Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Position of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru, inkluż ukoll is-Segretarjat Parlamentari, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20906, peress li l-mistoqsija u r-risposta oriġinali 16508 ma jagħtux rendikont ta' kif intnefqu l-fondi pubbliċi indikati fil-mistoqsija, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20906 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16508, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Aġenzija Maltija għar-Residenza u Visas (MRVA) (€5,000) u mill-Identity Malta (€2,000) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma għandhiex iżjed xi nżid mat-tweġiba li ġa ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 16508.

Korp tal-Pulizija — rapport dwar abbuż fuq anzjani

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il rapport dwar abbuż u x'tip ta' abbuż fuq anzjani rċieva l-korp tal-pulizija mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda, mogħtija separatament għal kull sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fis-sistema kompjuterizzata tal-pulizija, l-kategoriji disponibbli huma bba¿ati fuq it-tip ta’ reat imwettaq u ma hemmx kategorija speċifika għall-reat dwar abbużi fuq anzjani. Infurmat ukoll li mis-sistema, in-numru ta’ persuni ta’ 65 sena jew aktar irreġistrati bħala vittmi tar-reati kriminali kollha li seħħew fil perjodu msemmi kien hemm total ta’ 1756. L-ammont ta’ rapporti kienu fl-2015 - 276, 2016 - 307, 2017 - 245, 2018 - 286, 2019 -261, 2020-281, 2021-100. Dawn ir rapporti jirrigwardjaw, feriti fuq persuni, vjolenza domestika, serq b’ armi, mugging, snatch and grab u stupru. L-informazzjoni t’hawn fuq infurmat li ma tirriflettix in-numru ta’ reati individwali, minħabba li rapport wieħed jista’ jinkludi aktar minn persuna waħda u għalkemm persuna anzjana tkun imniżżla bħala vittma f’rapport, tista’ ma’ tkunx il-persuna prinċipali fil-mira tal-aggressur.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — mandat ta' inibizzjoni kontra xi trade union

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-entitajiet fi ħdanu, u meta, li talbu l-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra xi trade union wara l-2017?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat, li l-ebda entità taħt l-portafoll tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ma talbet għall-ħruġ ta’ mandat ta’ inbizzjoni kontra xi trade union fil-perjodu msemmi.

Warrant Officers 2 u 1 – promozzjoni għal Logutenent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013, fil-Forzi Armati ta’ Malta, kienx hemm promozzjonijiet lil Warrant Officer 2 jew Warrant Officer 1 għal rank ta’ Logutenent mingħajr dan jew dawn attendew b’suċċess għal Late Entry Officer Commissioning Course? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid, x’kienet ir-raġuni jew raġunijiet għala dan jew dawn il-Warrant Officer 2 u Warrant Officer 1, ingħataw promotion għal grad ta’ Logutenent mingħajr ma attendew b’suċċess għal Late Entry Officer Commissioning Course li ġie introdott f Lulju 2010?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba palamentari 21019.

Warrant Officers 2 u 1 – promozzjoni għal Logutenent backdated

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 fil-Forzi Armati ta’ Malta kienx hemm promozzjonijiet backdated lil Warrant Officer 2 jew Warrant Officer 1 għal rank ta’ Logutenent mingħajr dan jew dawn attendew b’suċċess għal Late Entry Officer Commissioning Course? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni jew raġunijiet għala dan jew dawn il-Warrant Officer 2 u Warrant Officer 1, ingħataw promotion għal grad ta’ Logutenent mingħajr ma attendew b’suċċess għal Late Entry Officer Commissioning Course li ġie introdott f’Lulju 2010?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi wara Marzu 2013 ġew mogħtija żewġ promozzjonijiet backdated, waħda lil Warrant Officer 1 u oħra lil Warrant Officer 2 għar-rank ta’ Logutenent u li ma kienux attendew għal-Late Entry Officer Commissioning Course (LEOC). Infurmat wkoll li dawn il-promozzjonijiet ġew mogħtija wara rakkommandazzjonijiet tal-appuntat Bord tal-Inġustizzji. Il-fatt li ma attendewx għal-LEOC huwa minħabba li d-data li fiha l-Bord irrakkommanda li kellhom ikunu kkummissjonati għall-grad ta’ Logutenent, liema grad ma kienx ingħata lilhom b’inġustizzja, kienu dati fejn fihom il-LEOC mhux biss ma kienx rekwi¿it, imma kien għadu lanqas biss qatt daħal fis-seħħ.

