Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċittadinanza Maltija bil-mertu

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ kemm persuni kisbu ċ-ċittadinanza Maltija bil-mertu minn wara li daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?  Jista’ jgħid ukoll abbażi ta’ liema mertu ngħatat tali ċittadinanza, kemm-il applikazzjoni għal ċittadinanza bil-mertu saret u kemm minnhom ingħataw tali ċittadinanza bil-mertu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li hekk kif ġara drabi oħra, f’dan ir-rigward kull informazzjoni relatata toħroġ mingħand ir-Regolatur, skont kif stabbilit fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza (Kap. 188), permezz ta’ rapport annwali li jitpoġġa fuq il-mejda ta’ din il-kamra. Nitlob għalhekk, lill-Onor. Interpellant li jirreferi għal dawn ir-rapporti li huma mpoġġija fuq il-mejda tal-Kamra u għandhom l-informazzjoni mitluba u dawk li ser ikunu impoġġija fil-futur.

CfT: CT2108/2021 - Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31278 rigward is-sejħa CfT: CT2108/2021 - Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services, jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema Ministeru huma assenjati d-991 ħaddiem ġewwa Għawdex u Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni ser tkun provduta f'seduta oħra.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – Annimali li jagħtu servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm annimali li jagħtu s-servizz tagħhom fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ annimali huma u f’liema units iservu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bħalissa hemm seba’ (7) klieb li joperaw fit-taqsima tal- Arson Investigation , responsabbli mill-identifikazzjoni ta’ fjuwil, u fit-taqsima tal-USAR fejn il-klieb jitħarrġu fit-tiftix ta’ vittmi qalb it-tifrik.

Il-Forzi Armati ta’ Malta – Annimali li jagħtu servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm annimali li jagħtu s-servizz tagħhom fil-Forzi Armati ta’ Malta? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ annimali huma u f’liema units iservu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li mhemmx annimali jagħtu s-servizz tagħhom fil-Forzi Armati ta’ Malta.

Il-Korp tal-Pulizija – Annimali li jagħtu servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm annimali li jagħtu s-servizz tagħhom fil-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ annimali huma u f’liema units iservu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal tweġibiet parlamentari 31335, 31336 u 31337.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - priġunieri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28862 dwar kemm hemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bħalissa, jista’ l-Ministru jagħti l-kwantità u l-ġeneru skont il-pajjiżi msemmija fl-istess tweġiba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fl-1 ta’ Novembru 2025 kien hemm 733 -il persuna fil- Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. In-nazzjonalità u l-ġeneru tagħhom huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. Nationality Male Female ALBANIAN 8 ALGERIAN 3 BANGLADESHI 1 BELGIAN 1 BOSNIAK 1 BRAZILIAN 2 1 BRITISH 7 BULGARIAN 3 BURKINABE 1 CANADIAN 1 CAPE VERDEAN 1 CHADIAN 2 CHILEAN 1 CHINESE 2 COLOMBIAN 8 3 CONGOLESE 1 CROATIAN 3 DANE 1 DOMINICAN 1 2 DUTCH 6 1 ECUADORIAN 3 1 EGYPTIAN 3 ERITREAN 6 ETHIOPIAN 3 FILIPINO 1 1 FRENCH 5 GAMBIAN 9 GEORGIAN 5 GERMAN 6 GHANAIAN 3 GREEK 2 1 GUINEA-BISSAU NATIONAL 1 1 HUNGARIAN 3 1 INDIAN 8 IRAQI 1 IRISH 2 ITALIAN 21 IVOIRIAN 3 JAPANESE 1 KUWAITI 1 LIBYAN 30 MACEDONIAN 6 MALAYSIAN 4 MALIAN 2 MALTESE 320 37 MOLDOVAN 1 MONTENEGRIN 1 MOROCCAN 9 1 NEPALESE 1 NIGERIAN 18 NIGERIEN 2 NORWEGIAN 1 PAKISTANI 5 PALESTINIAN 1 PANAMANIAN 1 1 PERUVIAN 2 2 POLISH 2 PORTUGUESE 4 1 ROMANIAN 19 1 SENEGALESE 2 SERB 12 1 SEYCHELLOIS 1 SLOVAK 2 SLOVENE 2 SOMALI 43 2 SPANIARD 2 1 SUDANESE 11 SURINAMESE 1 SWEDE 1 SYRIAN 13 1 TOGOLESE 1 TUNISIAN 4 TURK 2 UKRAINIAN 2 1 VENEZUELAN 1 2

