Legislature:
Category:
Reset
Active:

11-il distrett elettorali — Sinjali tat-traffiku u traffic calming measures

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, u liema kienu s-sinjali tat-traffiku, jew traffic calming measures li ġew approvati minn Transport Malta f'kull lokalità tal-11-il distrett elettorali bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-aħħar ta' Settembru 2012?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

12-il distrett elettorali — Sinjali tat-traffiku u traffic calming measures

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, u liema kienu s-sinjali tat-traffiku, jew traffic calming measures li ġew approvati minn Transport Malta f'kull lokalità tat-12-il distrett elettorali bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-aħħar ta' Settembru 2012?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Tender tal-Car Park tax-Xagħra tal-Furjana

Question

In vista tat-tenders li ħarġu dwar il-car parks u peress li dawn it-tenders jagħtu d-dritt tal-ewwel rifjuż lil parkers eżistenti, jista' l-Ministru jgħid jekk il-car park il-ġdid li qiegħed jiġi mibni fix-Xagħra tal-Furjana ġiex diġà assejnat lil xi parker partikolari?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-post ta' parkeġġ pubbliku li bħalissa qiegħed jinbena fix-Xagħra tal-Furjana ġie assenjat liż-żewġ car park attendants li fil-preżent huma liċenzjati biex joperaw fis-sit ta’ parkeġġ ta’ ħdejn il-Bank Ċentrali ta’ Malta; u dan minħabba li se jitneħħew minn dan is-sit ta' l-aħħar, li ser ikun parkeġġ riservat għall-membri Parlamentari.

Transport Malta — ismijiet ta' bus stops

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’verifiċi għamlet Transport Malta biex tiżgura li l-ismijiet tal-bus stops li hemm madwar Malta huma korretti u dan għaliex f’raħal wieħed biss, dak ta’ San Ġwann wieħed isib li l-istage ta' quddiem il-Knisja huwa immarkat Tal-Balal, tant li nies għal tal-Balal ġieli qed jitwaqqfu quddiem il-Knisja, l-istage li hemm fi Vjal ir-Rihan huwa immarkjat Xwieki meta dan huwa ferm eqreb lejn il-Għargħur u l-bus stop immarkat Vjal ir-Rihan qiegħda ferm aktar 'l isfel quddiem il-Maypole f’Naxxar Road, San Ġwann ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta flimkien mal-operatur tat-trasport pubbliku, Arriva Malta Ltd, għamlet numru ta’ tibdiliet fl-ismijiet ta’ bus stops f’diversi lokalitajiet hekk kif ġie ndikat lilha mill-Kunsilli Lokali rispettivi. Infurmat ukoll li l-Awtorita’ ma’ rċeviet l-ebda talba sabiex isir tibdil fl-ismijiet tal- bus stops mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann. Madanakollu, l-Awtorita’ se tevalwa l-ismijiet ta’dawn il- bus stops u fejn hu xieraq, wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali, tagħmel it-tibdiliet meħtieġa.

Bormla — Regatta - soqfa kkundannati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li parti mix-xogħlijiet marbuta mal-proġett ta' Bormla waqfu għax hemm numru ta' soqfa kkundannati li huma mikrija lil Regatta Bormla, u jidher li ebda entità ma trid tidħol għal din l-ispiża? Jekk hu minnu x'se jiġri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li huwa minnu li parti mix-xogħlijiet in kwistjoni ma' setgħetx titkompla minħabba li kien skopert li s-saqaf tar-Regatta Club ta' Bormla għandu ħsara strutturali li trid tissewwa qabel ma titkompla l-parti relattiva tal-proġett. Il-Gvern se joħroġ tender fil-futur qarib biex tissewwa din il-ħsara.

Airmalta — impjeagti li telqu

Question

Jista l-Ministru jghid kemm telqu nies minn ma l-Airmalta bis-somma jew b'post alternattiv s'issa? Kemm ġew impjegati nies part-time? Kemm gew impjegati nies full-time? Kemm-il promotion ingħatat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

Transport Malta — investigazzjoni dwar hacking

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu l-għajdut li f'dawn l-aħħar ġranet kien hawn f'Malta investigaturi Belġjani u li dawn investigaw diversi uffiċjali ta' Transport Malta inkonnessjoni mal-allegat każ ta' hacking imqajjem minn dakinhar Kummissarju għal Malta John Dalli? Jikkonferma l-Ministru li tnejn minn dawn l-uffiċjali kienu l-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu ta' din l-investigazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi Transport Malta m'għandha l-ebda ħjiel jew informazzjoni li tindika dak li qed isemmi l-Onor. Interpellant, iżda jekk l-Onor. Interpellant għandu xi ħaġa aktar minn "għajdut" nistiednu jaqsamha ma' din il-Kamra.

