Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11327 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni Dakonija Parroċċa Maria Addolorata San Pawl il-Baħar — uffiċċju distrettwali tad-Diparttiment tas-Servizzi Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu wara l-ittra mibgħuta mill-Kummissjoni Djakonia Parroċċa Maria Addolorata San Pawl il-Baħar bid-data 18 ta’ Settembru 2009 dwar l-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali f’San Pawl il-Baħar?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 11325.
Leg 11 PQ #13506 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentru tal-Persuni b’Diżabilità — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-preżent jaħdmu maċ-Ċentru tal-Persuni b’Diżabilità? Kemm minnhom huma full-time u kemm minnhom huma part-time? X’inhi n-natura tax-xogħol tagħhom? Kemm hemm klijenti f’kull Ċentru tal-Persuni b’Diżabilità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13594 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — Benefiċċju tal-allowances tat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13185 u 12902 u jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-benefiċċju tal-allowance tat-tfal matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi iċ-ċifri kif mitluba minnu dwar talbiet għall-Allowance tat-Tfal matul is-sena f’Malta u Għawdex separatament huma hekk:- Malta Għawdex Numru ta’ Talbiet 42326 3423 Talbiet Approvati 41854 3402 Talbiet Pendenti 379 18 Talbiet Mhux Approvati 93 3
Leg 11 PQ #13595 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — benefiċċju tal-mard

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13195 u 12901 u jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-benefiċċju tal-mard matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi iċ-ċifri kif mitluba minnu dwar talbiet għall-benefiċċju għal mard huma hekk: Malta Għawdex Numru ta’ talbiet 25018 1998 Talbiet approvati 21500 1767 Talbiet pendenti 1159 34 Talbiet mhux approvati 2359 197
Leg 11 PQ #13597 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — ommijiet xebbiet reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ommijiet xebbiet li fil-preżent huma reġistrati mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f'Malta u Għawdex separatament ? Kemm minnhom bdew jieħdu l-benefiċċji soċjali / children's allowances eċċ. matul din is-sena ? Kemm minnhom huma ta' nazzjonalità barranija ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in-numru ta’ ommijiet xebbiet li fil-preżent huma irregistrati mad-Divizjoni tas-Sigurtà Socjali jammonta għal 5,562 Minn dan in-numru, 1,355 bdew jiehdu xi tip ta’ benefiċċju soċjali matul is-sena 2009 u li minnhom 153 huma ta’ nazzjonalità barranija.
Leg 11 PQ #13598 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

nisa separati li jieħdu r-rielef u/jew benefiċċji oħra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' nisa separati li jieħdu r-rielef u/jew benefiċċji oħra fil-mument f'Malta u Għawdex separatament ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in-numru ta’ nisa separati li qegħdin jieħdu xi tip ta’ benefiċċju mid-Divizjoni tas-Sigurtà Soċjali huwa ta’ 10,815 ġewwa Malta u 348 ġewwa Għawdex.
Leg 11 PQ #13599 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

familji li jirċievu children's allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' familji li jirċievu children's allowances għal erbat itfal u aktar, f'Malta u Għawdex separatament ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in-numru ta’ familji li jircievu iċ-children allowance għal erbat itfal u aktar huwa ta’ 520 familja ġewwa Malta u 53 familja ġewwa Għawdex.
Leg 11 PQ #13625 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Investigazzjoni fuq appartati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13467, 13182, 12940 u 12270 u jgħid kemm tiswa lill-Gvern kull investigazzjoni ta' a) MRI? b) CT? ċ) X-ray?

Response (DALLI, JOHN)