Stazzjonijiet tat-tifi tan-nar - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet għaddejjin preżentement fuq l-istazzjonijiet tat-tifi tan-nar? Jista’ jgħid ukoll kemm ilu li beda tali xogħol u meta se jitlesta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħala parti mill-istrateġija tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (DPĊ) u l-programm tal-Gvern, l-istazzjonijiet kollha tad-DPĊ qed jiġu rinnovati jew mibnija mill-ġdid sabiex ilaħħqu mal-isfidi li d-DPĊ qed tiffaċċja llum. Bħalissa hemm l-istazzjon tal-Furjana li qed jinbena ġdid sabiex id-DPĊ tkun tista’ timxi mill-garaxx tal-Pulizija għal dan l-istazzjon ġdid. Dan il-proġett beda fis-sena 2024 u stmat li jitlesta fis-sena 2027. Hemm ukoll stazzjon ġdid li ser jinbena l-Magħtab sabiex id-DPĊ tkun tista’ tibda isservi minn hemm minflok mill-compound tal-FAM f’Pembroke bil-proġett maħsub jibda fis-sena 2026  u jitlesta fis-sena 2027. Qed isir xogħol preparatorju biex jiġu ippublikati tenders għal bdil ta’ l-istazzjon ta’ Delimara u Għawdex. Finalment, għadu kif spiċċa x-xogħol fuq il-kwartieri tad-DPĊ Siġġiewi, b’din il-faċilità mistennija terġa’ tkun operattiva fix-xhur li ġejjin.

Persuni li għalqu s-snin ta’ servizz u baqgħu jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni preżentement li baqgħu jaħdmu għalkemm għalqu s-snin ta’ servizz, u għal kemm-il sena baqgħu jaħdmu wara li għalqu s-servizz?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-Korpi Dixxiplinati hemm 382 persuna li għandhom aktar minn 25 sena servizz u għalhekk illum qed igawdu mill-inzijattivi li daħħal il-Gvern f'din il-leġislatura, u cioe' dawk marbuta ma’ pensjoni għola tas-servizz u l-allowance b'saħħitha lil dawk ta' aktar minn 29 sena servizz.

Persuni li se jagħlqu s-snin ta’ servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu previst li se jkun hemm persuni li se jagħlqu s-snin ta’ servizz fil-ħames snin li ġejjin, u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena u għal kull korp separatament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba ta’ persuni li se jilħqu l-25 sena servizz għal kull korp fil-ħames snin li ġejjin tinsab fit-tabella riprodotta hawn taħt. Kif provdut f'mistoqsija parlamentari numru 31990 aktar ħaddiema qed jestendu s-servizz aktar minn 25 sena u dan bis-saħħa ta' inizjattivi introdotti mill-Gvern matul din il-leġislatura. Membri tal-Korp li se jagħlqu 25 sena servizz 2026 2027 2028 2029 2030 Forzi Armati ta’ Malta 6 48 81 2 14 Protezzjoni Ċivili 0 0 0 0 0 Faċilità Korrettiva ta’ Kordin 0 0 0 28 0 Pulizija 20 53 72 6 87

Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi - Uffiċjali u persuni ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ uffiċjali u persuni ċivili separatament fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni hija hekk kif ġej: Sena Ufficjali Persuni Civili 2008 185 6 2009 184 7 2010 180 7 2011 173 9 2012 165 9 2013 183 13 2014 178 22 2015 233 22 2016 218 28 2017 261 28 2018 299 33 2019 268 31 2020 333 45 2021 354 58 2022 422 68 2023 413 62 2024 406 61 2025 460 70