Transport Malta — ħaddiema tax-xatt

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħaddiema tax-xatt li għad li l-ħlas tagħhom jinħareġ minn Transport Malta peress illi huma liċenzjati minn Transport Malta, attwalment mhumiex kunsidrati bħala impegati ta' Transport Malta peress li huma self employed u li jitħallsu regolarment bir-rata ta' ħaddiem tax-xatt, qegħdin ta' kuljum jippreżentaw ruħhom fl-uffiċini ta' Transport Malta u hemm jagħmlu xoghol li għandha impjegati li suppost huwa huma li jagħmlu dan ix-xogħol b'rata ferm anqas? Separatament, jista' jgħid kemm hi l-ispiża u kemm huwa n-numru ta' dawn il-ħaddiema tax-xatt ingaġġati minn Transport Malta sabiex jagħmlu dan ix-xogħol u kemm attwalment jitħallsu l-ħaddiema ta' Transport Malta li bħalissa qed jagħmlu l-istess xogħol? Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema tax-xatt, ġaladarba mhumiex impjegati ta' Transport Malta nħarġilhomx xi permess apposta sabiex ikunu jistgħu jidħlu fil-bini ta' amministrazzjoni ta' Transport Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minħabba diversi sitwazzjonijiet ta' mard fost erbgħa mill-impjegati illi jaħdmu fis-sezzjoni tal-Port Workers Section u passat ta' diversi prattiċi li mhumiex adekwati, Transport Malta bħalissa mhux f'pożizzjoni li toffri servizz kif meħtieġ ta' Roster Keeping biex jiġu allokati l-ħaddiema tal-port liċenzjati. Għaldaqstant, biex jiġi assigurat illi l-provvista ta' ħaddiema tal-port tkun adekwata u ma jkunx hemm impatt fuq l-attivita` tal-portijiet Maltin, l-Awtorita' talbet l-assistenza tal- Malta Dockers Union. Konxji tal-gravita` tas-sitwazzjoni, il- Malta Dockers Union aċċettat u pprovdut numru ta' uffiċċjali sakemm l-Awtorita` tkun f'pożizzjoni li toffri s-servizz sħiħ u adekwat. Dawn il-ħaddiema tal-port qegħdin jaħdmu flimkien mar- Roster Keepers tal-Awtorita'. Transport Malta s’issa ħallset is-somma ta’ €18,484 lill- Malta Dockers Union li, fuq talba ta’ l-Awtorita`, tipprovdi tlett ħaddiema tal-port liċenzjati kuljum. Il-ħaddiema ta’ Transport Malta li jagħmlu x-xoghol ta’ Roster Keepers , fl-2011 bejniethom tħallsu € 98,113 (għal tliet Roster Keepers ). Il-ħaddiema tal-port liċenzjati huma kollha awtorizzati li jidħlu fil-binja magħrufa bħala l- Port Workers Section u għalhekk m’hemmx il-ħtieġa ta’ xi permess partikolari.

Amministrazzjoni tal-ħaddiema tax-Xatt — tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li qegħda tinhema skema sabiex tinħareġ tender ħalli x-xogħol ta' amministrazzjoni tal-ħaddiema tax-Xatt jingħata lill-privat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

7 Distrett elettorali — Sinjali tat-traffiku u traffic calming measures

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, u liema kienu s-sinjali tat-traffiku, jew traffic calming measures li ġew approvati minn Transport Malta f'kull lokalità tas-7 distrett elettorali bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-aħħar ta' Settembru 2012?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xogħlijiet fuq toroq arterjali u distributorji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36573 u jgħid kemm intefqu flus fuq xogħlijiet fuq toroq arterjali u distributorji matul din is-sena sal-lum, kull triq separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Proġett tal-Baċir Nru. 1

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36579 u jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' xogħol li tlesta sal-lum fil-proġett tal-Baċir Nru.1? Meta hu maħsub li se jitlesta x-xogħol kollu fuq dan il-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-persentaġġ ta' xogħol li tlesta sal-lum fuq il-fażijiet kollha tal-proġett msemmi huwa ta' madwar 33%. Dan mistenni li jkun lest għal Lulju 2013; dejjem jekk ma jinqala xejn imprevist.

