Legislature:
Category:
Reset
Active:

Amputazzjoni tas-saqajn — spiża

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jindirizza l-"epidemija" li għandna f’pajjiżna tal-amputazzjoni tas-saqajn? Jista’ jgħid kemm din l-"epidemija" qed tiswa lill-pajjiżna?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kawża sottostanti tal-maġġoranza l-kbira tal-amputazzjonijiet hija relatata mad-dijabete. Tul dawn l-aħħar 6 snin il-Gvern wettaq tibdil kbir u servizzi ġodda fl-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 20 u 11600.

Rendikont ta’ kemm saru amputazzjonijiet tas-saqajn f’Malta

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, sena b’sena, mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm saru amputazzjonijiet tas-saqajn f’pajjiżna? Kemm kienu maġġuri u kemm kienu minuri? Kemm kien it-tul ta’ ġranet (medja) li pazjenti okkupaw sodda fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tabella hawn taħt mehmuża turi l-informazzjoni mitluba minnha. Waqt li ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tul ta’ ġranet li pazjenti jokkupaw sodda fl-Isptar Mater Dei jvarja skont il-kundizzjoni medika tagħhom. Procedure (ICD9CM code)201420152016201720182019202020212022 Above and below knee amputation (84.17, 84.15)646857604130615344

Suwiċidju

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm persuni li wettqu suwiċidju f’pajjiżna?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10849.

Xiri ta' uniformijiet għall-Allied Health Professionals

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11770 u jgħid fiex wasal ix-xiri ta' uniformijiet għall-Allied Health Professionals wara li ilhom ’il fuq minn tliet snin jistennew li jkollhom uniformi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-evalwazzjoni ġiet iffinalizzata. Qiegħed jitħejja r-rapport ta' Evalwazzjoni għall-approvazzjoni tal-għotja mill-GCC.

Sptar Mater Dei -Mediċini li kienu out of stock f’Settembru

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11787 fl-intier tagħha u ċjoè jgħid kemm minn dawn il-mediċini kienu out of stock fl-Isptar Mater Dei, f’Settembru 2023, kemm damu u għaliex: Instilagel Hypromellose eye drops Atrovent nebs Doxacin PO Doxacin 4mg Epilim syrup Haloperidol (antipsychotic) 5mg Water for irrigation 10ml?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11787 fejn huwa spjegat dak mitlub minnu.

EU Directive on Cross Border Care

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk jaħsibx li r-rekwiżiti tal-EU Directive on Cross Border Care kif saru mill-Gvern (l-algorithm ippubblikat fuq is-sit tal-Gvern jindika li l-awtorizzazzjoni u r-rimbors tal-kura barra minn Malta ssir fil-każ li jkun hemm ftehim bilaterali bejn l-isptar Malti u dak barrani) iwasslux għal restrizzjoni kbira u sproporzjonata tad-dritt Ewropew?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kuntrarju għal dak li qed jgħid hu, l-algorithm msemmi minnu ma jindikax il-bżonn ta’ ftehim bilaterali bejn l-isptar Malti u ċentri barranin. M'hemm l-ebda restrizzjoni għad-dritt għall-kura tas-saħħa f'pajjiżi oħra tal-UE sakemm jiġu segwiti r-regoli stabbiliti mid-direttiva u l-leġiżlazzjoni Maltija.

Servizzi ta’ kura barra minn Malta — Talbiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika l-ammonti preċiżi ta’ talbiet kull sena u għall-perijodu kollu minn 2013 sa 2022 li rċevew is-servizzi tas-saħħa biex issir kura barra minn Malta taħt il-formati differenti previsti kemm fid-Direttiva 2011/24 u r-Regolament 883/2004?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt. Sena Numru ta’ każi 2013 47 2014 23 2015 18 2016 30 2017 30 2018 35 2019 38 2020 29 2021 25 2022 25

Servizzi ta’ kura barra minn Malta — Baġit għal-pazjenti Maltin

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika l-baġit kollu mpoġġi għad-dispożizzjoni tal-pazjenti Maltin sa issa f’applikazzjoni tad-Direttiva Ewropea kull sena u fil-perijodu kollu komplessiv għal ħlas jew għar-rimbors ta’ spejjeż għal kura barra minn Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Mediċina Timolol

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jerġgħu jkunu fis-suq pilloli li jingħataw lill-persuni li jbatu bil-glaucoma bl-isem ta' Timolol?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pilloli Timolol ma jintużawx għall-kura tal-Glaucoma.

