Special Student Allowance — Ġenituri barranin u TCNs
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28264 u jgħid kemm kien hemm ġenituri barranin Ewropej u Third Country Nationals (TCNs) li matul is-sena 2024 ibbenefikaw mill-iSpecial Student Allowance fuq ulied li baqgħu jistudjaw wara l-età ta’ 16-il sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28288 u jgħid kemm hawn persuni li qegħdin jirċievu l-Assistenza għal Diżabilità (SDA) u qegħdin jaħdmu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li qiegħdin jirċievu Assistenza għal Diżabilità Severa u qiegħdin jaħdmu huwa 1,575.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28831 u jgħid kemm kien in-numru ta’ telefonati ġenwini li daħlu fuq in-National Support Line 179 minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-problemi li ġew ippreżentati? Jista’ jgħid ukoll kemm-il linja telefonika hemm biex jitmexxa dan is-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-FSWS tippubblika l-istatistika tagħha darbtejn fis-sena. L-istatistika ta’ nofs is-sens tiġi ppubblikata (jiġifieri Jannar sa Ġunju tas-sena kurrenti) fl-aħħar ta’ Settembru / bidu ta’ Ottubru tas-sena kurrenti. L-istatistika ta’ sena sħiħa (jiġifieri Jannar sa Diċembru) tiġi ppubblikata f’ Marzu / April tas-sena ta’ wara.
Fl-2024 in-National Support Line 179 irċieva total ta’ 11,068 telefonata ġenwina. Is-suġġetti varji li dwarhom saru dawn is-sejħiet jinsabu elenkati f’estratt tar-Rapport Statistiku Annwali tal-Aġenzija Appoġġ fi FSWS li kien ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-istess FSWS f’ Marzu ta’ din is-sena.
Fir-rigward tal-aħħar parti ta’ din il-mistoqsija dwar kemm hemm linji telefoniċi, infakkar lill-Onor. Interpellant li din kienet waħda mill-kisbiet ewlenin tal-FSWS matul dawn l-aħħar snin dan billi qabel l-2013 in-National Support line 179 kien immexxi minn numru ta’ voluntiera li minn hawn inroddilhom ħajr għas-servizz li taw għal ħafna snin. Maż-żmien, iżda, dawn il-voluntiera naqsu u din l-amministrazzjoni ħadet ħsieb li jkunu impjegati numru ta’ nies full-time li huma imħarrġin apposta biex iwieġbu kull forma ta’ problema li tinqala’. Minn dawn ir-responders hemm 12 li jaħdmu sistema ta’ xift ta’ day-night-rest-off u jkunu 3 f’ kull xift. Minbarra dawn hemm ukoll supervisor professjonista u professjonisti oħra 24 siegħa kuljum li mbagħad jidħlu biex jagħtu aktar assistenza fuq it-telefonati li jidħlu skont il-ħtieġa ta’ kull kas partikolari.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-applikazzjonijiet għas-Severe Disability Grant minn persuni li jbatu mill-Fibromyalgia li ġew sottomessi minn Jannar tal-2024 ’l hawn, kemm talbiet ġew aċċettati, kemm ġew irrifjutati, u kemm minnhom għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29460 u jgħid kemm hemm persuni residenti fil-Mellieħa li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Il-Mellie
ħa (Il-Manikata inkluża)
Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja
27
Pensjonijiet Kontributorji
1,626
Pensjoni tar-Romol
315
Pensjoni tal-Invaliditá
51
Total
2,019
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentaru 29461 u jgħid kemm hemm persuni residenti n-Naxxar li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
In-Naxxar
Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja
33
Pensjonijiet Kontributorji
2,340
Pensjoni tar-Romol
612
Pensjoni tal-Invaliditá
56
Total
3,041
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Remote working - teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29653 u jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, mal-Ministeru konċernat, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux konsulenti ingaġġati mal-Ministeru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża għall-ingaġġar ta’ konsulenti, xahar b’xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-konsulenzi, min kienu dawn il-konsulenti, xi kwalifiki għandhom, x’inhi l-kompetenza tagħhom u kemm tħallas kull konsulent għall-kull servizz ta’ konsulenza li ta? Jista’ jgħid ukoll kif ingħataw dan ix-xogħol dawn il-konsulenti; jekk hux permezz ta’ direct order jew tender?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti ingaġġati mal- Ministeru għall-Politika Soċjali u D- Drittijiet tat-Tfal huma impjegati skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ familji f’Malta u Għawdex, skont l-informazzjoni miġbura mill-Ministeru tiegħu? