Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu matul l-2020, 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u jagħti break down tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Implimentazzjoni ta’ direttivi tal-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza matul l-2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li matul l-2023, il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ippublika Avviż Legali 251 tal-2023 li jittrasponi d-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2023/277 tal-5 ta’ Ottubru 2022 li temenda d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġornament tal-lista ta’ prodotti relatati mad-difiża f’konformità mal-Lista Militari Komuni aġġornata tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Frar 2022.
Bħalissa l-Ministeru qed jifinaliżża l-avviż legali li jittrasponi d-Direttiva (UE) 2021/1883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2021 dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ mpjieg bi kwalifiki għoljin, u li jħassar Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tad-direct orders li ngħataw matul is-sena 2023 u jgħid ukoll l-ammonti mħallsa, is-servizz provdut jew mitlub, u lil min ingħataw dawn id-direct orders?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12639, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa l-Kummissarju tal-Pulizija dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika kif jidher fil-paragrafu 81 tar-rapport tal-istess Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, K023 datat 20 ta' Jannar 2020?
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun hemm uffiċjali tal-Pulizija preżenti fi Triq Ġorġ Borg Olivier, fir-Rabat, biex jaraw li ma jsirux kontravvenzjonijiet minn trakkijiet li qed jużaw it-triq illegalment?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi min-naħa tal-Pulizija ser tibqa’ ssir ir-ronda regolari biex dan l-abbuż u oħrajn jiġu skoraġġiti. L-istess irid jingħad għal uffiċċjali tal-LESA li jagħmlu rondi fl’istess triq li hija parti mir-rotta tagħhom, f’diversi ħinijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex kien hemm persuni li ġew imħarrka minflok edukati fil-ġurnata li Triq San Pawl, fir-Rabat, inbidlet għal ‘one way’ wara li kienet ilha xhur li nqalbet għal one way temporanjament minħabba xogħlijiet fi Triq il-Kbira, fir-Rabat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi kien hemm perjodu edukattiv fiż-żona msemmija u dan wara li sar it-traffic management plan neċessarju mill-awtoritajiet kompetenti. Infurmat ukoll illi issa l-immaniġġar tat-traffiku fiż-żona ġie lura għall-istat oriġinali. Infurmat li fl-aħħar ġimgħa kien hemm biss 4 taħrikiet marbuta ma’ dħul min-naħa l-ħażina tat-triq.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12641 fl-intier tagħha u jgħid jekk kienx hemm abbużi s’issa u jekk iva, x’passi ttieħdu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis qed twettaq sorveljanza kontinwa fuq l-assoċjazzjonijiet li ngħataw liċenzja, fl-aħħar ġimgħat u li għalhekk bdew joperaw. Jekk jirriżulta abbuż, tittieħed azzjoni skont il-Liġi.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2022 u s-sena preżenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kienu rrapurtati każi ta' stupru (rape) fuq nisa? Jista' jgħid kemm minn dawn il-każi tressqu l-Qorti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-sena 2022 kien hemm erbgħa u erbgħin (44) każ u mill-1 ta’ Jannar 2023 sat-23 ta’ Novembru 2023, kien hemm sitta u erbgħin (46) każ ta’ stupru fuq nisa f’dawn il-gżejjer, li dwarhom kien hemm rapporti jew ir-reat irriżulta waqt investigazzjonijiet mill-Pulizija. Infurmat ukoll li fis-sena 2022 kien hemm sbatax (17) -il persuna li tressqet l-Qorti u mill-ewwel ta’ Jannar 2023 sat- 23 ta’ Novembru 2023 kien hemm sittax (16) -il persuna li tressqet il-Qorti. Infurmat li fis-sena 2023 kien hemm ħames persuni li tressqu fuq l-istess każ.