Għawdex, Sptar Ġenerali — Occupational Speech Therapists

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm Occupational Speech Therapists jaħdmu fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm 11-il Occupational Therapists u 9 Speech Therapists.

Ministeru għas-Saħħa — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi żewġ impjegati għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt.

Sptar Mount Carmel – Persuni ammessi u rikoverati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew ammessi persuni fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2022 u sa Ġunju 2023? Jista’ għid ukoll kemm kien hemm persuni rikoverati sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi persuni ammessi fl-Isptar Mount Carmel fiż-żmien mitlub minnu kienu 3,714. Waqt li persuni rikoverati fl-aħħar ta’ Ġunju 2023 kienu 260.

Sptar Mount Carmel – Impjegati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2022 u sa Ġunju 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2022 kien hemm 746 u fl-aħħar ta’ Ġunju 2023 kien hemm 735 persuni jaħdmu fl-Isptar Mount Carmel.

Nisa tqal bid-Dijabete Type 1 – Constant Glucose Monitor

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk issa kull mara tqila u li jkollha d-Dijabete Type 1, hux se tiġi offruta l-Constant Glucose Monitor irrispettivament mill-età tagħha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11593.

Constant Glucose Monitor

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jibda jingħata l-Constant Glucose Monitor lill-pazjenti bid-Dijabete Type 1 għal min għandu iktar minn 25 sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Continuous Glucose Monitors mingħajr ħlas ilhom jingħataw lill-persunu bid-dijabete ta’ tip 1 sa 35 sena minn Settembru li għadda.

Persuni adulti bid-Dijabete Type 1 – tqassim ta’ labar tat-8mm

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn mhux qed jitqassmu labar tat-8mm lill-pazjenti adulti bid-Dijabete Type 1 li jippreferu dawn il-labar u li qed jingħataw biss il-labar tas-6mm?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-deċiżjoni li jinbidlu l-labar ta' 8 mm ittieħdet fuq parir ta' esperti kliniċi. Din hija linja gwida internazzjonali.

Servizzi fil-Kura Primarja għall-Pazjenti bid-Dijabete

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’servizzi qed joffri l-Gvern fil-Kura Primarja għall-pazjenti bid-Dijabete?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Primary HealthCare għandha: 1. Klinika tad-Dijabete f’kull Ċentru tas-Saħħa f’Malta, mmexxija min tabib tal-familja u infermiera. 2. Kliniċi speċjalizzati ġewwa Ċentri tas-Saħħa għall-pazjenti li jirrikjedu aktar kura ntensiva fid-dijabete, mmexxija min żewġt Speċjalisti fid-Dijabete u endokrinoloġija.

Speċjalisti li joffru servizz lill-pazjenti bid-dijabete

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid bħalissa kemm hemm speċjalisti li qed joffru servizz lill-pazjenti bid-dijabete kif ġej: a. fiċ-ċentri tas-saħħa f’Malta; b. fl-Isptar Mater Dei; ċ. fl-Isptar Mount Carmel; d. fir-Residenza San Vincenz de Paul; e. fl-Isptar Karin Grech; f. fl-Isptar ta’ Għawdex; u g. fiċ-Ċentru tas-Saħħa f’Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi speċjalisti li qed joffru servizz lill-pazjenti bid-dijabete huma skont it-tabella t'hawn taħt. Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu dwar SVPR lill-Ministru kkonċernat. Primary Healthcare 2 Health Specialists in Diabetes and endocrinology Mater Dei Hospital 7 Consultants and 7 Resident Specialists Gozo General Hospital 6 General Medicine Consultants

Pazjenti bid-dijabete li qed jingħataw servizzi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid bħalissa kemm hemm pazjenti bid-dijabete li qed jingħataw servizz kif ġej: a. fiċ-ċentri tas-saħħa f’Malta; b. fl-Isptar Mater Dei; ċ. fl-Isptar Mount Carmel; d. fir-Residenza San Vinċenz de Paul; e. fl-Isptar Karin Grech; f. fl-Isptar ta’ Għawdex; u g. fiċ-Ċentru tas-Saħħa f’Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti bid-dijabete li qed jingħataw servizz huma skont it-tabella t'hawn taħt. Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu dwar SVPR lill-Ministru kkonċernat. Ċentri tas-Saħħa 15,840 Sptar Mater Dei 7,923 Sptar Ġenerali Għawdex 1,445

Kundizzjoni tal-epilessija — Nuqqas tal-mediċina Keppra

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f’liema xhur kien hemm nuqqas tal-mediċina Keppra li tintuża minn pazjenti li jbatu mill-epilessija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina msemmija minnu hija disponibbli.