Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx art li ngħatat għall-bini ta' residenti mill-gvern iżda li għadha mhix akkwistata mill-Gvern f'Ħal Luqa? Jekk iva jista' jgħid liema huma dawn l-artijiet? Meta huwa ppjanat mill-Gvern li jakkwista dawn l-artijiet u sussegwentement jagħmel il-kuntratti relevanti ma' dawk il-familji li bnew ir-residenzi tagħhom fuq artijiet bħal dawn, f'Ħal Luqa?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Id-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern huwa konxju li hemm diversi persuni li għadhom bla titlu fuq ir-residenza taghhom f’Tal-Wilga, Hal Luqa, għalkemm għamlu konvenju ma l-Awtorita’ tad-Djar xi żmien ilu, għaliex l-art għada ma nxtratx mill-Gvern. Għalhekk id-Dipartiment qiegħed jagħti priorita’ biex malajr kemm jista jkun iseħħ ix-xiri ta’ l-artijiet kollha fejn huma mibnija l-oqsma tad-Djar. Ta’ min isemmi li kemm fl-2011 kif ukoll fl-2012 ġew allokati tlett miljun ewro għall-dan il-għan. B’dawn il-fondi, fis-sena 2011 inxtrat l-art kollha tal-Housing Estates f’Għajn Dwieli u f’ta’ Xlejli l-Gudja. Fis-sena li qegħdin fiha huwa previst li tinxtara l-art kollha fil-Housing Estates taz-Zurrieq, il-Gudja (area oħra) u n-Nadur Għawdex. Din il-priorita’ biex jinxtraw dawn l-artijiet, bdiet tingħata mis-sena 2010, fejn matul dik is-sena inxtrat l-art f’Għar Barka, ir-Rabat u f’Sta Lucia. Huwa ttamat li b’hekk wara numru ta’ snin, tkun akkwista l-art kollha fejn huma mibnija l-Housing Estates inkluz dawk li l-Onorevoli Interpellant qed tistaqsi għalihom.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema toroq huma dawk l-artijiet li ngħataw għal bini ta' residenzi mill-Gvern fis-Siġġiewi, iżda li sal-lum għadhom ma ġewx akkwistati mill-Gvern u għaldaqstant il-familji li jgħixu fihom għadhom bla titolu fuq l-art? Meta huwa ppjanat mill-Gvern li jakkwista dawn l-artijiet u sussegwentement jagħmel il-kuntratti relevanti ma' dawk il-familji li bnew ir-residenzi tagħhom fuq artijiet bħal dawn, fis-Siġġiewi?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Id-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern huwa konxju li hemm diversi persuni li għadhom bla titlu fuq ir-residenza tagħhom, kemm fiz-żona ta’ Kircippu u fi Triq Dr. Nikola Zammit, Siġġiewi, għalkemm għamlu konvenju ma l-Awtorita’ tad-Djar xi żmien ilu, għaliex l-art għada ma nxtratx mill-Gvern. Għalhekk id-Dipartiment qiegħed jagħti priorita’ biex malajr kemm jista jkun iseħħ ix-xiri ta’ l-artijiet kollha fejn huma mibnija l-oqsma tad-Djar. Ta’ min isemmi li kemm fl-2011 kif ukoll fl-2012 ġew allokati tlett miljun ewro għall-dan il-għan. B’dawn il-fondi, fis-sena 2011 inxtrat l-art kollha tal-Housing Estates f’Ghajn Dwieli u f’ta’ Xlejli l-Gudja. Fis-sena li qegħdin fiha huwa previst li tinxtara l-art kollha fil-Housing Estates taz-Zurrieq, il-Gudja (area ohra) u n-Nadur Għawdex. Din il-priorita’ biex jinxtraw dawn l-artijiet, bdiet tingħata mis-sena 2010, fejn matul dik is-sena inxtrat l-art f’Ghar Barka, ir-Rabat u f’Sta Lucia. Huwa ttamat li b’hekk wara numru ta’ snin, tkun akkwista l-art kollha fejn huma mibnija l-Housing Estates inkluz dawk li l-Onorevoli Interpellant qed tistaqsi għalihom.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — informazzjoni dwar l-impejgati
Question
Jista' l-Ministru jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Minsitru jgħid jekk il-post li d-dettalji dwar u qed jintbagħtu separatament għadx għandu skop residenzjali? Kemm ilu vakanti?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi li l-post in kwistjoni qatt ma nkera għal skopijiet residenzjali sakemm ġie vvakat fl-1 ta’ Lulju 2010. Ai fini ta’ użu residenzjali jew le, peress li bħalissa hemm kawża pendenti l-Qorti, nkunu rridu nistennew l-eżitu tal-kawza sabiex jiġi determinat l-iskop futur tal-post.