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Benefiċċju Addizzjonali għall-għoli tal-Ħajja – Familji li ser jibbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar minn liema lokalitajiet huma s-97,500 familja li ser jirċievu l-Benefiċċju Addizzjonali għall-Għoli tal-Ħajja, maqsuma lokalità b’lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn jinkludux familji mhux Maltin? Jekk iva, kemm hemm familji mhux Maltin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Remote working - teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, mal-Ministeru konċernat, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Safar fuq xogħol uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer barra mill-pajjiż fuq xogħol uffiċjali kull membru fil-Ministeru tiegħu (inkluż hu bħala Ministru), xahar b’xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm intefqu flus bħala ‘hospitality’ mill-Ministeru tiegħu f’kull mawra barra mill-pajjiż, fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża f’hospitality, id-data ta’ meta ntefqu dawn il-flus u minn liema membru tal-Ministeru ntefqu dawn il-flus f’hospitality?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nistieden lill-Onor. Interpellant jagħti ħarsa lejn il-“Manual on Transport and Travel Policies” li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra li jirregola l-arranġamenti ta' vjaġġar, akkomodazzjoni barra l-pajjiż, delegazzjonijiet, u per diem allowances.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu telefonati fuq il-linja 179 matul ix-xhur Jannar sa Ġunju 2025 u kemm minnhom kienu relatati mas-solitudni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-FSWS tippubblika l-istatistika tagħha darbtejn fis-sena. L-istatistika ta’ nofs is-sens tiġi ppubblikata (jiġifieri Jannar sa Ġunju tas-sena kurrenti) fl-aħħar ta’ Settembru / bidu ta’ Ottubru tas-sena kurrenti. L-istatistika ta’ sena sħiħa (jiġifieri Jannar sa Diċembru) tiġi ppubblikata f’ Marzu / April tas-sena ta’ wara.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti fil-Mellieħa li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti n-Naxxar li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti l-Imġarr, Malta li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27803 u 28249 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni rispettivament u jgħid jekk sarux jew hemmx xi ħsieb li jsiru kampanji nazzjonali ta’ għarfien dwar il-perikli ta’ użu eċċessiv ta’ alkoħol u droga fost iż-żgħażagħ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif ilha tagħmel sa mit-twaqqif tagħha fl-1994, l-Aġenzija Sedqa fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), għandha bħala għan ewlieni tagħha dak li jissejjaħ teknikament il-Primary Prevention. Dan isir permezz ta’ programmi regolari fl-iskejjel li għaddejjin il-ħin kollu, it-TFAL 3 u TFAL 5 kif ukoll Teen Outside the Box (TOTB). Bħal dawn hemm ukoll il-programm SAFE li jsir fuq il-postijiet tax-xogħol.
Minbarra dawn il-programmi on going, l-FSWS għamlet ukoll kampanji ta’ għarfien fuq il-mezzi tal-media soċjali kemm permezz ta’ influencers u kemm permezz ta’ testimonjanzi fuq portals lokali li l-aktar li huma segwiti miż-żgħażagħ.
Minbarra dan, tajjeb ukoll li jingħad, li l-Gvern ilu jinvesti fil-prevenzjoni tal-użu ta’ sustanzi u dipendenzi oħra għal diversi snin. Dan jinkludi appoġġ finanzjarju lill- aġenziji rilevanti attivi fil-qasam tal-prevenzjoni u t-trattament tad-dipendenza fuq is-sustanzi.
Il-Politika Nazzjonali tad-Droga 2023-2033 tistabbilixxi l-ħolqien ta' Korp Nazzjonali ta' Koordinazzjoni għall-Prevenzjoni. Diġà ttieħdu passi konkreti f'dan il-qasam. Fil-fatt, ġiet mnedija kampanja ta' għarfien nazzjonali f'Ġunju 2025, li tiffoka fuq adulti ta' bejn it-30 u l-45 sena li huma mpjegati u soċjalment integrati. Żgħażagħ u adulti żgħażagħ ġew indirizzati wkoll bħala udjenza sekondarja.
Kampanja oħra qed tiġi żviluppata għal żgħażagħ ta' bejn l-14 u l-25 sena, inklużi studenti, żgħażagħ mhux fl-edukazzjoni jew impjieg, u żgħażagħ li jaħdmu. Hu mistenni illi din l-inizjattiva se titnieda f'Ottubru 2025.
Il-Politika Nazzjonali dwar l-Alkoħol ġiet imnedija fil-25 ta' Ġunju u tinsab fil-fażi ta' konsultazzjoni pubblika. Din il-politika tistabbilixxi appoċċ komprensiv biex tnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol permezz ta' prevenzjoni, regolamentazzjoni, u għarfien pubbliku.
San Pawl il-Baħar – Persuni li jirċievu xi pensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti f’San Pawl il-Baħar li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Pensjonijiet
San Pawl il-Baħar
Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja
125
Pensjonijiet Kontributorji
2,549
Pensjoni tar-Romol
557
Pensjoni tal-Invalidità
87
Total
3,318