L-eżerċizzju tal-costings qiegħed jiġi aġġornat. Il-figuri mitluba jingħataw fil-ħin opportun.
Leg 11 PQ #13627 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nefqa tal-Gvern fuq is-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13463, 13175, 12934, 12647 u 12261 u jgħid x'inhi l-ispiża totali li l-Gvern nefaq fuq is-saħħa, eskluża l-ispiża fuq id-djar u sptarijiet tax-xjuħ, fl-aħħar 15-il sena, sena b'sena? Kemm minn din l-ispiża kienet fuq: a) mediċini inpatients? b) mediċini outpatients? ċ) salarji? d) bonuses? e) overtime? f) ikel?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-informazzjoni dettaljata dwar infieq fuq mediċini inpatients, mediċini outpatients u ikel kif mitluba mill-Onor. Interpellant ma tinzammx.
Leg 11 PQ #13628 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Social Service Offices — nies li jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jirrimedja l-każijiet ta' nies mill-Gudja li kienu jirreġistraw fis-Social Service Office ta' Raħal Ġdid u issa ġew mitluba jirreġistraw Ħal Luqa Social Services peress li jridu jaqbdu erba' karozzi bi spejjeż żejda, meta dawn ħafna minnhom m'għandhom l-ebda dħul?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li id-Diviżjoni tas-Sigurtà Soċjali bħalissa għaddejja bi proċess ta’ ristrutturar fl-uffiċċini distrettwali tagħha bil-għan li toffri servizz dejjem aħjar lill-klijenti tagħha. L-abbinar tar-residenti tal-Gudja mal-Uffiċċju Distrettwali ta’ Ħal Luqa flok dak ta’ Raħal Ġdid huwa parti minn dan ir-ristrutturar. Dan qed isir wara li d-Diviżjoni rċeviet bosta ilmenti minn persuni li jirreġistraw fl-Uffiċċju Distrettwali ta’ Raħal Ġdid, fosthom reġistranti mill-Gudja stess, li kien qed ikun hemm iffullar u dewmien waqt il-ħin tar-reġistrar. Bħalma jaf l-Onorevoli Interpellant, l-Uffiċċju Distrettwali ta’ Raħal Ġdid joffri servizzi lil medda kbira ta’ nies li jgħixu mhux biss f’Raħal Ġdid imma wkoll f’lokalitajiet oħra fil-qrib. Għalhekk inħass il-bżonn li jittieħed dan il-pass sabiex b’hekk jonqos l-iffullar u d-dewmien tar-reġistrazzjoni u jibbenefikaw ir-reġistranti kollha. Għalkemm sal-lum huwa minnu li ma hemmx rotta diretta tat-trasport pubbliku li tgħaqqad dawn iż-żewg irħula li jmissu ma’ xulxin, dan mistenni jseħħ dalwaqt bir-riforma tat-trasport pubbliku.
Leg 11 PQ #13632 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Policy tal-Gvern dwar min hu intitolat għall-herceptin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13031, 12801 u 11884 u jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar min hu intitolat għall-herceptin b'xejn mingħand il-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13636 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni b'diżabilità — ristabbiliment tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13428 u jagħti rendikont tal-ħidma ta' l-uffiċjal għar-ristabbiliment tal-persuni b'diżabilità skond l-Kap 210 f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13637 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Impjieg ta' persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13427 u jgħid kemm hemm dipartimenti, ażjendi, persuni eċċ. li għandhom l-obbligu li jimpjegaw persuni b'diżabilità reġistrati skond l-artikolu 15 tal-Att dwar l-Impjieg ta' Persuni b'Diżabilità, Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta? Jista' jgħid x'inhi l-kwota u l-persentaġġ stabbiliti għal kull wieħed minnhom? Kemm kienet il-kwota għal kull wieħed minnhom f'dawn l-aħħar ħames snin separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-liġi riferuta tobbliga lill kull Employer sabiex jiġu osservati l-Artikli kollha tal-liġi. Fejn allura b’mod speċifiku Artikli 15-16-17 ta’ li stess liġi jindikaw dettalji marbuta mal-kwota. Legal Notice 56 tal- 1969 ukoll tittrata dan is-suġġett.

taħriġ għall-impjiegi/preparazzjoni għall-imprenditorija

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi programmi hemm ippjanati għas-sena 2010 fir-rigward ta' taħriġ għall-impjiegi/preparazzjoni għall-imprenditorija fil-qasam ta' green jobs?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

persuni li jieħdu l-mediċini b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13390 u jgħid kemm-il persuna tingħata mediċina b'xejn: a) bil-kartuna s-safra (skeda v), kull kundizzjoni għaliha? b) bil-kartuna r-roża minħabba: i) dħul baxx? ii) in-natura tax-xogħol tal-persuna? iii) diabetes mellitus?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

persuni bil-Hepatitis

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13391 u jgħid kemm mill-persuni li nstabu li kellhom bżonn jiddaħħlu l-Isptar Mater Dei minħabba xi forma ta' Hepatitis matul l-ewwel 11-il xahar ta' din is-sena, kellhom inqas minn 21 sena? Kemm kien hemm persuni riferuti l-outpatients tal-mediċina minħabba din il-kondizzjoni? Kemm minnhom kellhom anqas minn 21 sena?