Saluting Battery, Ġnien ta' Hastings u l-Barraka t'isfelq — Kirjiet tal-postijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kirjiet li jeżistu għar-rigward tas-Saluting Battery, il-Ġnien ta' Hastings u l-Barraka t'isfel fil-Belt? Jista' jgħid kif ingħażlu l-kumpaniji li għandhom dritt esklussiv li jagħmlu liġijiet u funzjonijiet oħra f'dawn il-postijiet u kemm qiegħed iddaħħal il-gvern mill-flus li jitħallsu għal dawn l-attivitajiet?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Jista' jgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 32636.
Jista' l-Ministru jippubblika l-prezzijiet tal-mediċini li roħsu f'Malta u jgħid jekk huwiex lest li jippubblika l-istess prezzijiet tal-istess mediċini fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea bħal Sqallija, Ċipru, Spanja u l-Portugal? Jista' jgħid jekk teżistix informazzjoni li turi l-prezzijiet tal-istess prodott mal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li ma teżiztiex informazzjoni li turi l-prezzijiet tal-istess prodott mal-pajjizi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Bil-mekkanizmu presenti sabiex jiġi stabilit jekk il-prezz hux ġust u raġjonevoli, il-prezz li jħallas il-konsumatur f’Malta jiġi mqabbel mal-prezz medju li joħrog minn basket ta’ numru ta’ pajjizi Ewropej jiġifieri ser ikun hemm pajjizi li l-mediċina tinbiegħ ogħla minn Malta u oħrajn li tkun orħos.
Il-lista tal-prezzijiet tal-medicina li roħsu kif ukoll kif jinbiegħu fil-pajjizi mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
informazzjoni dwar mediċini li għolew jew raħsu fil-prezz
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm raħsu u kemm għolew il-mediċini matul is-snin 2007/8/9/10/11? Jista' jagħti lista b'din l-informazzjoni?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li n-numru tal-mediċina li raħset kien hekk:
2007 38 medicina
2008 9 medicina
2010 91 medicina
2011 85 medicina
Il-lista tal-mediċina li raħset fl-2007 u 2008 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt li l-mediċina li raħset fl-aħħar sentejn tinstab fir-risposta tal-mistoqsija 32491.
L-Awtorita ma għandiex informazzjoni tal-medicina li setgħet raħħset jew għoliet jekk mhux dak bl-intervent tal-Awtorita.
In vista tal-fatt li l-gvern għandu programm biex jakkwista l-art li kienet ingħatat minnhu biex jinbnew residenzi għal familji, jista' l-Ministru jgħid meta l-art li kienet mogħtija mill-gvern madwar 30 sena ilu biex jinbnew djar fi Triq id-Dragun Ħal Qormi u li ma ġietx akkwistata mill-gvern sal-lum, se tiġi akkwistat, sabiex dawk li bnew djarhom fuq dawn il-plots ikunu jistghu jagħmlu l-kuntratti relevanti mal-gvern u b'hekk isiru propjetarji tal-art li fuqha għandhom ir-residenza tagħhom?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern huwa konxju li hemm diversi persuni li għadhom bla titlu fuq ir-residenza tagħhom għalkemm għamlu konvenju ma l-Awtorità tad-Djar xi żmien ilu, għaliex l-art għada ma nxtratx mill-Gvern. Għalhekk id-Dipartiment qiegħed jagħti priorità biex malajr kemm jista jkun iseħħ ix-xiri ta’ l-artijiet kollha fejn huma mibnija l-oqsma tad-Djar. Ta’ min isemmi li kemm fl-2011 kif ukoll fl-2012 ġew allokati tlett miljun ewro għal dan il-għan. B’dawn il-fondi, fis-sena 2011 inxtrat l-art kollha tal-Housing Estates f’Għajn Dwieli u f’ta’ Xlejli l-Gudja. Fis-sena li qegħdin fiha huwa previst li tinxtara l-art kollha fil-Housing Estates taż-Żurrieq, il-Gudja (area oħra) u n-Nadur Għawdex. Din il-priorità biex jinxtraw dawn l-artijiet, bdiet tingħata mis-sena 2010, fejn matul dik is-sena inxtrat l-art f’Għar Barka, ir-Rabat u f’Sta Lucija. Huwa ttamat li b’hekk wara numru ta’ snin, tkun akkwistata l-art kollha fejn huma mibnija l-Housing Estates inkluż dawk li l-Onorevoli Interpellant qed tistaqsi għalihom.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema toroq huma dawk l-artijiet li ngħataw għal bini ta' residenzi mill-gvern f'Ħal Qormi, iżda li sal-lum għadhom ma ġewx akkwistati mill-gvern u għaldaqstant il-familji li jgħixu fihom għadhom bla titolu fuq l-art? Meta huwa ppjanat mill-gvern li jakkwista dawn l-artijiet u sussegwentement jagħmel il-kuntratti relevanti ma' dawk il-familji li bnew ir-residenzi tagħhom fuq artijiet bħal dawn?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Id-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern huwa konxju li hemm diversi persuni li għadhom bla titlu fuq ir-residenza tagħhom f’Ta’ Farzina, Qormi, għalkemm għamlu konvenju ma l-Awtorita’ tad-Djar xi zmien ilu, għaliex l-art għada ma nxtratx mill-Gvern. Għalhekk id-Dipartiment qiegħed jagħti priorita’ biex malajr kemm jista jkun iseħħ ix-xiri ta’ l-artijiet kollha fejn huma mibnija l-oqsma tad-Djar. Ta’ min isemmi li kemm fl-2011 kif ukoll fl-2012 ġew allokati tlett miljun ewro għall-dan il-għan. B’dawn il-fondi, fis-sena 2011 inxtrat l-art kollha tal-Housing Estates f’Għajn Dwieli u f’ta’ Xlejli l-Gudja. Fis-sena li qegħdin fiha huwa previst li tinxtara l-art kollha fil-Housing Estates taz-Żurrieq, il-Gudja (area ohra) u n-Nadur Għawdex. Din il-priorita’ biex jinxtraw dawn l-artijiet, bdiet tingħata mis-sena 2010, fejn matul dik is-sena inxtrat l-art f’Għar Barka, ir-Rabat u f’Sta Lucia. Huwa ttamat li b’hekk wara numru ta’ snin, tkun akkwista l-art kollha fejn huma mibnija l-Housing Estates inkluż dawk li l-Onorevoli Interpellant qed tistaqsi għalihom.
