortin, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jitlob lil Transport Malta sabiex flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa twettaq studju bil-għan li jiġu implimentati traffic calming measures f’din it-triq peress li sfortunatament qiegħda tintuża minn karozzi jsuqu b’veloċità eċċessiva?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta żżomm regolarment laqgħat mal-Kunsilli Lokali sabiex jiddiskutu punti mqajma, kemm mill-Kunsilli Lokali nfushom kif ukoll minn Transport Malta.
Għalhekk ma nsib l-ebda diffikultà sabiex nitlob lill Uffiċjali ta’ Transport Malta biex jagħmlu kuntatt mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa sabiex isir studju bil-għan li jkunu implimentati traffic calming measures fit-triq imsemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna użat it-trasport pubbliku f'Għawdex matul is-sena 2018? Jista' jgħid kemm-il bus għandha l-kumpanija li topera dan is-servizz f'Għawdex u kemm huma l-impjegati tal-kumpanija f'Għawdex? Jista' jgħid kemm mill-impjegati mhumiex ta' nazzjonalità Maltija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, matul is-sena 2018 kien hemm total ta’ 2,506,881 persuna li wżat it-trasport pubbliku bi skeda f'Għawdex. Is-servizz jitħaddem permezz ta’ 17-il karozzi tal-linja.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu għar-rigward l-impjegati tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhix disponibbli li tingħata.
Ħal Lija u Ħal Balzan — tnaqqis fil-volum tat-traffiku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9437, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet minn xi entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu, sabiex Triq Annibale Preca, f’Ħal Lija tiġi one-way?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, qabel l-elezzjonijiet tal-Kunsilli lokali li saru f’Mejju 2019, kien hemm diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Lija, Ħal Balzan u Ħ’Attard dwar possibilità li parti minn Triq Annibale Preca ssir one-way, iżda peress li ma kienx hemm qbil, sar ftehim sabiex dawn id-diskussjonijiet jitkomplew wara li tibda il-leġiżlatura ġdida tal-Kunsilli Lokali fl-1 ta’ Lulju 2019.
Appena nirċievu t-talba mingħand dawn il-Kunsilli Lokali, l-Awtorità se tkompli tiddiskuti sabiex tieħu l-aħjar deċizjoni fl-interess tat-tliet lokalitajiet, fl-istess waqt li tieħu inkonsiderazzjoni x-xogħolijiet li qiegħda tagħmel Infrastruttura Malta f’dawn l-inħawi.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-art fix-xagħra tal-Knisja fl-Imġarr se tkun rilaxxata biex is-sidien preżenti jkunu jistgħu jagħmlu użu alternattiv mill-binja tagħhom?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika b’mod ċar, permezz ta’ site plan, għal liema parti mill-art fix-xagħra tal-Knisja fl-Imġarr qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex qabel ma jingħata t-tarmak fi Triq il-Milord fil-Bidnija jkun hemm xogħol ta’ tqattigħ tal-blat biex fejn tkun tista’, it-triq titwessa’ u ma tibqax kif inhi llum?
Response (BORG, IAN)
Nirrakkomandaw li dan is-suġġeriment għal twessigħ ta’ triq fil-kampanja jiġi referut lill-Ministeru konċernat mill-awtoritajiet ambjentali sabiex ikun magħruf jekk dan l-iżvilupp jistax jiġi kkunsidrat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ta’ għoti tat-tarmak qed isir fil-preżent f’toroq rurali li huma fil-limiti tal-Bidnija lejn l-inħawi magħrufa bħala Ta’ Buqana? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni li qed jingħata t-tarmak f’dawn it-toroq? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta li turi fejn se jsiru toroq oħra u fejn qegħdin isiru t-toroq f’dawn l-inħawi fil-preżent?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta għaddejja b’ħidma sabiex ittejjeb il-kwalità tat-toroq tal-pajjiż, fosthom toroq arterjali, toroq residenzjali u anke toroq rurali li jintużaw mill-bdiewa sabiex jaslu għall-għelieqi tagħhom.
L-aġenzija qed twettaq għadd ta’ proġetti sabiex tibni mill-ġdid mal-40 kilometru ta’ toroq fil-kampanja, li sfortunatament kienu tħallew mitluqa bla ebda manutenzjoni għal snin twal. Ħafna bdiewa f’diversi partijiet ta’ Malta kien ilhom snin twal jitolbu lill-awtoritajiet jgħinuhom fil-ħidma tagħhom billi jipprovdulhom aċċess aktar sikur għall-għelieqi li jaħdmu. Fl-istess waqt, dawn it-toroq fil-kampanja jintużaw ħafna wkoll minn dawk li jħobbu jmorru xi passiġġata, ġirja jew dawra bir-rota fl-inħawi.
Fl-inħawi msemmija tal-Bidnija din is-sena diġà saru xogħlijiet fi Triq is-Sagra Familja, waqt li bħalissa qed isir xogħol fi Triq il-Bdiewa (limiti tal-Qolla) u hemm ippjanat li ssir ukoll Triq Wied il-Ħżejjen.
Ix-xogħlijiet li jiffurmaw parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern fit-toroq rurali mhux biss għoti ta’ tarmak kif intqal fil-mistoqsija, imma bini mill-ġdid tat-triq li jirrikjedi tisħiħ tal-pedamenti, kif ukoll bdil jew tqegħid ta’ servizzi skont il-bżonn, qabel ma t-triq isirilha wiċċ ġdid.
Infrastructure Malta ser tkompli għaddejja bil-ħidma kontinwa sabiex twettaq il-pjan fit-tul biex ikollna infrastruttura ta’ kwalità, effiċjenti u sostenibbli, hekk kif jixraq lill-familji u n-negozji f’Malta u Għawdex.
Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini – kuntratturi u bennejja
Question
Peress li l-Att dwar ir-Regolament tal-Bini, Kap. 513 jgħid li l-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini hi l-entità responsabbli għall-ħruġ ta’ liċenzi u reġistrazzjoni ta’ bennejja, kuntratturi tal-bini u persuni fis-sengħa tal-bini, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li din il-funzjoni għaddiet għand entità privata minflok ġiet esegwita mill-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini kif inhu stipulat fil-liġi? Liema entitajiet privati jistgħu jirreġistraw bennejja, kuntratturi tal-bini u persuni fis-sengħa tal-bini? Min ma jixtieqx jirreġistra għand entità privata, jista’ jagħmel dan direttament għand l-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini? X'serħan il-moħħ jista’ jkollu/ha individwu/a jew kuntrattur li tirreġistra/jirreġistra għand entità privata fir-rigward ta’ 'Data Protection' li d-dettalji privati tiegħu/tagħha ma jispiċċawx għand terzi? Kemm se jiġu mitluba flus biex issir din ir-reġistrazzjoni u min ser jibbenefika minn dawn il-flus?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat ittieħdet id-deċizjoni msemmija wara diskussjonijiet li kien hemm mal-partijiet sabiex min qiegħed jagħti servizzi ta' twaqqiegħ u skavar ikun elenkat fir-reġistru msemmi. Kull individwu jew kumpannija li jagħtu xi servizz imsemmi jista' jirreġistra għalissa kif indikat. Tajjeb wieħed jgħid li m'hemm ebda raġuni għaliex wieħed jgħid li tagħrif jispiċċa għand terzi.