Pulizija – każijiet ta’ abbuż fuq persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm ġew irrapurtati każijiet ta’ abbuż fuq persuni b’diżabilità lill-Pulizija matul is-sena l-oħra? X’tip ta’ abbużi kienu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi tali tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant m’huwiex disponibbli fis-sistema kompjuterizzata tal-pulizija li tiġbor fiha r-rapporti kollha minn madwar Malta u Għawdex. Dan għaliex id-data ma tinkludix kategoriji dwar akkużi b’mod speċifiku fuq persuni b’diżabilità.

Atti kriminali fuq persuni ta’ ’l fuq minn 65 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati atti kriminali fuq persuni anzjani ta' ’l fuq minn 65 sena, sena b'sena, mill-2012 'l hawn u x'tip ta' atti kriminali seħħew?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi kif ingħad f’risposti relatati, fis-sistema kompjuterizzata tal-pulizija, l-kategoriji disponibbli huma bbażati fuq it-tip ta’ reat imwettaq u ma hemmx kategorija speċifika għall-reat dwar abbużi fuq anzjani. Infurmat ukoll li mis-sistema, in-numru ta’ persuni ta’ 65 sena jew aktar irreġistrati bħala vittmi tar-reati kriminali kollha li seħħew fil-perjodu msemmi kienu ta’ 15,725 jiġifieri fl-2012 – 1363, fl-2013 – 1580, fl-2014 -1735, fl-2015 – 1732, fl-2016 – 2155, fl- 2017 – 2196, fl-2018 – 1870, fl-2019– 1609, fl-2020 -1097 u fl-2021 – 388. Dawn ivarjaw minn reat b’mezzi tat-teknoloġija, serq, theddid, vjolenza domestika, frodi u omiċidji. L-informazzjoni t’hawn fuq infurmat li ma tirriflettix in-numru ta’ reati individwali, minħabba li rapport wieħed jista’ jinkludi aktar minn persuna waħda u għalkemm persuna anzjana tkun imniżżla bħala vittma f’rapport, tista’ ma’ tkunx il-persuna prinċipali fil-mira tal-aggressur.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16508, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Aġenzija Maltija għar-Residenza u Visas (MRVA) (€5,000) u mill-Identity Malta (€2,000) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellanta għat-tweġiba parlamentari 16508.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-Entitajiet u awtoritajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-mistoqsijiet parlamentari 12908 u 18171.

Ġbir ta' karozzi abbandunati mill-pulizija f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il karozza abbandunata nġabret mill-Pulizija f’Għawdex mis-sena 2015 sal-lum? Huwa minnu li l-pulizija f’Għawdex mhux qed jiġbru karozzi abbandunati madwar Għawdex għaliex mhemmx post fejn jinżammu? X’se jagħmel il-Ministeru biex jipprovdi post fejn jinġabru dawn il-vetturi li jkunu tneħħew mit-toroq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ karozzi abbandunati li nġabru mill-Pulizija f’Għawdex mis-sena 2015 sal-lum kien ta’ (62). Karozzi abbandunati qed jinġabru minn kuntrattur f’Għawdex sakemm dawn jiġu skrapjati. Infurmat li l-Korp tal-Pulizija mhux l-unika entità responsabli minn ġbir ta' vetturi abbandunati. Il-Pulizija dejjem jimxu skont dak li tgħid il-liġi f’dan ir-rigward

Forzi Armati ta’ Malta u Korp tal-Pulizija – ħaddiema b’diżabilità

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20715 jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema b’diżabilità impjegati mal-Forzi Armati u mal-Korp tal-Puluzija humiex impjegati direttament jew seconded mill-post tax-xogħol ieħor? Hekk mhux impjegati direttament, jista’ l-Ministru jgħid minn liema post tax-xogħol ġew mislufa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegiba parlamentari 20715.

Inċidenti tat-traffiku fit-triq li mill-Port tal-Imġarr twassal sar-Rabat Għawdex u li tgħaddi minn Għajnsielem u x-Xewkija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’kollox kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku li ġew irrapurtati lill-gwardjani lokali jew pulizija kull sena mill-2015 sal-lum, maqsuma sena b' sena, fi Triq l-Imġarr li twassal mill-Port tal-Imġarr sar-Rabat Għawdex u li tgħaddi minn Għajnsielem u x-Xewkija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-inċidenti tat-traffiku rapportati fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant, fl-akwati indikati minnu huma maqsuma kif ġej: fl-2015 - 118; fl-2016 - 92; fl-2017 - 116; fl-2018 - 105; fl-2019 - 106; fl-2020 - 84; u sal-31 ta' Marzu 2021 - 17.