Safar li sar mid-deskasteru

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tas-safar kollu li saru fid-dekasteru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2009 sal-lum? Għal kull safra, jista' jgħid min kienet il-persuna/i li pparteċipaw, il-pożizzjoni tal-persuna, dekasteru/dipartiment, l-iskop, destinazzjoni, kemm ħadu allowance kull persuna, spejjeż oħra relatati mal-vjaġġ, jekk il-vjaġġ hux relatat ma' working group/training/project meeting relatat mal-Unjoni Ewropea, u jekk il-lukanda kenitx mħallsa minn qabel? Jista' jgħid jekk kienx hemm breakfast imħallas minn qabel u jekk kienx hemm lunch/dinner mħallas minn qabel, jekk hux re-imbursed mil-Unjoni Ewropea filwaqt li jindika wkoll kemm damet is-safra? Jista' l-Ministru jagħti lista għal kull individwu li siefer fuq xogħol uffiċjali? Jista' jindika t-total ta’ allowance li ħa flimkien wkoll it-total ta’ ġranet li kien fuq safar? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull sena, mis-sena 2009 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Arriva — pagamenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' pagamenti li tħallsu lil Arriva mis-sena 2011 sal-lum, filwaqt li jagħti deskrizzjoni tal-pagament, id-data tal-invoice, invoice number, id-data tal-pagament u l-ammont li tħallas? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' flus li tħallsu lil Arriva li huma over and above dak li hemm indikat fil-kuntratt, filwaqt li jagħti deskrizzjioni tal-pagament, id-data tal-invoice, invoice number, id-data tal-pagament, l-persuna li approvat il-pagament u l-ammont li tħallas filwaqt li jindika wkoll l-ammont li l-Arriva huwa kontrattwat li jitħallsu kull sena u x'inhu l-ammont ipproġettat, li jitħallas fis-sentejn li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Valletta — Triq Marsamxett - shelter taż-żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-shelter għaż-żwiemel li sar fi Triq Marsamxett, Valletta, għadu mhux jintuża għal dan il-għan? X'qed iżomm milli jsir dan? Min hu responsabbli sabiex jara li dan ix-shelter jintuza' kif imwiegħed?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xelter għaż-żwiemel li tqiegħed fi Triq Marsamxett, Valletta huwa wieħed minn numru ta' xelters li qed jinbnew madwar il-Belt Valletta u nħawi oħra madwar Malta fejn il-karozzini għandhom stands jew vened awtoriżżati minn fejn joperaw. L-għan ewlieni ta’ dawn ix-xelters huwa sabiex jiġi provdut kenn mix-xemx u xorb għaż-żwiemel waqt il-ħidma tagħhom u dawn saru wara numru ta’ talbiet u wara konsultazzjoni sħiħa mar-rappreżentanti tal-operaturi tal-karozzini, kif ukoll mal-għaqdiet favur id-drittijiet tal-annimali. Għalkemm fil-preżent m’hemm ebda provediment fir-regolamenti li jaqgħu taħt dan id-dekasteru li jobbliga lill-kuċċiera tal-karozzini sabiex dawn jagħmlu użu minn dawn ix-xelters, huwa mistenni li dawn ix-xelters jiġu wżati mill-kuċċiera, speċjalment meta wieħed iqis li kemm huma, kif ukoll l-għaqdiet favur id-drittijiet tal-annimali kienu ilhom snin jilmentaw minn nuqqas ta’ xelters għaż-żwiemel. Madanakollu, l-Awtorità mhix infurmata li x-xelter in kwistjoni mhux qed jintuża għall-għan imsemmi hawn fuq.

Bormla — Triq 8 ta' Diċembru - pedestrian crossing imdawwla

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pedestrian crossing li hemm fi Triq 8 ta' Diċembru f'Bormla tkun imdawwla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-materja msemmija ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi, nitolbu jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Bormla — Pjazza Paolino Vassallo - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Pjazza Paolino Vassallo Bormla hux se tkun lesta għall-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni li taħbat fit-8 ta' Diċembru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fiż-żona ta’ Pjazza Paolino Vassallo huma skedati li jibdew f’Jannar 2013 u ppjanati li jkunu lesti fiż-żmien tlett xhur, dejjem jekk ma jinqala xejn imprevist.