Peress li ftit ilu d-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ skema sabiex ikun jista' jinfeda ċ-ċens fuq proprjetà residenzjali, jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix skema simili għal proprjetà kummerċjali? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li skema simili tkun imnedija fil-futur għal proprjetà kummerċjali?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskema eżistenti għal fidi ta’ ċnus fuq proprjeta’ residenzjali tnediet sabiex aktar individwi jkunu jistgħu isiru sidien ta’ darhom u ma teżisti l-ebda skema simili għal fidi ta’ ċnus dovuti fuq proprjeta’ kummerċjali. Ma hemm l-ebda ħsieb li fil-futur qarib ikun hemm xi skema simili għal proprjeta’ kummerċjali.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-proprjetajiet inklużi d-daqs tagħhom li kienu dikjarati meħtieġa għal skop pubbliku u li ġew mogħtija lura lis-sidien kull sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32237 u jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 32636.
Billi allegatament l-art li hemm faċċata tal-parti mibnija ta' Triq Emvin Cremona fl-Imsida hija tal-Joint Office, u billi l-ħajt tal-istess art huwa mwaqqa' b'periklu għal kull min ikun għaddej minn hemm, jista' l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet meħtieġa ħalli jissolva dan l-inkonvenjent?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Peress li mad-domanda tal-Onorevoli Membru ma kien hemm l-ebda pjanta li turi fejn qiegħed l-imsemmi ħajt imwaqqa’, id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern se jieħu ħsieb li immedjatament issir spezzjoni sabiex naraw fejn qiegħed eżatt dan il-ħajt peress li jista’ jkun li l-art fejn hemm dan il-ħajt hija mikrija lil terzi. Wara li ssir din l-ispezzjoni, tkun tista’ tittieħed l-azzjoni meħtieġa skont il-każ.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-Gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f’pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa’ jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-Gvern ikollu r-riżorsi neċessarji biex jerġa’ jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol.
Il-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta u l-Konsumatur wkoll qed jagħmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tal-istess Ministeru, kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda, nillimitaw fejn possibbli l-overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f’investiment kapitali, ta’ servizzi essenzjali bħal servizzi varji lin-negozju u is-
self employed,
assistenza fil-affarijiet tal-Konsumatur, jew ta’ għajnuniet u assistenza differenti skond il-kaz. Ir-restrizzjonijiet fir-reklutaġġ b’ebda mod m’hu se jimpattaw dawk il-professjonijiet ikkunsidrati kruċjali bhal qasam legali u dak tekniku.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 32406 u jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Peress illi l-Ministeru, d-Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà politika tiegħi ma jżommux informazzjoni ta’ dawk li jagħtu servizz humiex “self-employed” jew “kumpanija” nitlob lill-Onor. Interpellant jistax ikun aktar speċifiku għal liema settur jew kategorija ta’ servizz jew xogħol qed jirreferi.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — allowances mħallsa lill-Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32588 u 32237 u jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 32636.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li s-Suq tal-Belt se jingħata lill-privat? Jekk iva, kif se jingħata u għaliex? Fil-każ li se jiġri dan, x'se jiġri minn dawk li jiddependu għal ħobżhom mill-posti mikrija għandhom hemm hekk? Jista' l-Ministru jgħid ukoll għaliex is-Suq tal-Belt mhux isirlu manutenzjoni, per eżempju bħas-soqfa joqtru, toilets pubbliċi imkissrin u l-escalator ilu wieqaf is-snin?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern ma huwiex infurmat li s-Suq tal-Belt ser jitneħħa jew jingħata lill-Privat. Il-manutenzjoni tas-Suq tal-Belt mhijiex responsabbiltà ta’ dan il-ministeru.