Anzjani li ġew interdettjati mill-familjari tagħhom minħabba mard mentali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenti 11047, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjanità Attiva, u jgħid kemm hawn anzjani li ġew interdettjati mill-familjari tagħhom minħabba mard mentali jew mard ieħor, sena b’sena, mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għall-mistoqsija 13370 u ġaladarba f’din il-mistoqsija qiegħed jintalab li jiġu mogħtija r-raġunijiet, jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tneħħa mill-kariga tiegħu u safa trasferit għall-Ministeru ieħor?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13428, jista' l-Ministru jgħid għal kemm ammont kien dan id-direct order, u kemm tħallas s'issa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Aġenzija tħallas €361 għal kull brazzuletta fix-xahar. Dawn huma l-ħlasijiet li saru mis-sena 2019: 2019 - €55,700.59, 2020 - €75,722.29, 2021- €115,975.54, 2022 - €133,581.25, 2023 – sa Awwissu ta’ din is-sena tħallset is-somma ta’ €72,943.92. Infurmat ukoll li l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ħarġet tender CT2359/2022 - Service Tender for the Design and Build of an Electronic Monitoring System for the Correctional Services Agency fil-25 ta' Novembru 2022, dan sabiex tiġi implimentata sistema li dwarha saret konsultazzjoni pubblika u ġie ppubblikat abbozz ta' liġi li jinsab fuq l-aġenda ta' dan il-Parlament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ każijiet ta’ virginity testing f’Malta f’dawn l-aħħar għaxar snin? Lil min saru dawn ir-rapporti? X’azzjoni ttieħdet fuq dawn ir-rapporti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li sal-lum dan l-att ma kienx illegali, u għaldaqstant informazzjoni ta' dan it-tip ma tinżammx. Huwa l-pjan tal-Gvern li jressaq abbozz ta' liġi li jikkriminalizza l-ittestjar tal-verġinità.
Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-UE — Uffiċjal nominat bħala focal point
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13079, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-uffiċjal mid-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem nominat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-uffiċjal mid-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem nominat huwa Assistent Direttur mid-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet fuq scooters f’Ġunju 2023? Jista’ jgħid ukoll għal liema raġuni nħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet u minn liema lokalitajiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet fuq scooters f’Lulju 2023? Jista’ jgħid ukoll għal liema raġuni nħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet u minn liema lokalitajiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet fuq scooters f’Awwissu 2023? Jista’ jgħid ukoll għal liema raġuni nħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet u minn liema lokalitajiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji minn Mejju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu rġiel u nisa u x'kienet l-età tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi minn Mejju 2023 sad-9 ta’ Novembru 2023, kien hemm tmintax (18)-il każ ta’ suwiċidju reġistrat mal-Pulizija. Dettalji oħra kif mitluba mill-Onor. Membru huma inklużi fit-tabella riprodotta hawn taħt.
Sena 2023
Każi ta’ suwiċidji
Total
Xahar
F
Età
M
Età
Mejju
1
37 Sena
3
78 Sena
54 Sena
19 sena
4
Ġunju
0
2
66 Sena
44 Sena
2
Lulju
0
2
24 Sena
27 Sena
2
Awwissu
0
2
16 Sena
42 Sena
2
Settembru
0
4
40 Sena
27 Sena
17 Sena
28 Sena
4
Ottubru
0
4
54 Sena
59 Sena
38 Sena
55 Sena
4
Novembru
Sa 09/11/23
0
0
-
0
Total
1
17
18
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li kellhom jiġu minfuqa matul l-2020, 2021 u 2022 u ma ntefqux? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u jagħti break down tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
San Pawl il-Baħar — Persuni Arrestati minħabba ġlied
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew arrestati minħabba ġlied li nqala’ fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar matul din is-sena, maqsuma xahar b'xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawk arrestati kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm 22 persuna arrestati li minnhom 7 persuni kienu Maltin u 15-il persuna kienu barranin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet għal nuqqas ta' separazzjoni tal-iskart kif suppost, xahar b'xahar, minn April 2023 f’kull lokalitá minn mindu saret legalment obbligatorja li jiġi sseparat l-iskart (14 t’April 2023), sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari jew sa Settembru 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-Avviż Legali 36 relatat ma’ l-infurzar dwar separazzjoni tal-iskart ġie ppublikat fl-14 ta’ Frar 2023 u sar effettiiv fl-14 ta’ April 2023. L-Onor. Membru konxju, illi fl-ewwel sitt xhur minn meta dan l-Avviż Legali sar effettiv, kien hemm kampanja edukattiva u għalhekk ma nħarġux taħrikiet f’dan il-perjodu.