Response (DALLI, JOHN)

Infurmat li n-numru ta’ pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei bejn Jannar u Ottubru 2009 minħabba xi forma ta’ Hepatitis kien 29, li minnhom kien hemm każ wieħed taħt il-21 sena. Il-kundizjoni Hepatitis tiġbor fiha acute / chronic viral hepatitis, alcoholic hepatitis, drug induced hepatitis kif ukoll hepatitis fejn il-kawża ma tkunx speċifikata. Din l-informazzjoni ġiet miġbura mis-sistema tal-Hospital Activity Analysis u l-Electronic Case Summary u hija provviżorja. L-informazzjoni rigward persuni li jiġu riferuti l- outpatients minħabba din il-kundizzjoni ma tinġabarx.

persuni dijabetiċi fuq l-insulina — glucose meter u test strips

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13395 u ċioe: Fir-rigward ta' persuni dijabetiċi fuq l-insulina, liema minnhom huma intitolati għal test strips tad-demm b'xejn? Minn fejn tinxtara l-glucose meter u kif jiġi rranġat li l-istrips tad-demm ikunu kompatibbli mal-meters? Hemm xi każijiet li fihom dan il-meter jingħata b'xejn jew bi prezz ridott?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li persuni diabetiċi fuq l-insulina, s'issa huma intitolati għal glucose meters u test strips tad-demm b’xejn, dawk il-persuni li għandhom 35 sena jew anqas. Iżda l-Gvern ser jieħu passi biex jirrevedi din l-anomalija li tiddiskrimina kontra persuni li għandhom aktar minn 35 sena. Il-Gvern ma jbiegħx meters u strips. Dawn jinxtraw minn ġo spiżeriji privati lil min ma jikkwalifikax biex joħodhom b’xejn.

persuni li mhumiex intitolati għall-Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13393 u jgħid f'liema ċirkostanzi minn dawn, persuna adulta f'household ma tibqax intitolata għall-Għajnuna Soċjali: i) jekk wieħed jew iż-żewġ ġenituri jaħdmu? ii) jekk wieħed jew aktar mill-aħwa jaħdmu? iii) jekk wieħed jew aktar mill-ulied jaħdmu?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li jekk il-missier jibda’ jaħdem l-Għajnuna Soċjali tiġi mwaqfa mill-ewwel, filwaqt li jekk tibda taħdem l-omm dan jiddependi mid-dħul tagħha. Meta d-dħul mix-xogħol tal-mara jkun aktar mir-rata ta’ l-Għajnuna Soċjali dovuta, l-assistenza tiġi mwaqfa, iżda meta d-dħul tagħha jkun baxx, dawn xorta waħda jibqgħu jirċievu l-Għajnuna Soċjali iżda b’rata ridota għaliex id-dħul mill-impieg tal-omm jiġi mnaqqas mir-rata applikabli. F’każ ta’ familja b’ġenitur wieħed, il-ġenitur bi tfal iżgħar minn 18-il sena, jista’ jaħdem fuq bażi part-time u jibqa jirċievi l-Għajnuna Soċjali, sakemm id-dħul mix-xogħol u l-Għajnuna Soċjali ma jkunx aktar mill-Paga Minima Nazzjonali. Informat ukoll li jekk l-kbir mill-aħwa, li jiġi ikkonsidrat bhala l-kap tal-familja, jibda jaħdem, l-Għajnuna Soċjali tiġi mwaqfa mill-ewwel, filwaqt li jekk jibda jahħem xi ħadd ieħor, l-Għajnuna Soċjali tibqa dovuta iżda jkun hemm xi tnaqqis minhabba dan l-impieg. Meta l-ulied jibdew jaħdmu, l-ġenitur/i tagħhom xorta jibqgħu jirċievu/i l-Ghajnuna Soċjali, iżda jkun hemm xi tnaqqis fir-rata tal-Għajnuna Soċjali minħabba dan l-impieg.
Leg 11 PQ #13728 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Karta roża

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji u kundizzjonijiet li jintitolaw lil dawk il-persuni li huma eliġibbli għall-karta r-roża?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi il-kriterji u kundizzjonijiet sabiex persuna jkollha dritt ghall-karta r-roza huma : 1. L-applikant irid ikun ta’ cittadinanza Maltija u residenti f’Malta 2. Isir test tal-Kapital li jinkludi l-investimanti kollha li jista jkollu l-applikant 3. Isir ukoll test tad-dħul kollu tal-applikant li jinkludi kemm l-ammont ta’ paga jew pensjoni u jew benefiċċji li jista jkun qed jirċievi l-applikant kif ukoll kull dħul ieħor li jista jkun ġej minn imgħaxijet, dividenti eċċ. Informat ukoll illi jekk l-applikant ikun ibgħati bid-diabete, polio, tuberkulosi jew lebbra, dan jikwalifika għall-kart r-roża billi jipproduċi dokument mill-Isptar u allura it-testijiet tal-kapital u tal-mezzi ma jsirux.