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili - Uffiċjali u persuni ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ uffiċjali u persuni ċivili separatament fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni hija hekk kif ġej: Sena Uffiċjali Persuni Ċivili 2021 272 21 2022 270 12 2023 267 21 2024 382 19 2025 367 28

Ċitazzjonijiet - Tipjip fi stabbilimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies ipejpu ġo stabbilimenti u kemm ingħataw ċitazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kontravenzjonijiet li nħarġu lill-persuni li nqabdu mill-Pulizija jpejpu fi stabbilimenti, bejn Jannar 2025 sal-31 ta’ Ottubru 2025 kien ta’ erba’ mija u erba’ (404) każi u sitta u tletin (36) kontravenzjoni kontra individwi li ppermettew it-tipjip ta’ dan it-tip fuq il-proprjetà tagħhom.

Reġistru tax-xogħol - Barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni barranin fuq ir-reġistru biex ifittxu x-xogħol?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li dawk ifittxu xogħol full-time huma 183 Persuni mill-Unjoni Ewropea (jinkludu EU dependants) u 35 Persuni minn Pajjiżi Terzi (TCN's) (jinkludu long-term resident, UK nationals’ article 18 , freedom of movement by marriage, TCN family member of UK nationals). Infurmat li dawk li qed ifittxu xogħol part-time huma 19 Persuni mill-Unjoni Ewropea (jinkludu EU dependants) u 8 Persuni minn Pajjiżi Terzi (TCN's) (jinkludu long-term resident, UK nationals’ article 18 , freedom of movement by marriage, TCN family member of UK nationals).

Skema ta’ Community Work – Persuni li sabu xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni sabu xogħol full-time fl-Iskema tal-Community Work? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni sabu xogħol full-time fil-privat f’din l-iskema minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li mill-2016 sal-aħħar ta’ Settembru 2025, mitejn u tlieta u sittin (263) persuna sabu xogħol full-time.

Community Work Scheme – Taħriġ u xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’taħriġ qed jirċievu l-persuni fl-Iskema tal-Community Work? Jista’ jgħid ukoll fejn qed isir ix-xogħol fil-komunità u minn kemm persuni fuq din l-iskema?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-persuni fl-Iskema tal-Community Work irċivew taħriġ fis-suġġetti li jidhru hawn taħt: Award in Interpersonal and Communication Skill Award in Basic Problem-Solving Skills Award in Time Management Skills Award in Workplace Ethics Skills Award in Self-Awareness Skills Award in Learning to Learn Skills Award in Health & Safety Award in General English Award in Anger Management Award in Teamwork Skills Infurmat li dawn il-ħaddiema jkunu assenjati ma’ diversi entitajiet fosthom Kunsilli Lokali, skejjel, Ngo’s, dipartimenti u direttorjati.

Community Work Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fl-Iskema tal-Community Work bħalissa? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom fuq din l-iskema u jipprovdi l-ġeneri u l-etajiet tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Settembru 2025, huwa 991 persuna. Infurmat li 274 huma nisa u 717 huma rġiel.

Armi tan-nar - Liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista’ ta’ liċenzji ta’ armi tan-nar maqsuma skont il-kategoriji u jipprovdi n-numru ta’ reġistrati skont il-kategorija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-lista tal-liċenzji ta’ armi tan-nar, maqsuma skont il-kategoriji, tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Infurmat ukoll li jista’ jkun hemm persuni li għandhom aktar minn liċenzja waħda minn dawk imsemmija. Kategorija tal-liċenzja Ammont ta’ persuni * liċenzjati (*persuna jista jkollha aktar minn liċenzja waħda) Hunting ground birds, sea birds, rabbit 12845 Targets A, B, A Special, 14746 Target B 8694 Collector A 1524 Collector B 6692