Għawdex u Kemmuna – vetturi u muturi tal-Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura u mutur għandu l-Korp tal-Pulizija ġewwa Għawdex u Kemmuna? Jista' jgħid kull vettura x'marka hi u ta' liema sena hi? Jista' jgħid għal kull vettura jew mutur, mil-liema taqsima tal-Pulizija ġewwa Għawdex qed jintuża? Liema minnhom bħalissa mhux qed jintużaw minħabba ħsara? Jista’ jgħid xi ħsara għandha kull vettura li mhux qed tintuża u meta hu maħsub li kull vettura li hija wieqfa, terġa’ tibda tintuża?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li bħalissa l-Korp tal-Pulizija f'Għawdex u Kemmuna għandu 29 vettura, jiġifieri 15 -il karozza u 12 -il mutur, quad bike u dagħjsa. Il-marki ta’ dawn il-vetturi huma BMW, Mitsubishi, Peugeot, Honda, Fiat, Ford, Toyota, Aeon, u Drago. 11 il-vettura minnhom huma ta' qabel l-2011 u l-bqija huma kollha ta' bejn l-2013 u l-2019. Minn dawn hemm mutur li dalwaqt jerġa' jibda jintuża u vettura oħra li għandha ħsara fil-magna.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — impjieg, tender jew direct order lill-persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Ministeru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-liġi, ma ta l-ebda impjieg, tender jew direct order lill-persuna msemmija.

Katavru ta’ vittma

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20376, jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi progress biex il-katavru tal-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament, li ġie maqtul fi qtil razzista f’Ħal Far b’tir ta’ arma tan-nar, jintbagħat għand il-familja tiegħu ġewwa l-Kosta tal-Avorju biex ikunu jistgħu jagħmlu d-difna wara aktar minn sentejn mill-qtil barbaru tiegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Kif ġa għidt fil-mistoqsija parlamentari 20376 l-Gvern ikkommetta ruħu li jħallas l-ammont sabiex l-katavru tal-vittma jiġi trasportat lura lejn pajjiżu u dan jinkludi t-trasport lejn il-post tad-difna, permessi u ħlas tal-kamra mortwarja. Il-Gvern ser ikopri wkoll l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni tar-rappreżentant tal-familja li ser jakkumpanja l-katavru minn Malta. Il-familja ingħatat assigurazzjoni li dawn ser jitħallsu f’Marzu 2020. Minkejja diversi emails mibgħuta mill-Ministeru lir-rapreżentant tal-familja fl-aħħar sena, l-awtoritajiet għadhom bla risposta rigward data għat-trasferiment tal-katavru. Madanakollu ma kienx hemm zviluppi ġodda wara li ngħatat din it-tweġiba parlamentari, dan għad illi r-rappreżentanti tal-familja reġgħu gew ikkuntattjati għal darb’oħra.

Toroq — inċidenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm seħħew inċidenti fit-toroq ta’ hawn taħt, sena b'sena, mill-2013 sal-2020 u kemm minn dawn l-inċidenti kienu 'slight / serious injuries,'grievous injuries' u 'fatal': (a) Triq tal-Balal (bejn San Ġwann u n-Naxxar); (b) Triq Ħal Luqa f'Santa Luċija; (c) Triq Garibaldi limiti tal-Marsa; (d) Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Luqa; (e) Triq il-Kosta (bejn San Ġiljan u San Pawl il-Baħar); (f) Triq Buqqana (bejn ir-Rabat u l-Mosta); (g) Triq San Tumas u Triq Ħal Qormi, Luqa; (h) Triq iċ-Ċawsli, Żejtun; (i) Vjal il-25 ta' Novembru, iż-Żejtun; (j) Triq Pantar, Mosta; u (k) Marsa - Ħamrun By Pass? Jista’ jgħid jekk wasalx iż-żmien li bl-użu tat-teknoloġija, inċidenti jiġu geo-referenced biex jiġu identifikati 'accident black-spots' f'dawn it-toroq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-perjodu msemmi kien hemm 3139 inċident fit-toroq imsemmija. 692 minnhom kienu persuni li ġarbu xi tip ta’ ferita, filwaqt li 16 minnhom kienu fatali.