Legislature:
Category:
Reset
Active:

MITA — Qasam tal-IT – impjegati nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan il-MITA x’inhu l-persentaġġ ta’ impjegati nisa li għandhom kariga bħala professjonisti jew esperti fil-qasam tal-IT?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan il-MITA l-persentaġġ ta’ impjegati nisa li għandhom kariga bħala professjonisti jew esperti fil-qasam tal-IT huwa ta’ 15%.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Peress illi din ir risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru, inkluż is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali, jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru (inkluz is-Segretarjat Parlamentari), kien hemm persuna waħda (1), b’servizz ta’ konsulenza, li kellha s-servizz itterminat. Din ir-risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali.

Dipartiment responsabbli mid-Dwana – persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati bħala persons of trust fid-Dipartiment responsabbli mid-Dwana? Jista’ jgħid f’liema grad qegħdin kull wieħed, xi kwalifiki għandhom u kemm jitħallsu kull wieħed separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Dipartiment tad-Dwana hemm persuna waħda (1), impjegata bħala person of trust u titħallas is-salarju ta’ Skala 4.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji – kiri ta’ karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fil-Ministeru tiegħu u kemm hi l-ispiża kollha annwali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li attwalment dan il-Ministeru għandu zewġ karozzi mikrija. L-ispiza annwali tal-karozzi mikrija mistenni li tammonta għall-Ewro15,067.

Dipartiment tat-Taxxi Interni – kiri ta’ karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u kemm hi l-ispiża kollha annwali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni m’għandu ebda karozza mikrija.

MFSA – kiri ta’ karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fl-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji u kemm hi l-ispiża kollha annwali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji għandha 19-il karozza mikrija, bi spiza annwali ta’ €97,251.33 eskluz il-VAT.

MGA – kiri ta’ karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fl-Awtorità ta’ Malta għal-Logħob u kemm hi l-ispiża kollha annwali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta għal-Logħob, għandha vettura waħda b’leasing u l-ispiża annwali hija dik ta’ €6,335.

Implimentazzjoni tad-Directive EU 2018/1673

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Malta ser iddaħħal fis-seħħ “DIRECTIVE (EU) 2018/1673 OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL of 23 October 2018 on combating money laundering by criminal law”?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12375 u 12494 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Peress illi din ir risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji – persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid f’liema grad qegħdin kull wieħed, xi kwalifiki għandhom u kemm jitħallsu kull wieħed separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji hemm ħdax (11) il-persuna li huma impjegati bħala persons of trust: GRADNUMRUSKALA Chief of Staff1Salary Scale 3 Private Secretary1Salary Scale 5 Ministry Co-Ordinator2Salary Scale 7 Customer Care Officer1Salary Scale 9 Secretariat Officer1Salary Scale 10 Secretariat Officer1Salary Scale 12 Secretariat Pool1Salary Scale 13 Secretariat Messenger/Charwoman2Salary Scale 14 Driver/Security Officer1Salary Scale 14 Fi ħdan is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u Ekonomija Diġitali hemm sebgħa (7) persuni li huma impjegati bħala persons of trust. Dawn għad iridu jiġu approvati mill- Head of Secretariat (OPM): GRADNUMRUSKALA Policy Consultant1Salary Scale 3 Head of Secretariat1Salary Scale 4 Co-Ordinator3Salary Scale 7 Secretariat Messenger/Charwoman1Salary Scale 14 Personal Driver/Security Officer1Salary Scale 14

Dipartiment tat-Taxxi Interni – persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati bħala persons of trust fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jista’ jgħid f’liema grad qegħdin kull wieħed, xi kwalifiki għandhom u kemm jitħallsu kull wieħed separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m’hemm ebda persuna impjegata bħala person of trust fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.

Dipartiment tal-VAT– persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati bħala persons of trust fid-Dipartiment tal-VAT? Jista’ jgħid f’liema grad qegħdin kull wieħed, xi kwalifiki għandhom u kemm jitħallsu kull wieħed separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm ebda persuna impjegata bħala person of trust fid-Dipartiment tat-VAT.

MFSA – persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati bħala persons of trust fl-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji? Jista’ jgħid f’liema grad qegħdin kull wieħed, xi kwalifiki għandhom u kemm jitħallsu kull wieħed separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji hemm zewġ (2) persuni impjegati bħala persons of trust; fil-pożizzjoni ta’ Messenger/Driver Grade 12.

MGA – persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati bħala persons of trust fl-Awtorità ta’ Malta għal-Logħob? Jista’ jgħid f’liema grad qegħdin kull wieħed, xi kwalifiki għandhom u kemm jitħallsu kull wieħed separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm ebda persuna impjegata bħala persons of trust fl-Awtorità ta’ Malta għal-Logħob.

MFSA – banek taħt amministraturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il bank hawn li preżentament qiegħed taħt kontroll ta’ amministratur appuntat mill-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzarji (MFSA)? Liema huma dawn il-banek? Meta ġie appuntat l-amministratur rispettivament? Jista’ jgħid min hu/liema ditta qed taqdi dmirha ta’ amministratur appuntat mill-MFSA għal kull bank rispettivament? Kemm tħallas kull amministatur separatament sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

2 Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm tlett banek li huma immexxija minn Persuna Kompetenti appuntata mill-MFSA skond l-Att Dwar il-Kummerc Bankarju: 1. Nemea Bank plc § Persuna Kompetenti: PWC Malta § Appuntat fis-26 ta’ April 2016 2. Pilatus Bank plc § Persuna Kompetenti: Sur Lawrence Connell § Appuntat fis-26 ta’ Marzu 2018 3. Satabank plc § Persuna Kompetenti: Ernst and Young Limited § Appuntat fl-24 ta’ Ottubru 2018 L-aħħar parti tal-Mistoqsija ma tistax tiġi mwieġba għax hija nformazzjoni ta’ natura kummerċjali.

Tender For The Construction And Resurfacing Of Residential Roads In Various Localities In Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tender IM009/2019 Tender For The Construction And Resurfacing Of Residential Roads In Various Localities In Malta, ġiet irrakomandata li tiġi awarded mat-tieni Evaluation Round u mhux kif jiġri normalment mal-ewwel Evaluation Round?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12375 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellat li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, hu u s-Segretarju Parlamentari fil-kariga uffiċjali tagħhom, iltaqgħu mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li la jien, u lanqas s-Segretarju Parlamentari tiegħi ma kellna laqgħat mal-individwu kkonċernat.